31.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 132/2010

tal-10 ta’ Diċembru 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 123/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2009 tas-16 ta’ Diċembru 2009 li jadatta, għall-għaxar darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat tar-reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq għall-progress tekniku (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied f’punt 21 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32009 R 1266: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1266/2009 tas-16 ta' Diċembru 2009 (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1266/2009 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 58, 3.3.2011, p. 81.

(2)   ĠU L 339, 22.12.2009, p. 3.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.