|
23.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 337/59 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 259/2018
tal-5 ta’ Diċembru 2018
li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1523]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (1) kien inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE bid-Deċiżjoni Nru 152/2012 tas-26 ta’ Lulju 2012 (2). |
|
(2) |
Ħamsa u għoxrin Stat Membru (minn hawn ’il quddiem, l-“Istati Membri parteċipanti”) u l-Kummissjoni Ewropea, f’isem l-Unjoni Ewropea, għamlu Ftehim ta’ Akkwist Konġunt biex Jipproċessaw Pjattaformi Komuni tal-Irkant (3), u l-Istati Membri kollha (minn hawn ’il quddiem, l-“Istati Membri”) u l-Kummissjoni Ewropea, f’isem l-Unjoni Ewropea, għamlu Ftehim ta’ Akkwist Konġunt biex Jipproċessaw Monitoraġġ tal-Irkant (4) (minn hawn ’il quddiem “il-ftehimiet tal-akkwist konġunt”). |
|
(3) |
L-Artikolu 165 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, u d-Deċiżjoni 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5) jipprevedi l-possibbiltà li l-Unjoni Ewropea twettaq proċeduri ta’ akkwist konġunt mal-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (European Free Trade Association, EFTA) jew ma’ pajjiżi kandidati tal-Unjoni jekk din il-possibbiltà tkun ġiet ippreveduta b’mod speċifiku fi trattat bilaterali jew multilaterali. |
|
(4) |
F’dan ir-rigward, l-Istati tal-EFTA li huma partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE ddeċidew li jwettqu akkwist konġunt, flimkien mal-Kummissjoni u l-Istati Membri parteċipanti, għall-ħatra ta’ pjattaforma tal-irkant waħda jew aktar previsti fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010, u mal-Kummissjoni u l-Istati Membri għall-ħatra ta’ sorveljatur tal-irkant previst fl-Artikolu 24 tar-Regolament imsemmi, wara proċedura ta’ akkwist konġunt fis-sens tal-Artikolu 165 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1902 tat-18 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 biex l-irkantar ta' kwoti jiġi allinjat mad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u biex tiġi elenkata pjattaforma tal-irkant li trid tinħatar mir-Renju Unit (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-akkwisti konġunt għandha tkun mirfuda billi dawn isiru partijiet għall-ftehimiet tal-akkwist konġunt. F’konformità mat-termini tal-ftehimiet ta’ akkwist konġunt li jippermettu l-possibbiltà li l-Istati tal-EFTA jissieħbu fl-azzjoni konġunta, il-Kummissjoni hija awtorizzata tiffirma f’isem kull Stat Membru ftehim mal-Istati tal-EFTA li bih l-Istati tal-EFTA jissieħbu fil-ftehimiet tal-akkwist konġunt, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 21ala (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010):
|
|
2. |
L-adattamenti fil-punt 21ala (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2010) għandu jiġi jinbidel b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2017/1902 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
Is-Segretarji
Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Hege M. HOFF
Mikołaj KARŁOWSKI
(1) ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1.
(2) ĠU L 309, 8.11.2012, p. 38.
(3) https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/ets/auctioning/docs/en_cap_en.pdf
(4) https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/ets/auctioning/docs/en_am_en.pdf
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(6) ĠU L 269, 19.10.2017, p. 13.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.