|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1261 |
28.11.2023 |
Avviż għall-attenzjoni ta' żewġ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
(C/2023/1261)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Bernard Maheshe BYAMUNGU u s-Sur Ruvugayimikore PROTOGÈNE, persuni li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (1) u l-Anness Ia għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Fil-25 ta' Ottubru 2023, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti żied iż-żewġ persuni msemmija hawn fuq għal-lista ta' individwi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. In-narrattivi li fuqhom huma bbażati dawk l-inklużjonijiet fil-listi huma disponibbli fuq Security Council 1533 Sanctions Committee Adds Two Entries to Its Sanctions List | UN Press (Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet 1533 tal-Kunsill tas-Sigurtà jżid Żewġ Entrati mal-Lista ta' Sanzjonijiet tiegħu | Uffiċċju Stampa tan-NU).
Fid-dawl ta' dan kollu, il-Kunsill jipprevedi l-inklużjoni taż-żewġ persuni msemmija hawn fuq fil-listi ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, u t-tħassir tal-entrati korrispondenti mill-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u mill-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005.
Kwalunkwe osservazzjoni li l-persuni kkonċernati jixtiequ jippreżentaw għandha tiġi ppreżentata sat-12 ta' Diċembru 2023 fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1261/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)