21.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11097 – ROCKY / CENTERBRIDGE / INDUS REIT)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 138/06)

1.   

Fit-13 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Rocky Industrial LLC (“Rocky”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn GIC (Realty) Private Limited (“GIC Realty”, Singapore),

—

Centerbridge Partners, L.P. (“Centerbridge”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

INDUS Realty Trust, Inc. (“INDUS”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Rocky u Centerbridge se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ INDUS.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Rocky hija sussidjarja indiretta ta’ GIC Realty li hija stabbilita f’Singapore u tiffoka fuq is-sjieda ta’ assi ta’ proprjetà immobbli f’isem il-gvern ta’ Singapore. L-attivitajiet ta’ Rocky huma limitati għall-Istati Uniti tal-Amerka.

—

Centerbridge hija ditta ta’ ġestjoni tal-investiment, li tinvesti f’kumpaniji globalment. Centerbridge tuża approċċ flessibbli bejn id-dixxiplini tal-investiment - mill-ekwità privata għall-kreditu u strateġiji relatati, u l-proprjetà immobbli - fi sforz biex issib l-aktar opportunitajiet attraenti għall-investituri u s-sħab kummerċjali tagħha.

—

INDUS hija negozju immobiljari involut fl-iżvilupp, l-akkwist, il-ġestjoni u l-kiri ta’ proprjetajiet industrijali u loġistiċi ta’ kwalità għolja fl-Istati Uniti. INDUS hija kumpanija kkwotata fil-Borża NASDAQ.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11097 – ROCKY / CENTERBRIDGE / INDUS REIT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.