|
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262/60 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 88/2011
tal-1 ta’ Lulju 2011
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 58/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2011 tat-8 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) fir-rigward tal-formati xierqa għat-trażmissjoni tad-dejta, ir-riżultati li għandhom jiġu trażmessi u l-kriterji għall-kejl tal-kwalità għall-modulu ESSPROS dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18ub (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 10/2008) tal-Anness XXI tal-Ftehim:
|
“18uc. |
32011 R 0110: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2011 tat- 8 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) fir-rigward tal-formati xierqa għat-trażmissjoni tad-dejta, ir-riżultati li għandhom jiġu trażmessi u l-kriterji għall-kejl tal-kwalità għall-modulu ESSPROS dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti (ĠU L 34, 9.2.2011, p. 29).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 110/2011 li għandhom jiġu ppubblikati fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 196, 28.7.2011, p. 41.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.