Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU VI - Regoli Komuni fuq il-Kompetizzjoni fuq it-Tassazzjoni u l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet . - Kapitolu 1 - Regoli li jirregolaw il-Kompetizzjoni - Sezzjoni 1 - Regoli li japplikaw għall-impriżi . - Artikolu 83
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0075 - 0075
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0065 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0209 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0029 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)
Artikolu 83 1. Ir-regolamenti jew id-direttivi xierqa għall-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill, b’votazzjoni tal-maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew.. 2. Id-disposizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu maħsuba, partikolarment: a) biex jassiguraw l-osservanza tal-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 81 u fl-Artikolu 82, bl-istituzzjoni ta’ multi jew penali perjodiċi; b) biex jiddeterminaw il-modalitajiet għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 81, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-ħtieġa li jassiguraw superviżjoni adegwata flimkien ma’ l-iktar simplifikazzjoni massima possibbli ta’ kontroll amministrattiv; ċ) fejn meħtieġ, biex jiddefinixxu l-iskop ta’ l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 81 u 82 dwar id-diversi setturi ekonomiċi; (d) biex jispeċifikaw il-kompiti rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu; (e) biex jispeċifikaw ir-relazzjoni tal-liġijiet nazzjonali mad-disposizzjonijiet ta’ din is-Sezzjoni u dawk adottati fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. --------------------------------------------------