31988D0381



Official Journal L 183 , 14/07/1988 P. 0027 - 0029
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 8 P. 0103
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 8 P. 0103


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-24 ta' Ġunju 1988

li tikkonċerna suppliment, dwar il-carbon tetrachloride, għall-Anness IV għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tar-Rhine mit-Tinġis Kimiku

(88/381/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 130 S, tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi, bid-Deċiżjoni 77/586/KEE [3], il-Komunità approvat il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tar-Rhine minn Tinġis Kimiku, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa bħala l-"Konvenzjoni Kimika", u l-Ftehim Addizzjonali għall-Ftehim ifirmat f'Berne fid-29 ta'April 1963 li jikkonċerna l-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tar-Rhine mit-Tinġis, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa l-"Kummissjoni Internazzjonali";

Billi, taħt l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni Kimika, il-Kmmissjoni Internazzjonali tipproponi limiti ta' skarikar ta'ċerti sostanzi fl-ilma tal-wiċċ tal-baċin tar-Rhine permezz ta' emendi għall-Anness IV għall-Konvenzjoni Kimika; billi, taħt l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Kimika, aċċettazzjoni unanima mill-Partijiet Kontraenti hija meħtieġa biex dawk l-emendi jidħlu fis-seħħ;

Billi l-Kummissjoni Internazzjonali stabbilixxi limiti għall-carbon tetrachloride fil-forma ta' proposta maħsuba biex tissupplimenta l-Anness IV għall-Konvenzjoni Kimika;

Billi d-Direttiva 86/280/KEE [4] timponi limiti għall-iskarikar ta' carbon tetrachloride fl-ambjent akkwatiku tal-Komunità; billi l-limiti huma identiċi għal dawk proposti mill-Kummissjoni Internazzjonali;

Billi hu desiderabbli illi l-Komunità, bħala Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni Kimika, tadotta l-proposta fuq imsemmija,

IDDEĊIDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-proposta mill-Kummissjoni Internazzjonal għall-Protezzjoni tar-Rhine mit-Tinġis, intiża biex tissupplimenta, in rigward tal-carbon tetrachloride, l-Anness IV għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tar-Rhine mit-Tinġis Kimiku, hija hawnhekk adottata għan-nom tal-Komunità Ekonomika Ewropea.

It-test tal-proposta hu anness ma' din id- Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnotifika lill-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera, skond il-proċeduri stabbiliti mill-Konvenzjoni Kimika, ta' l-adozzjoni tal-proposta msemmija fl-Artikolu 1.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-24 ta' Ġunju 1988.

F'isem il-Kunsill

Il-President

M. Bangemann

[1] Opinjoni mogħtija fil-15 ta' Ġunju 1988 (s' issa għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU C 356, tal-31.12.1987, p. 68.

[3] ĠU L 240, tad-19.9.1977, p. 19.

[4] ĠU L 181, ta' l-4.7.1986, p. 16.

--------------------------------------------------

Proposta mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjon tar-Rhine mit-Tinġis Kimiku intiża biex tissupplimenta l-Anness IV għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tar-Rhine mit-Tinġis Kimiku ffirmata f'Bonn fit-3 ta' Diċembru 1976

IL-KUMMISSJONI INTERNAZZJONALI GĦALL-PROTEZZJONI TAR-RHINE MIT-TINĠIS,

Wara li kkunsidrat l-Konvenzjoni għall-protezzjoni tar-Rhine mit-Tinġis Kimiku, iffirmata f'Bonn fit-3 ta' Diċembru 1976,

Wara li kkunsidrat b' mod partikolari l-Artikoli 3, 4, 5 u 14 tagħha,

TIPPROPONI LILL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦALL-KONVENZJONI

illi l-Anness IV għall-Konvenzjoni jiġi supplimentat kif ġej in rigward il-carbon tetrachloride:

Sustanza jew grupp ta' Sustanzi | Oriġini | Limitu f'temini ta' konċentrazzjoni massima ta' sostanza | Limitu f'termini tal-kwantità ta' sostanza | Terminu ta' żmien għall-iskarikar | Rimarki |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

Carbon tetracloride | 1.Produzzjoni ta' carbon tetrachloride permezz ta' perchlorination mingħajr ħasil | 1,5 mg kull litru ta' skarikar | 2,5 grammi ta' carbon tetrachloride kull tunnellata tal-kapaċità tal-produzzjoni ta' carbon tetrachloride u ta' perchloroethylene | fl-1 ta' Jannar 1988. | ,,,, |

2.Produzzjoni ta' chloromethanes permezz ta' klorinazzjoni ta' metanu (inkluż l-eletrolisi chlor-alkali bi pressjoni għolja) u mill-metanolu | 1,5 mg kull litru ta' skarikar | 10 grammi ta' carbon tetrachloride kull tunnellata mill-kapaċità totali tal-produzzjoni ta' chloromethanes | fl-1 ta' Jannar 1988. | ,,,, |

3.Konversjoni fi chlorofluorocarbons | | | | |

Jekk meħtieġ il-limiti għal setturi oħra industrijali, bħalma huma stabbilimenti li jużaw il-carbon tetrachloride bħala solvent, għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni Internazzjonali aktar tard. Fil-frattemp, il-gvernijiet għandhom jiffisaw standards ta' emissjoni għall-carbon tetrachloride awtonomament skond l-Artikoli 3 u 4 tal-Konvenzjoni.

Dawn l-istandards għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-aħjar mezzi tekniċi disponibbli li m'għandhomx ikunu anqas strinġenti mill-eqreb limiti komparati fl-Anness IV.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu japplikaw ukoll fejn stabbiliment industrijali jagħmel attivitajiet oħra li għalihom ma hemmx limiti stipulati fit-tabella fuq imsemmija li x' aktarx jipproduċu skarikament ta' carbon tetrachloride.

Skond l-Artikoli 14 u 19 tal-Konvenzjoni, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ wara li jiġu adottati unanimament mill-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni.

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera li għandu jwieġeb meta jirċevi n-notifika.

--------------------------------------------------