Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2009 – Hipp & Co vs UASI – Laboratorios Ordesa (Bebimil)

(Kawża T-221/06)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja verbali Bebimil – Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti BLEMIL – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BLEMIL 1 – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Probabbiltà ta’ konfużjoni”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 39-42, 70-74)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 571/2005‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Ordesa, SL u Hipp & Co. KG.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Hipp & Co. KG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark Komunitarja verbali Bebimil għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Laboratorios Ordesa, SL

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali Komunitarja BLEMIL għal prodotti fil-klassijiet 5 u 29 u t-trade marks verbali nazzjonali BLEMIL u BLEMIL 1

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħha parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hipp & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.