<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-645/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0645</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:262">EU:C:2018:262</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20180419">19.4.2018</DATE> – Kawża C‑645/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Conseils et mise en relations (CMR)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180419">19 ta’ April 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 86/653/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal-aġent kummerċjali għal indennizz jew għall-kumpens għad-danni wara t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 17</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni tad-dritt għal indennizz fil-każ ta’ xoljiment tal-kuntratt waqt il-perijodu ta’ prova stabbilit fil-kuntratt</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑645/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20161206">6 ta’ Diċembru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Conseils et mise en relations (CMR) SARL</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Demeures terre et tradition SARL,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, C. Vajda, E. Juhász, K. Jürimäe (Relatur) u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Demeures terre et tradition SARL, minn F. Molinié, avocat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u R. Coesme, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u M. Hellmann, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Hottiaux u H. Tserepa‑Lacombe, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat‑<DATE ISO="19861218">18 ta’ Diċembru 1986</DATE> dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Conseils et mise en relations (CMR) SARL u Demeures terre et tradition SARL (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>DTT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), fir-rigward ta’ talba, magħmula minn CMR, għall-ħlas, minn naħa, ta’ indennizz bħala kumpens għad-danni riżultanti mit-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali li jorbotha ma’ DTT u, min-naħa l-oħra, ta’ danni dovuti lilha bħala konsegwenza tat-terminazzjoni abbużiva ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>It-tieni u t-tielet premessa tad-Direttiva 86/653 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>[b]illi d-differenzi fil-liġijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rappreżentanza kummerċjali sostanzjalment jaffettwaw il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u t-twettiq ta’ dik l-attività [fl-Unjoni Ewropea] u huma ta’ ħsara kemm għal protezzjoni disponibbli għal aġenti kummerċjali vis-à-vis il-prinċipali tagħhom u kemm għas-sigurtà ta’ operazzjonijiet kummerċjali; billi barraminnhekk dawk id-differenzi huma tali li jipprevienu sostanzjalment il-konklużjoni u l-operazzjoni ta’ kuntratti ta’ rappreżentanza kummerċjali meta l-prinċipal u l-aġenti kummerċjali jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti;</P></CONSID><CONSID><P>[b]illi l-kummerċ fil-merkanzija bejn Stati Membri għandu jitwettaq taħt il-kundizzjonijiet li huma simili għal dawk ta’ suq wieħed, u dan jeħtieġ l-approssimazzjoni tas-sistemi legali ta’ l-Istati Membri sal-limitu meħtieġ għal funzjonament kif suppost tas-suq komuni; billi f’dan ir-rigward ir-regoli li jikkonċernaw konflitti fil-liġijiet fil-fatt ma jneħħux, fil-materja ta’ rappreżentanza kummerċjali, l-inkonsistenzi msemmija fuq, lanqas ma kienu li kieku saru l-istess, u għalhekk l-armonizzazzjoni proposta hija neċessarja minkejja l-eżistenza ta’ dawk ir-regoli<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri ta’ armonizzazzjoni stipulati minn din id-Direttiva għandhom japplikaw għal-liġijiet, għar-regolamenti u għad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn aġenti kummerċjali u l-prinċipali tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>aġent kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> għandu jfisser intermedjarju li jaħdem għal rasu li jkollu awtorità kontinwa li jinnegozja l-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija f’isem persuna oħra, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>prinċipal<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>, jew li jinnegozja u jikkonkludi dawn l-operazzjonijiet għan-nom ta’ u f’isem dak il-prinċipal.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(1) sa (3) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li l-aġent kummerċjali jkun, wara t-terminu tal-kuntratt ta’ l-aġenzija, indennizzat skond il-paragrafu 2 jew ikkumpensat għad-danni skond il-paragrafu 3.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>L-aġent kummerċjali għandu jkun intitolat għal indennizz jekk u sal-limiti li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>ikun ressaq lill-klijenti prinċipali ġodda jew ikun żied b’mod sinfikanti l-volum tan-negozju ma’ klijenti eżistenti u l-prinċipal jibqa’ jieħu benefiċċji sostanzjali min-negozju ma’ dawn il-klijenti,</P><P>u</P></ITEM><ITEM><P>il-ħlas ta’ dan l-indennizz ikun indaqs fir-rigward taċ-ċirkostanzi kollha u, b’mod partikolari, il-kommissjoni mitlufa mill-aġent kummerċjali fuq in-negozju mwettaq ma’ dawk il-klijenti. […]</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>L-ammont ta’ l-indennizz ma jistax jeċċedi figura ekwivalenti għal indennizz għal sena waħda ikkalkolata mir-remunerazzjoni annwali medja ta’ aġent kummerċjali tul il-ħames snin preċedenti u jekk il-kuntratt imur lura anqas minn ħames snin, l-indennnizz għandu jiġi kkalkolat fuq il-medja tal-perjodu inkwistjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>Il-għotja ta’ dan l-indennizz m’għandhiex iżżomm lill-aġent kummerċjali milli jfittex għad-danni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-aġent kummerċjali għandu jkun intitolat għal indennizz għad-danni li hu jsofri bħala riżultat tat-terminazzjoni tar-relazzjonijiet tiegħu mal-prinċipal.</P><P>Dawn id-danni għandhom jitqiesu li jseħħu b’mod partikolari meta sseħħ it-terminazzjoni f’ċirkostanzi:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>li jċaħħdu lill-aġent kummerċjali mill-kommissjoni li twettiq tajjeb tal-kuntratt ta’ l-aġenzija jkun akkwistalu waqt li jipprovdi lill-prinċipal b’benefiċċji sostanzjali marbuta ma’ l-attivitajiet ta’ l-aġent kummerċjali,</P></ITEM><ITEM><P>u/jew li ma jkunux għamluha faċli għall-aġent kummerċjali li jħallas bin-nifs l-infiq u l-ispejjeż li hu jkun sofra għat-twettiq tal-kuntratt ta’ l-aġenzija fuq il-parir tal-prinċipal.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tal-istess direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-indennizz jew il-kumpens imsemmija fl-Artikolu 17 m’għandhomx ikunu pagabbli:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>meta l-prinċipal ikun ittermina l-kuntratt ta’ l-aġenzija minħabba nuqqas li jista jkun attribwit lill-aġent kummerċjali li kien jiġġustifika t-terminazzjoni immedjata tal-kuntratt ta’ l-aġenzija skond il-liġi nazzjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>meta l-aġent kummerċjali jkun ittermina l-kuntratt ta’ aġenzija, sakemm din it-terminazzjoni ma tkunx iġġustifikata b’ċirkostanzi li jistgħu jkunu attribwiti lill-prinċipal fuq bażi ta’ età, nuqqas ta’ saħħa jew mard ta’ l-aġent kummerċjali b’konsegwenza ma jkunx jista raġonevolment ikun meħtieġ li jkompli bl-attivitajiet tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>meta, bi ftehim mal-prinċipal, l-aġent kummerċjali jassenja d-drittijiet u d-dmirijiet tiegħu skond il-kuntratt ta’ l-aġenzija lil persuna oħra.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tad-Direttiva 86/653 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-partijiet ma jistgħux jidderogaw mill-Artikoli 17 u 18 għad-detriment ta’ l-aġent kummerċjali qabel ma l-kuntratt ta’ l-aġenzija jiskadi.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 134‑12 tal-code de commerce (il-Kodiċi Kummerċjali) jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>F’każ ta’ terminazzjoni tar-relazzjonijiet mal-prinċipal, l-aġent kummerċjali għandu dritt għal indennizz bħala kumpens għad-dannu subit.</P><P>L-aġent kummerċjali jitlef id-dritt għall-kumpens jekk ma jkunx innotifika lill-prinċipal, f’terminu ta’ sena li jibda’ mit-terminazzjoni tal kuntratt, li huwa għandu l-intenzjoni li jinvoka d-drittijiet tiegħu.</P><P>L-aventi kawża tal-aġent kummerċjali jibbenefikaw ukoll mid-dritt għall kumpens meta t-terminazzjoni tal-kuntratt tkun dovuta għall-mewt tal-aġent.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20111202">2 ta’ Diċembru 2011</DATE>, DTT ikkonkludiet flimkien ma’ CMR kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali dwar il-bejgħ ta’ djar individwali. Skont dan il-kuntratt, DTT u CMR kellhom rispettivament il-kwalità ta’ prinċipal u ta’ aġent. L-imsemmi kuntratt kien jipprovdi perijodu ta’ prova ta’ tnax-il xahar, li warajh il-kuntratt kellu jitqies li jkun wieħed għal żmien indeterminat, bil-possibbiltà għal kull waħda mill-partijiet li xxoljih matul dan il-perijodu ta’ prova, permezz ta’ preavviż ta’ ħmistax-il ġurnata fl-ewwel xahar, u mbagħad ta’ xahar. Il-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali kien stabbilixxa bħala għan it-twettiq ta’ ħamsa u għoxrin bejgħ fis-sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20120612">12 ta’ Ġunju 2012</DATE>, DTT ikkomunikat lil CMR id-deċiżjoni tagħha li tittermina dan il-kuntratt, fi tmiem it-terminu tal-preavviż kuntrattwali ta’ xahar. Din id-deċiżjoni kienet motivata min-nuqqas ta’ osservanza tal-għan stabbilit mill-imsemmi kuntratt, peress li CMR kienet wettqet biss bejgħ wieħed f’ħames xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>B’att tal-<DATE ISO="20130320">20 ta’ Marzu 2013</DATE>, CMR ressqet lil DTT quddiem it-tribunal de commerce d’Orléans (il-Qorti Kummerċjali ta’ Orléans, Franza) għall-ħlas ta’ indennizz bħala kumpens għal dannu riżultanti mit-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali u għall-ħlas ta’ danni għat-terminazzjoni abbużiva tal-kuntratt. B’sentenza tat-<DATE ISO="20140130">30 ta’ Jannar 2014</DATE>, din il-qorti laqgħet parzjalment it-talbiet ta’ CMR.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140214">14 ta’ Frar 2014</DATE>, DTT appellat minn din is-sentenza. B’sentenza tat-<DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, il-cour d’appel d’Orléans (il-Qorti tal-Appell ta’ Orléans, Franza) annullat parzjalment is-sentenza tat-tribunal de commerce d’Orléans (il-Qorti Kummerċjali ta’ Orléans). B’mod partikolari, din il-qorti kkunsidrat li l-indennizz bħala kumpens previst mill-Artikolu L. 134‑12 tal-code de commerce (il-Kodiċi Kummerċjali) ma kienx dovut fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali matul il-perijodu ta’ prova. Hija qieset ukoll li x-xoljiment tal-kuntratt konkluż bejn DTT u CMR ma kienx abbużiv peress li bejgħ wieħed biss kien twettaq f’ħames xhur filwaqt li l-għan stabbilit minn dan il-kuntratt kien ta’ ħamsa u għoxrin bejgħ fis-sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Adita b’appell ippreżentat minn CMR minn din is-sentenza, il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Franza) indikat, l-ewwel nett, li s-sentenza tal-cour d’appel d’Orléans (il-Qorti tal-Appell ta’ Orléans) applikat ġurisprudenza stabbilita tas-sede kummerċjali, finanzjarja u ekonomika tal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni), li tipprovdi li d-dritt għal indennizz huwa suġġett għal eċċezzjoni meta l-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali jiġi tterminat matul il-perijodu ta’ prova. It-tieni nett, hija rrilevat li d-Direttiva 86/653 ma tagħmilx riferiment għal perijodu ta’ prova eventwali, b’tali mod li tali perijodu jidher li jista’ jkun stipulat mill-partijiet f’kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali, mingħajr ma dan jikkostitwixxi ksur tad-dritt tal-Unjoni. It-tielet nett, hija fakkret, b’riferiment<?PAGE NO="5"?> għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li din id-direttiva hija intiża sabiex tipproteġi lill-aġent kummerċjali fir-relazzjoni tiegħu mal-prinċipal u li l-Artikolu 17(2) tal-imsemmija direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkontribwixxi għal din il-protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Franza) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-Artikolu 17 tad-Direttiva [86/653] japplika meta t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali sseħħ matul il-perijodu ta’ prova previst f’dan il-kuntratt?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 17 tad-Direttiva 86/653 għandux jiġi interpretat fis-sens li s-sistemi ta’ indennizz u ta’ kumpens li dan l-artikolu jipprevedi rispettivament fil-paragrafi 2 u 3 tiegħu, fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali, huma applikabbli meta din it-terminazzjoni sseħħ matul il-perijodu ta’ prova stipulat minn dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandha tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar jekk id-Direttiva 86/653 tipprekludix l-istipula ta’ perijodu ta’ prova f’kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 34 tal-konklużjonijiet tiegħu, din id-direttiva ma ssemmi xejn dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>perijodu ta’ prova<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Peress li l-ebda dispożizzjoni ta’ din id-direttiva ma tirregola l-istipula ta’ perijodu ta’ prova, hemm lok li jiġi kkunsidrat li tali stipula, li jaqa’ taħt il-libertà kuntrattwali tal-partijiet fil-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali, ma huwiex fih innifsu pprojbit minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-awla kummerċjali, finanzjarja u ekonomika tal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni) iddeċidiet li l-aġent kummerċjali ma jgawdi minn ebda dritt għal indennizz fil-każ fejn it-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali sseħħ matul il-perijodu ta’ prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[d]irettiva għandha torbot l-Istati Membri, f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżultat li jrid jinkiseb, iżda tħalli l-għażla ta’ forom u metodi f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Kif enfasizza wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 34 tal-konklużjonijiet tiegħu, jekk id-Direttiva 86/653 ma tipprekludix l-istipula ta’ perijodu ta’ prova f’kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali, ma jistgħux jingħataw effetti legali li jistgħu jaffettwaw l-effettività sħiħa ta’ din id-direttiva, skont id-dritt intern, lil tali perijodu ta’ prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti li għandu jiġi eżaminat jekk l-istipula ta’ perijodu ta’ prova f’kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali jipprekludix l-applikazzjoni tas-sistemi ta’ indennizz u ta’ kumpens, rispettivament previsti fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 86/653, fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt matul il-perijodu ta’ prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Konformement mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tiġi ddeterminata l-portata ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, f’dan il-każ l-Artikolu 17 tad-Direttiva 86/653, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm il-kliem, kemm il-kuntest, kif ukoll l-għanijiet tagħha (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Angerer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑477/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:239">EU:C:2015:239</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-formulazzjoni ta’ dan l-artikolu, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li, skont l-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 86/653, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw lill-aġent kummerċjali, wara <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>t-terminu [t-tmiem] tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, indennizz jew kumpens għad-dannu subit. Bl-istess mod, l-Artikolu 17(3) ta’ din id-direttiva jiddisponi li l-aġent kummerċjali għandu dritt għall-kumpens għad-danni li huwa jsofri bħala riżultat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>tat-terminazzjoni tar-relazzjonijiet tiegħu mal-prinċipal<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. B’hekk, id-dritt għal indennizz jew għal kumpens tal-aġent kummerċjali jkun suġġett għat-terminazzjoni tar-relazzjoni kuntrattwali tiegħu mal-prinċipal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Jekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 38 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-istipula ta’ perijodu ta’ prova għandu l-għan li jiffaċilita x-xoljiment ta’ kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali, xorta jibqa’ l-fatt li x-xoljiment ta’ tali kuntratt matul il-perijodu ta’ prova stipulat f’dan il-kuntratt jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>terminu [tmiem] tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>terminazzjoni tar-relazzjonijiet [tal-aġent kummerċjali] mal-prinċipal<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> fis-sens tal-Artikolu 17(1) u (3) tad-Direttiva 86/653.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li mill-osservazzjonijiet ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Kassazzjoni ċċitata fil-punt 18 ta’ din is-sentenza, li tgħid li l-aġent kummerċjali ma jgawdi minn ebda dritt għal indennizz fejn it-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali sseħħ matul il-perijodu ta’ prova, hija bbażata fuq il-kunsiderazzjoni li, matul dan il-perijodu, il-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali jkun għadu ma huwiex definittivament konkluż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni ma għandha l-ebda bażi fid-Direttiva 86/653. Għall-kuntrarju, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tiegħu, teżisti relazzjoni bejn aġent kummerċjali u prinċipal, fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 86/653, mill-mument li fih kuntratt li l-għan tiegħu jkun il-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija, jew li jinnegozja u jikkonkludi dan in-negozju f’isem il-prinċipal jiġi konkluż, irrispettivament mill-kwistjoni dwar jekk dan il-kuntratt jinkludix perijodu ta’ prova. Minn dan isegwi li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva huma applikabbli meta tali kuntratt jiġi konkluż bejn il-prinċipal u l-aġent kummerċjali, anki jekk dan il-kuntratt jistipula perijodu ta’ prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>It-tieni nett, mill-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 86/653 jirriżulta li indennizz ikun dovut b’mod partikolari jekk l-aġent kummerċjali jkun ġab klijenti ġodda lill-prinċipal jew ikun żied b’mod sinjifikattiv il-volum tan-negozju mal-klijenti eżistenti u jekk il-prinċipal jibqa’ jgawdi minn vantaġġi sostanzjali li jirriżultaw min-negozju ma’ dawn il-klijenti. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 17(2)(b) ta’ din id-direttiva, l-ammont ta’ dan l-indennizz huwa bbażat fuq il-prestazzjoni tal-aġent kummerċjali matul il-perijodu tal-kuntratt. Bl-istess mod, jirriżulta mill-formulazzjoni tal-Artikolu 17(3) tal-imsemmija direttiva li l-aġent kummerċjali għandu dritt għall-kumpens għad-dannu subit, b’mod partikolari meta dan id-dannu jirriżulta meta sseħħ it-terminazzjoni tar-relazzjonijiet kuntrattwali taħt kundizzjonijiet li jċaħħdu lil dan l-aġent mill-kommissjonijiet li t-twettiq tal-kuntratt tal-aġenzija jkun kisiblu waqt li jipprovdi lill-prinċipal b’benefiċċji sostanzjali marbuta mal-attivitajiet ta’ dan l-aġent u/jew taħt kundizzjonijiet li ma jkunux għamluha faċli għall-aġent kummerċjali li jħallas bin-nifs l-infiq u l-ispejjeż li hu jkun sofra għat-twettiq tal-kuntratt tal-aġenzija fuq ir-rakkomandazzjoni tal-prinċipal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 26 u 50 tal-konklużjonijiet tiegħu, jirriżulta mill-kliem tal-Artikolu 17(2) u (3) tad-Direttiva 86/653 li s-sistemi ta’ indennizz u ta’ kumpens li din id-dispożizzjoni tipprevedi ma humiex intiżi sabiex jissanzjonaw it-terminazzjoni tal-kuntratt iżda sabiex jikkumpensaw lill-aġent kummerċjali għas-servizzi diġà mogħtija li minnhom il-prinċipal jibqa’ jibbenefika wara t-terminazzjoni tar-relazzjonijiet kuntrattwali jew għall-infiq u l-ispejjeż sostnuti minnu għall-finijiet ta’ dawn is-servizzi. Konsegwentement, dan l-aġent ma jistax jiċċaħħad mill-indennizz jew mill-kumpens għall-unika raġuni li t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali sseħħ matul il-perijodu ta’ prova, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-imsemmi Artikolu 17(2) u (3) ta’ din id-direttiva jkunu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-formulazzjoni ta’ dan l-artikolu jirriżulta li d-dritt għal indennizz u għal kumpens għad-dannu subit għandu japplika anki jekk ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-prinċipal u l-aġent kummerċjali tiġi tterminata matul il-perijodu ta’ prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet preċedenti huma kkorroborati mill-analiżi tal-kuntest tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 86/653 kif ukoll mill-għan ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-kuntest tal-Artikolu 17 tal-imsemmija direttiva, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-Artikolu 18 ta’ din l-istess direttiva jelenka b’mod limitattiv il-każijiet li fihom l-indennizz jew il-kumpens għad-danni ma huwiex dovut. It-terminazzjoni tal-perijodu ta’ prova ma hijiex imsemmija fih. Barra minn hekk, peress li l-imsemmi Artikolu 18 jikkostitwixxi eċċezzjoni għad-dritt għal indennizz u għal kumpens, hemm lok li dan jiġi interpretat b’mod strett. Minn dan isegwi li l-imsemmi artikolu ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jżid raġuni ta’ terminazzjoni tal-indennizz jew tal-kumpens mhux espressament previst (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Volvo Car Germany</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑203/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:647">EU:C:2010:647</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, il-kunsiderazzjoni li l-ebda indennizz jew kumpens ma għandu jitħallas jekk it-terminazzjoni tar-relazzjonijiet kuntrattwali sseħħ matul il-perijodu ta’ prova twassal preċiżament sabiex jiġi aċċettat raġuni ta’ terminazzjoni li ma huwiex previst fl-Artikolu 18 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 19 tad-Direttiva 86/653 jipprojbixxi lill-partijiet, qabel ma jiskadi l-kuntratt, milli jidderogaw mill-Artikoli 17 u 18 ta’ din id-direttiva għad-detriment tal-aġent kummerċjali. Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 48 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-fatt li jiġi kkunsidrat li l-istipula ta’ perijodu ta’ prova f’kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali jfisser li d-dritt għal indennizz u għal kumpens, kif previst fl-Artikolu 17 tal-imsemmija direttiva, ma huwiex applikabbli, jikkostitwixxi tali deroga. Effettivament, għall-istess prestazzjoni, aġent kummerċjali jingħata jew jiġi rrifjutat il-benefiċċju ta’ kumpens permezz tas-sempliċi stipula jew le ta’ perijodu ta’ prova fil-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, f’dak li jikkonċerna l-iskop tad-Direttiva 86/653, għandu jitfakkar li jirriżulta mit-tieni u mit-tielet premessa li din id-direttiva għandha, b’mod partikolari, l-għan li tipproteġi lill-aġent kummerċjali fir-relazzjoni tiegħu mal-prinċipal (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170517">17 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>ERGO Poist’ovňa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑48/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:377">EU:C:2017:377</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikoli 17 u 18 tal-imsemmija direttiva huma ta’ importanza determinanti peress li dawn jiddefinixxu l-livell ta’ protezzjoni li l-leġiżlatur tal-Unjoni kkunsidra raġonevoli li jingħata lill-aġenti kummerċjali fil-kuntest tat-ħolqien tas-suq uniku (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Unamar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑184/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:663">EU:C:2013:663</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikoli 17 sa 19 tal-istess direttiva għandhom l-għan li jipproteġu lill-aġent kummerċjali wara t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali. Is-sistema stabbilita għal dan il-għan mid-Direttiva 86/653 għandha natura imperattiva (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001109">9 ta’ Novembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Ingmar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑381/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:605">EU:C:2000:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060323">23 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>Honyvem Informazioni Commerciali</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑465/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:199">EU:C:2006:199</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li, fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 86/653, kull interpretazzjoni tal-Artikolu 17 ta’ din id-direttiva li tista’ tkun għad-detriment tal-aġent kummerċjali kienet eskluża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090326">26 ta’ Marzu 2009</DATE>, <NAME.CASE>Semen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑348/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:195">EU:C:2009:195</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, l-interpretazzjoni li l-ebda indennizz ma għandu jkun dovut fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali matul il-perijodu ta’ prova ma hijiex kompatibbli man-natura imperattiva tas-sistema stabbilita bl-Artikolu 17 tad-Direttiva 86/653. Fil-fatt, tali interpretazzjoni, li tammonta għall-issuġġettar tal-għoti ta’ kumpens għall-istipula jew le ta’ perijodu ta’ prova fil-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali, mingħajr ma titqies il-prestazzjoni tal-aġent kummerċjali jew l-infiq u l-ispejjeż sostnuti minnu, kuntrarjament għal dak li huwa mitlub minn dan l-artikolu, tikkostitwixxi, għall-istess<?PAGE NO="8"?> raġunijiet bħal dawk esposti fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, interpretazzjoni għad-detriment tal-aġent kummerċjali, liema aġent huwa mċaħħad minn kwalunkwe kumpens fuq is-sempliċi bażi li l-kuntratt li jorbtu mal-prinċipal jinkludi perijodu ta’ prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkunsidrat li interpretazzjoni tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 86/653 li l-ebda indenniz jew kumpens ma għandu jitħallas jekk it-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali sseħħ matul il-perijodu ta’ prova tmur kontra l-għan ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-Artikolu 17 tad-Direttiva 86/653 għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sistemi ta’ indennizz u ta’ kumpens li dan l-artikolu jipprevedi rispettivament fil-paragrafi 2 u 3 tiegħu, fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali, huma applikabbli meta din it-terminazzjoni sseħħ matul il-perijodu ta’ prova stipulat minn dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat‑<DATE ISO="19861218">18 ta’ Diċembru 1986</DATE> dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sistemi ta’ indennizz u ta’ kumpens li dan l-artikolu jipprevedi rispettivament fil-paragrafi 2 u 3 tiegħu, fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali, huma applikabbli meta din it-terminazzjoni sseħħ matul il-perijodu ta’ prova stipulat minn dan il-kuntratt.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>