02018D0905 — MT — 25.02.2021 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/905 tal-25 ta' Ġunju 2018 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika (ĠU L 161 26.6.2018, p. 16) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 54I |
5 |
26.2.2020 |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1014 tat-13 ta’ Lulju 2020 |
L 225I |
1 |
14.7.2020 |
|
|
L 68 |
187 |
26.2.2021 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/905
tal-25 ta' Ġunju 2018
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika
Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 2
Objettivi tal-politika
L-objettivi tal-politika li għalihom għandu jikkontribwixxi r-RSUE għandhom jinkludu, fost oħrajn:
il-kontinwazzjoni tal-istabbilizzazzjoni tal-Qarn tal-Afrika, b'konsiderazzjoni tad-dinamika reġjonali usa';
ir-riżoluzzjoni ta' konflitti, speċifikament dawk fis-Somalja, is-Sudan t'Isfel u s-Sudan, u l-prevenzjoni u t-twissija bikrija ta' konflitti potenzjali bejn il-pajjiżi fir-reġjun jew fl-intern tagħhom;
appoġġ għall-kooperazzjoni reġjonali politika, ekonomika u ta' sigurtà, b'mod partikolari fil-kuntest ta' impenn politiku mġedded bejn l-Unjoni u l-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD);
ġestjoni mtejba ta' flussi migratorji mħallta mill-Qarn tal-Afrika u fl-intern tiegħu, filwaqt li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali ta' tali flussi u l-aspetti umanitarji tagħhom;
sigurtà madwar il-Baħar l-Aħmar.
Artikolu 3
Mandat
Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni relattivament għall-Qarn tal-Afrika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:
abbażi tal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni Reġjonali tagħha, ikollu kuntatti mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fir-reġjun, il-gvernijiet, l-awtoritajiet reġjonali, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, is-soċjetà ċivili u d-dijaspori, bil-ħsieb li jiġu promossi l-objettivi tal-Unjoni, u jikkontribwixxi għal fehim aħjar tar-rwol tal-Unjoni fir-reġjun;
ikollu kuntatti ma' atturi ewlenin barra r-reġjun b'influwenza fil-Qarn tal-Afrika, fl-interessi li jindirizza kwistjonijiet ta' stabbiltà reġjonali usa', inkluż fir-rigward tal-Baħar l-Aħmar, tal-Punent tal-Oċean Indjan u tal-finanzjament tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM). Dawk il-kuntatti għandhom jinkludu impenn bilaterali mal-Istati Uniti tal-Amerika, il-pajjiżi tal-Golf, l-Eġittu, it-Turkija u ċ-Ċina, kuntatti reġjonali mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, u interazzjoni ma' atturi rilevanti oħra hekk kif dawn jitfaċċaw;
jirrappreżenta lill-Unjoni f'fora internazzjonali rilevanti, kif adatt, u jiżgura l-viżibbiltà għall-appoġġ tal-Unjoni fil-ġestjoni ta' kriżijiet, kif ukoll fir-riżoluzzjoni u l-prevenzjoni tal-konflitti;
iħeġġeġ u jappoġġa l-kooperazzjoni politika u tas-sigurtà u l-integrazzjoni ekonomika effettivi fir-reġjun permezz tas-sħubija tal-Unjoni mal-Unjoni Afrikana (UA) u l-organizzazzjonijiet reġjonali, b'mod partikolari l- IGAD; jikkontribwixxi għas-segwitu għal-laqgħat ministerjali tal-UE/IGAD u laqgħat ministerjali informali tal-UE mal-pajjiżi membri tal-IGAD;
isegwi l-iżviluppi politiċi fir-reġjun u jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-politika tal-Unjoni lejn ir-reġjun, bil-ħsieb li jiġu fformulati proposti konkreti għall-azzjoni, inkluż fir-rigward tal-Eritrea, l-Etjopja, is-Somalja, is-Sudan, is-Sudan t'Isfel u l-Eritrea, it-tilwima dwar il-fruntiera Djibouti-Eritrea, it-tilwima dwar il-fruntiera bejn l-Etjopja u l-Eritrea, l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Alġeri, it-tilwima dwar in-Nil, u tħassib ieħor f'dak ir-reġjun li għandu impatt fuq is-sigurtà, l-istabbiltà u l-prosperità tiegħu;
fir-rigward tas-Somalja, u billi jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni għas-Somalja u s-sħab reġjonali u internazzjonali rilevanti, inklużi r-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għas-Somalja, l-UA u l-IGAD, ikompli jikkontribwixxi b'mod attiv għal azzjonijiet u inizjattivi li jwasslu għal stabbilizzazzjoni ulterjuri għas-Somalja, b'mod partikolari t-tlestija tal-proċess tal-formazzjoni ta' stat federali u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Transizzjoni sabiex jinbdew t-transizzjoni u t-trasferiment gradwali tar-responsabbiltajiet mill-AMISOM għall-gvern u l-istituzzjonijiet tas-Somalja. Barra minn hekk, ir-RSUE għandu jkompli jappoġġa l-iżvilupp tas-settur tas-sigurtà fis-Somalja, inkluż permezz tal-missjonijiet tal- Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tal-Unjoni stazzjonati fir-reġjun, u jaħdem għal tisħiħ fil-koordinazzjoni ta' donaturi internazzjonali biex jappoġġaw is-settur tas-sigurtà fis-Somalja, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' Stati Membri;
fir-rigward tas-Sudan, u billi jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kapijiet tad-Delegazzjoni tal-Unjoni f'Khartoum u għall-UA f'Addis Ababa, jikkontribwixxi għall-koerenza u l-effettività tal-politika tal-Unjoni lejn is-Sudan u jappoġġa soluzzjonijiet politiċi għas-sitwazzjoni f'Darfur, il-Kordofan tan-Nofsinhar u l-Blue Nile, u rikonċiljazzjoni nazzjonali permezz ta' proċess politiku olistiku inkluż lejn elezzjonijiet ippjanati fl-2020. F'dak ir-rigward, ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għal approċċ internazzjonali koerenti mal-UA u b'mod partikolari l-Grupp ta' Implimentazzjoni ta' Livell Għoli tal-UA għas-Sudan u s-Sudan t'Isfel, in-NU u partijiet ikkonċernati reġjonali u internazzjonali ewlenin oħra, filwaqt li jżomm f'moħħu wkoll il-ħtieġa ta' appoġġ għall-koeżistenza paċifika tas-Sudan u s-Sudan t'Isfel, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Addis u r-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet pendenti wara l-Ftehim Komprensiv ta' Paċi;
fir-rigward tas-Sudan t'Isfel, bl-iskop ta' żvilupp taħt il-Ftehim dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Konflitt fis-Sudan t-Isfel u l-proċess tal-Forum ta' Rivitalizzazzjoni ta' Livell Għoli, ikompli jimpenja ruħu f'livell reġjonali, b'mod partikolari man-NU, l-UA, l-IGAD, il-ġirien tas-Sudan t'Isfel u sħab internazzjonali ewlenin oħra, biex jiġu żgurati l-prevenzjoni ta' konflitti ulterjuri u l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe ftehim possibbli; f'dak ir-rigward ir-RSUE għandu jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni f'Juba u għall-UA f'Addis Ababa;
jeżamina l-isfidi transfruntieri b'mod partikolari dwar il-migrazzjoni u, fuq talba, jipparteċipa fi djalogi dwar il-migrazzjoni ma' partijiet interessati rilevanti u jikkontribwixxi b'mod aktar ġenerali lejn il-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u r-refuġjati fir-rigward tar-reġjun, f'konformità mal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sabiex tiżdied il-kooperazzjoni, inkluż dwar ir-ritorn u r-riammissjoni;
isegwi mill-qrib sfidi transfruntieri oħra li jolqtu l-Qarn tal-Afrika, b'enfasi fuq ir-radikalizzazzjoni u t-terroriżmu, iżda jħares ukoll lejn is-sigurtà u l-piraterija marittima, il-kriminalità organizzata, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armi, ta' prodotti mill-annimali selvaġġi, ta' drogi u kuntrabandu ieħor, u kwalunkwe konsegwenza politika u ta' sigurtà tal-kriżijiet umanitarji;
jippromovi l-aċċess umanitarju madwar ir-reġjun;
jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/168/PESK ( 1 ) u l-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, f'kooperazzjoni mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi l-Linji Gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-Linji Gwida tal-UE dwar it-tfal u l-konflitt armat, kif ukoll il-Linji Gwida tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom, u l-politika tal-Unjoni dwar ir-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluż permezz ta' monitoraġġ u rappurtar dwar l-iżviluppi kif ukoll l-ifformular ta' rakkomandazzjonijiet f'dan ir-rigward.
Għall-fini tat-twettiq tal-mandat, ir-RSUE għandu, fost oħrajn:
jagħti pariri u jirrapporta dwar id-definizzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Unjoni fil-fora internazzjonali, kif adatt, sabiex jippromovi b'mod proattiv l-approċċ ta' politika komprensiv tal-Unjoni lejn il-Qarn tal-Afrika;
iżomm viżjoni globali tal-attivitajiet kollha tal-Unjoni.
Artikolu 4
Implimentazzjoni tal-mandat
Artikolu 5
Finanzjament
L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2020 sal-31 ta' Awwissu 2020 għandu jkun ta' EUR 1 400 000 .
L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2020 sat-28 ta’ Frar 2021 għandu jkun ta’ EUR 1 290 000,00 .
L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2021 għandu jkun ta’ EUR 345 000 .
Artikolu 6
Formazzjoni u kompożizzjoni tat-tim
Artikolu 7
Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE
Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament regolari tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-pajjiż ospitanti, kif adatt. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.
Artikolu 8
Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE
Ir-RSUE u l-membri tat-tim tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE ( 2 ).
Artikolu 9
Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku
Artikolu 10
Sigurtà
F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal stazzjonat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titlu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri raġonevolment prattikabbli kollha, skont il-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ta' responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:
jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment sigur tal-persunal lejn iż-żona ta' responsabbiltà u ġewwa fiha, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà u li jipprevedu pjan ta' kontinġenza u ta' evakwazzjoni;
jiżgura li l-persunal kollu stazzjonat barra l-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli, kif ikunu jeħtieġu l-kundizzjonijiet fiż-żona ta' responsabbiltà;
jiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li jkunu ser jiġu stazzjonati barra l-Unjoni, inkluż persunal kuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt ta' sigurtà qabel, jew kif, jaslu fiż-żona ta' responsabbiltà, abbażi tal-livelli tar-riskju assenjati li dik iż-żona mis-SEAE;
jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehmin kollha li jkunu saru wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà u jipprovdi lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapport ta' progress u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.
Artikolu 11
Rappurtar
Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment rapporti bil-fomm u bil-miktub lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu wkoll jirrapporta skont il-ħtieġa lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill. Ir-rapporti regolari għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill tal-Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 12
Koordinazzjoni
Artikolu 13
Assistenza rigward pretensjonijiet
Ir-RSUE u l-persunal tar-RSUE għandhom jassistu fil-forniment ta' elementi b'rispons għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-mandati tar-RSUE preċedenti fis-Sudan (u s-Sudan t'Isfel), u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal tali għanijiet.
Artikolu 14
Reviżjoni
L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport dwar il-progress sal-31 ta' Ottubru 2018 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sat-30 ta' Novembru 2019.
Ir-rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat tar-RSUE għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ April 2021.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
( 1 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/168/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2003/444/PESK (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 56)
( 2 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).