<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-430/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0430</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:47">EU:C:2019:47</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20190123">23.1.2019</DATE> – Kawża C‑430/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Walbusch Walter Busch</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20190123">23 ta’ Jannar 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumatur</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/83/UE</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti mill-bogħod</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(1)(h)</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ informazzjoni dwar id-dritt ta’ rtirar</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(4)</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt konkluż b’mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jimponi limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ ħin għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ ħin għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Prospett inkluż f’rivista</KEYWORD><KEYWORD>Karta postali li fiha hyperlink li twassal għall-informazzjoni dwar id-dritt ta’ rtirar</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑430/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20170717">17 ta’ Lulju 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Walbusch Walter Busch GmbH &amp; Co. KG</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tar-Raba’ Awla, li qed jaġixxi bħala President tat-Tielet Awla, J. Malenovský, L. Bay Larsen, M. Safjan (Relatur) u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: R. Șereș, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Walbusch Walter Busch GmbH &amp; Co. KG, minn R. Becker, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV, minn C. Rohnke, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze, M. Hellmann, E. Lankenau u J. Techert, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn H. Leppo, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Kellerbauer u N. Ruiz García, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpetazzjoni tal-Artikolu 6(1)(h) u tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="64" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 304, p. 64</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Walbusch Walter Busch GmbH &amp; Co. KG, kumpannija rregolata mid-dritt Ġermaniż, u Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main e.V., assoċjazzjoni għall-ġlieda kontra l-prattiċi kummerċjali żleali (iktar ’il quddiem iz-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Zentrale<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar l-informazzjoni dwar id-dritt ta’ rtirar tal-konsumatur li tinsab fil-pubbliċità magħmula minn din il-kumpannija fil-forma ta’ prospett pubbliċitarju anness ma’ diversi ġurnali u rivisti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Karta</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Il-libertà ta’ l-espressjoni u ta’ l-informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, fil-paragrafu 1 tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kull persuna għandha d-dritt għal-libertà ta’ l-espressjoni. Dan id-dritt jinkludi l-libertà ta’ opinjoni u l-libertà li tirċievi jew tagħti informazzjoni u ideat mingħajr indħil mill-awtorità pubblika u indipendentement mill-fruntieri.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16 tal-Karta, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-libertà ta’ intrapriża<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-libertà ta’ intrapriża skond il-liġi ta’ l-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali hija rikonoxxuta.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 38 tal-Karta, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Protezzjoni tal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-politika ta’ l-Unjoni għandha tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2011/83</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessi 3 sa 5, 7, 34, 36 u 44 tad-Direttiva 2011/83 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>(3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 169(1) u [l-Artikolu 169(2)(a) TFUE] jipprevedu li l-Unjoni tikkontribwixxi biex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur permezz tal-miżuri li tadotta skont l-Artikolu 114 [TFUE].</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>[…] L-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-kuntratti tal-konsumatur mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju hija meħtieġa għall-promozzjoni ta’ suq intern realment tal-konsumatur li jsib l-aħjar bilanċ bejn livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-impriżi, filwaqt li jiżgura r-rispett għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>[…] [A]rmonizzazzjoni sħiħa tal-informazzjoni tal-konsumatur u d-dritt ta’ reċess f’kuntratt mill-bogħod u dawk li jseħħu lil hinn mill-post tan-negozju se jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u għat-tħaddim aħjar tas-suq intern […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>L-armonizzazzjoni sħiħa ta’ wħud mill-aspetti regolatorji ewlenin għandha żżid konsiderevolment iċ-ċertezza legali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-kummerċjanti. […] Barra dan il-konsumaturi għandhom igawdu minn livell komuni għoli ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni kollha.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(34)</NO.P><TXT>Il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur informazzjoni ċara u komprensibbli qabel ma l-konsumatur jintrabat b’kuntratt mill-bogħod jew kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju, kuntratt li ma jkunx kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew kwalunkwe offerta korrispondenti. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(36)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ kuntratti mill-bogħod, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom jiġu adattati biex jieħdu inkonsiderazzjoni l-limiti tekniċi ta’ ċerti mezzi ta’ komunikazzjoni, bħar-restrizzjonijiet tal-għadd ta’ karattri fuq ċerti skrins tat-telefons ċellulari jew il-limitu ta’ żmien fuq ir-riklami tal-bejgħ ta’ fuq it-televiżjoni. F’tali każijiet il-kummerċjant għandu jikkonforma ma’ sett minimu ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni u jirreferi l-konsumatur għal sors ieħor ta’ informazzjoni, pereżempju billi jipprovdi numru tat-telefon bla ħlas jew hypertext link għal paġna tal-web tal-kummerċjant fejn hija direttament u faċilment disponibbli l-informazzjoni relevanti. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(44)</NO.P><TXT>Id-differenzi fil-modi kif huwa eżerċitat id-dritt ta’ reċess fl-Istati Membri kkawżaw spejjeż għal kummerċjanti li jbiegħu b’mod transkonfinali. L-introduzzjoni ta’ formola standard armonizzata ta’ reċess li tista’ tintuża mill-konsumatur għandha tissemplifika l-proċess ta’ reċess u ġġib ċertezza legali. Għal dawn ir-raġunijiet, l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jżidu kwalunkwe rekwiżit ta’ preżentazzjoni lill-formola standard tal-Unjoni kollha pereżempju d-daqs tat-tipa. Madankollu, il-konsumatur għandu jibqa’ liberu li jirreċedi bi kliemu stess, sakemm id-dikjarazzjoni tiegħu lill-kummerċjant li tistabbilixxi d-deċiżjoni tiegħu li jirreċedi mill-kuntratt tkun inekwivokabbli. Ittra, telefonata jew ir-ritorn tal-oġġetti b’dikjarazzjoni ċara jistgħu jissodisfaw dan ir-rekwiżit, iżda l-oneru tal-prova tar-reċess fi żmien it-termini stabbiliti fid-Direttiva għandu jkun fuq il-konsumatur. […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa, permezz tal-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li tikkontribwixxi għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern billi tagħmel approssimazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar kuntratti konklużi bejn konsumaturi u kummerċjanti.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Għall-għan ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>kuntratt mill-bogħod<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser kwalunkwe kuntratt konkluż bejn il-kummerċjant u il-konsumatur fil-qafas ta’ skema ta’ bejgħ mill-bogħod organizzat jew skema ta’ forniment ta’ servizzi, mingħajr il-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur, bl-użu esklużiv ta’ mezz wieħed jew iktar tal-komunikazzjoni mill-bogħod, sal-konklużjoni tal-kuntratt, inkluża l-konklużjoni tal-kuntratt stess;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Qabel ma l-konsumatur jintrabat b’kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew bi kwanlunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja b’mod ċar u komprensibbli:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>f’każ li jeżisti dritt ta’ reċess, il-kundizzjonijiet, it-termini u l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ tali dritt skont l-Artikolu 11(1), kif ukoll il-formola standard ta’ reċess stabbilita fl-Anness I(B);</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-informazzjoni msemmija fil-[paragrafu 1(h)], tista’ tkun ipprovduta permezz tal-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A). Il-kummerċjant ikun issodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni fil-[paragrafu 1(h)] jekk ikun ippreżenta dawn l-istruzzjonijiet lill-konsumatur mimlija kif suppost.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tifforma parti integrali tal-kuntratti mill-bogħod jew dawk lil hinn mill-post tan-negozju u ma għandhiex tkun modifikata għajr jekk mhux bil-ftehim espliċitu tal-partijiet kuntrattwali.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2011/83, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Rekwiżiti formali għal kuntratti mill-bogħod<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward ta’ kuntratti mill-bogħod, il-kummerċjant għandu jagħti l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 6(1) lill-konsumatur jew jagħmel dik l-informazzjoni disponibblif’mod adegwat għall-mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użat b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem. Sakemm dik l-informazzjoni tiġi pprovduta fuq mezz li jservi għal żmien twil, hija għandha tkun leġġibbli.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="008.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jippermetti spazju jew ħin limitat biex tintwera l-informazzjoni, il-kummerċjant għandu jipprovdi, fuq dak il-mezz partikolari qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt bħal dan, tal-anqas l-informazzjoni prekuntrattwali dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti jew tas-servizzi, l-identità tal-kummerċjant, il-prezz totali, id-dritt ta’ reċess, it-tul ta’ żmien tal-kuntratt u, fil-każ ta’ kuntratti għal żmien indeterminat, il-kundizzjonijiet<?PAGE NO="5"?> ta’ terminazzjoni tal-kuntratt, konformement mal-Artikolu 6(1), punti (a), (b), (e), (h) u (o). L-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Artikolu 6(1) għandha tingħata mill-kummerċjant lill-konsumatur f’mod xieraq skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="008.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur bil-konferma tal-kuntratt konkluż f’mezz li jservi għal żmien twil, fi żmien raġonevoli wara l-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod, u mhux iktar tard mill-kunsinna tal-oġġetti jew qabel ma tibda l-eżekuzzjoni tas-servizz. Dik il-konferma għandha tinkludi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 6(1) ħlief jekk il-kummerċjant diġà ta dik l-informazzjoni lill-konsumatur f’mezz li jservi fit-tul qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod, […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Dritt ta’ reċess<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħlief fejn japplikaw l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 16, il-konsumatur għandu jkollu perjodu ta’ 14-il jum biex jirreċedi minn kuntratt mill-bogħod jewlil hinn mill-post tan-negozju, mingħajr ma jagħti raġuni, u mingħajr ma jġarrab spejjeż differenti minn dawk previsti fl-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-Artikolu 10, il-perjodu ta’ reċess imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiskadi wara 14-il jum […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ reċess, il-konsumatur għandu jinforma lill-kummerċjant bid-deċiżjoni ta’ reċess mill-kuntratt. Għal dan il-għan, il-konsumatur jista’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>juża formola standard ta’ reċess kif stipulata fl-Anness I(B); jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jagħmel kwalunkwe dikjarazzjoni espliċita oħra tad-deċiżjoni tiegħu li jirreċedi mill-kuntratt.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri ma għandhomx jipprovdu l-ebda rekwiżit formali applikabbli għall-formola standard ta’ reċess differenti minn dawk stabbiliti fl-Anness I(B).</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kummerċjant jista’, flimkien mal-possibilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, jagħti lill-konsumatur l-għażla li jimla elettronikament u jressaq il-formola standard ta’ reċess stabbilita fl-Anness I(B) jew kwalunkwe dikjarazzjoni espliċita oħra fis-sit tal-kummerċjant. F’dawk il-każijiet il-kummerċjant għandu jikkomunika lill-konsumatur avviż ta’ riċeviment ta’ tali reċess fuq mezz li jservi għal żmien twil mingħajr dewmien.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-istess direttiva, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Effetti tar-reċess<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>L-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess għandu jittermina l-obbligi tal-partijiet:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jwettqu l-kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li jikkonkludu l-kuntratt mill-bogħod jewlil hinn mill-post tan-negozju, f’każijiet fejn l-offerta saret mill-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Anness I tad-Direttiva 2011/83, li jirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Informazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jinkludi Parti A, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Mudell ta’ istruzzjonijiet dwar ir-reċess<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, u Parti B, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Formola standard ta’ reċess<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 355 tal-Bürgerliches Gesetzbuch (il-Kodiċi Ċivili, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>BGB<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Id-Dritt ta’ rtirar fil-kuntratti konklużi mal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fil-paragrafu (1) tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Jekk il-konsumatur jingħata, bil-liġi, id-dritt ta’ rtirar skont din id-dispożizzjoni, il-konsumatur u l-kummerċjant ma jibqgħux marbuta bid-dikjarazzjonijiet tal-intenzjoni tagħhom li jikkonkludu l-kuntratt jekk il-konsumatur jirtira d-dikjarazzjoni tal-intenzjoni tiegħu fiż-żmien speċifikat. L-irtirar jitwettaq b’dikjarazzjoni li ssir lill-kummerċjant. Id-dikjarazzjoni għandha tirrifletti b’mod ċar id-deċiżjoni tal-konsumatur li jirtira mill-kuntratt. L-irtirar ma jeħtieġx xi motiv. Huwa suffiċjenti li l-irtirar jintbagħat fil-ħin biex jiġi osservat it-terminu<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 312g tal-BGB, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Id-Dritt ta’ rtirar<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Fil-każ ta’ kuntratti konklużi lil hinn mill-post tan-negozju u kuntratti mill-bogħod, il-konsumatur għandu d-dritt ta’ rtirar skont l-Artikolu 355 tal-[BGB].<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 246a tal-Einführungsgesetz zum Bürgerlichen Gesetzbuch (il-Liġi Introduttorja għall-Kodiċi Ċivili), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Ir-Rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-kuntratti konklużi lil hinn mill-post tan-negozju u kuntratti mill-bogħod minbarra l-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fil-paragrafu 1 tiegħu jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="246A.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA><P>jekk il-konsumatur huwa intitolat għad-dritt ta’ rtirar skont l-Artikolu 312g(1) tal-BGB, il-kummerċjant huwa obbligat li jinforma lill-konsumatur:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>dwar il-kundizzjonijiet, it-termini u l-proċedura biex jiġi eżerċitat id-dritt ta’ rtirar skont l-Artikolu 355(1) tal-BGB kif ukoll il-formola standard ta’ rtirar stabbilita fl-Anness 2,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Matul is-sena 2014, Walbusch Walter Busch qassmet prospett pubbliċitarju ta’ sitt paġni, fil-format 19 x 23.7 cm, inserit f’diversi gazzetti u rivisti. Dan il-prospett kien jinkludi formola sabiex isiru l-ordnijiet, fil-forma ta’ karta postali li tinqala’. Id-dritt ta’ rtirar kien indikat kemm fuq quddiem kif ukoll fuq wara ta’ dik il-karta postali, li kienet turi wkoll in-numru tat-telefon, in-numru tal-faks, l-indirizz tal-internet<?PAGE NO="7"?> u l-indirizz postali ta’ Walbusch Walter Busch. Fuq is-sit internet indikat, jiġifieri www.klepper.net, taħt it-tab <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>AGB<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> (<HT TYPE="ITALIC">Allgemeine Geschäftsbedingungen</HT>, Kundizzjonijiet ġenerali tal-bejgħ), kienu jidhru l-istruzzjonijiet dwar l-irtirar u l-formola standard ta’ rtirar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Iz-Zentrale qieset li l-prospett ikkonċernat kien inġust minħabba li ma kellux informazzjoni xierqa fir-rigward tad-dritt ta’ rtirar tal-konsumatur, u dan peress li l-formola standard ta’ rtirar ma kinitx mehmuża ma’ dan il-prospett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għaldaqstant iz-Zentrale adixxiet il-Landgericht Wuppertal (il-Qorti Reġjonali ta’ Wuppertal, il-Ġermanja) b’talba għal waqfien mill-pubblikazzjoni tal-prospett imsemmi u talba għar-rimbors tal-ispejjeż prekontenzjużi li hija kienet sostniet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Din it-talba ntlaqgħet mil-Landgericht Wuppertal (il-Qorti Reġjonali ta’ Wuppertal), iżda d-deċiżjoni mogħtija minn din il-qorti nbidlet parzjalment mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Walbusch Walter Busch ippreżentat rikors għal reviżjoni kontra s-sentenza tal-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf) quddiem il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi li, għalkemm il-karta postali li tagħmel parti mill-prospett ikkonċernat tirreferi, fuq quddiem u fuq wara tagħha, għall-eżistenza ta’ dritt legali ta’ rtirar, dan il-prospett huwa nieqes minn kull indikazzjoni dwar il-kundizzjonijiet, it-terminu u l-proċedura għall-eżerċizzju ta’ dak id-dritt u ma fihx il-formola standard ta’ rtirar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont il-qorti tar-rinviju, żewġ approċċi differenti jistgħu jittieħdu fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2011/83 f’dak li jikkonċerna l-portata tad-dmir ta’ informazzjoni tal-konsumatur fil-każ ta’ użu minn mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jimponi limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ ħin għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont l-ewwel approċċ, din id-dispożizzjoni tapplika meta, b’mod astratt, il-mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod, min-natura tiegħu, jimponi limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ ħin. B’hekk, il-katalogi u l-brochures għandhom dejjem jagħtu d-dettalji kollha dwar id-dritt ta’ rtirar, filwaqt li, għal avviż f’gazzetta jew <HT TYPE="ITALIC">flyer</HT> tad-daqs ta’ karta postali li biha tkun tista’ ssir ordni, sempliċi indikazzjoni tal-eżistenza tad-dritt ta’ rtirar hija biżżejjed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont it-tieni approċċ, hija kruċjali l-organizzazzjoni konkreta tal-mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod mill-kummerċjant, b’mod partikolari d-deċiżjoni tiegħu dwar id-disinn, it-tqassim fuq il-paġna, il-grafika jew id-daqs tal-materjal pubbliċitarju. L-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2011/83 tista’ tiġi applikata meta jkun hemm ir-riskju li l-preżentazzjoni tal-informazzjoni eżawrjenti dwar id-dritt u l-proċedura għall-irtirar tokkupa parti sinjifikanti tal-materjal pubbliċitarju, bħal per eżempju iktar minn 10 % tal-wiċċ tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tad-Direttiva 2011/83 għandha tqis il-libertà ta’ intrapriża, kif irrikonoxxuta fl-Artikolu 16 tal-Karta. B’mod partikolari, kif jirriżulta mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Neptune Distribution</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑157/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:823">EU:C:2015:823</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), din il-libertà tinkludi l-libertà li jsir reklamar, fejn l-għażla tal-kummerċjant tal-mezzi użati għal dan il-għan ma għandhiex tkun limitata b’mod sproporzjonat, skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn naħa, l-obbligu li f’reklam tintwera l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar id-dritt ta’ rtirar jista’ jaffettwa b’mod negattiv l-utilità, għall-kummerċjant, ta’ ċerti tipi ta’ messaġġi pubbliċitarji, għaliex ikun hemm ir-riskju li din l-informazzjoni tiddomina fuq l-imsemmija messaġġi. Min-naħa l-oħra, f’sitwazzjoni bħal din, il-konsumatur ikun espost għal għadd kbir ta’ informazzjoni li huwa ma jkunx jista’ jassimila b’mod tajjeb.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>(1)</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva [2011/83], il-kwistjoni ta’ jekk mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod (f’dan il-każ prospett pubbliċitarju b’karta postali li biha jiġu ordnati l-prodotti) jippermettix spazju jew ħin limitati għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni, tiddependi minn jekk,</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod (b’mod astratt) jippermettix biss, min-natura tiegħu stess, spazju jew ħin limitati,</TXT><P>jew minn jekk,</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>dan il-mezz (b’mod konkret), fil-forma tiegħu kif magħżula mill-kummerċjant, jipprovdi biss spazju jew ħin limitati?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Huwa kompatibbli mal-Artikolu 8(4) u mal-Artikolu 6(1)(h) tad-Direttiva [2011/83] li, fil-każ ta’ possibbiltà limitata ta’ preżentazzjoni fis-sens tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva [2011/83], l-informazzjoni dwar id-dritt ta’ rtirar tkun limitata għall-informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ dan id-dritt?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 6(1)(h) tad-Direttiva [2011/83] huwa dejjem meħtieġ, b’mod imperattiv, li, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt mill-bogħod, inkluż fil-każ ta’ possibbiltà limitata ta’ preżentazzjoni, il-formola standard ta’ rtirar, prevista fil-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva [2011/83], tiġi annessa mal-mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod?<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, skont liema kriterji għandu jiġi evalwat jekk kuntratt jistax jitqies bħala konkluż permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jimponi limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ ħin għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2011/83, u, jekk ikun il-każ, liema hija l-portata tal-obbligu ta’ informazzjoni fir-rigward tad-dritt ta’ rtirar, previst fl-Artikolu 6(1)(h) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/83, qabel ma l-konsumatur jintrabat b’kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew bi kwanlunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur, b’mod ċar u li jinftiehem, ċerta informazzjoni relatata ma’ dan il-kuntratt jew din l-offerta. B’mod partikolari, f’każ li jeżisti dritt ta’ rtirar, l-Artikolu 6(1)(h) ta’ din id-direttiva jobbliga lill-kummerċjant jgħarraf lill-konsumatur bil-kundizzjonijiet, it-termini u l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt skont l-Artikolu 11(1) tal-imsemmija direttiva, u jipprovdilu l-formola standard ta’ rtirar li tinsab fl-Anness I(B) tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2011/83 jipprovdi li l-konsumatur li biħsiebu jeżerċita d-dritt ta’ rtirar tiegħu għandu jinforma lill-kummerċjant billi juża l-formola standard ta’ rtirar li tinsab fl-Anness I(B) ta’ din id-direttiva jew billi jagħmel kwalunkwe dikjarazzjoni inekwivokabbli oħra tad-deċiżjoni tiegħu li jirtira mill-kuntratt. Barra minn hekk, l-Artikolu 11(3) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li<?PAGE NO="9"?> l-kummerċjant jista’, flimkien mal-possibilitajiet imsemmija fl-imsemmi Artikolu 11(1), jagħti lill-konsumatur l-għażla li jimla u jibgħat elettronikament, fuq is-sit tal-internet tal-kummerċjant, il-formola standard ta’ rtirar li tinsab fl-Anness I(B) jew kwalunkwe dikjarazzjoni inekwivokabbli oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-każ li l-kuntratt jiġi konkluż bl-użu ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jimponi limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ ħin għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni, l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2011/83 sempliċement jobbliga lill-kummerċjant jipprovdi lill-konsumatur, fuq il-mezz inkwistjoni u qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, parti mill-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva, fosthom l-informazzjoni dwar id-dritt ta’ rtirar, kif stabbilita fl-Artikolu 6(1)(h) ta’ din id-direttiva. F’tali każ, l-informazzjoni prekuntrattwali l-oħra għandha tiġi pprovduta lill-konsumatur f’mod li jixraq għall-mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użat, b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 2011/83, moqri fid-dawl tal-premessi 4, 5 u 7 tagħha, din id-direttiva hija intiża li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur billi tiggarantixxi li dan jiġi informat u li jkun sikur fi tranżazzjonijiet mal-kummerċjanti. Barra minn hekk, il-protezzjoni tal-konsumatur fil-politiki tal-Unjoni hija stabbilita fl-Artikolu 169 TFUE kif ukoll fl-Artikolu 38 tal-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑568/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:154">EU:C:2017:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2011/83 hija intiża sabiex il-konsumaturi jibbenefikaw minn protezzjoni estiża, billi jingħataw ċertu drittijiet fil-qasam, b’mod partikolari, ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod. L-għan tal-leġiżlatur tal-Unjoni huwa li jevita li l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod iwassal għal tnaqqis tal-informazzjoni pprovduta lill-konsumatur (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120705">5 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Content Services</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑49/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:419">EU:C:2012:419</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, l-informazzjoni pprovduta qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt, dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali u l-konsegwenzi tal-imsemmija konklużjoni hija, għall-konsumatur, ta’ importanza fundamentali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wind Tre u Vodafone Italia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑54/17 u C‑55/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:710">EU:C:2018:710</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, huwa abbażi ta’ din l-informazzjoni li dan tal-aħħar jiddeċiedi jekk jixtieqx jintrabat kuntrattwalment ma’ kummerċjant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, kif tistabbilixxi l-premessa 36 tad-Direttiva 2011/83, għall-kuntratti mill-bogħod, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom jiġu adattati biex jieħdu inkunsiderazzjoni r-restrizzjonijiet tekniċi ta’ ċerti mezzi ta’ komunikazzjoni, bħar-restrizzjonijiet tal-għadd ta’ karattri fuq ċerti skrins tat-telefons ċellulari jew il-limitu ta’ ħin fir-riklami tal-bejgħ ta’ fuq it-televiżjoni. F’tali każijiet il-kummerċjant għandu jikkonforma ma’ sett minimu ta’ rekwiżiti fir-rigward tal-informazzjoni u jirreferi lill-konsumatur għal sors ieħor ta’ informazzjoni, pereżempju billi jipprovdi numru tat-telefon bla ħlas jew hypertext link għal paġna tal-internet tal-kummerċjant fejn l-informazzjoni utli hija disponibbli direttament u aċċessibbli faċilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>B’hekk, meta, sabiex jikkonkudi kuntratt mal-konsumatur il-kummerċjant juża ċertu mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod, jista’ jkun impossibbli għalih li jipprovdi lill-konsumatur, fil-kuntest ta’ din il-kommunikazzjoni, l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/83. Tali sitwazzjoni tokkorri fil-każ fejn il-mezz magħżul mill-kummerċjant jimponi limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ ħin għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni, limitazzjonijiet li jirriżultaw jew mill-karatteristiċi inerenti għall-mezz ikkonċernat, jew inkella mil-limitazzjonijiet li jirriżultaw mill-għażla ekonomika tal-kummerċjant dwar, b’mod partikolari, it-tul u l-ispazju tal-kommunikazzjoni kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni ta’ jekk, f’każ konkret, il-mezz ta’ komunikazzjoni jimponix limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ ħin għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2011/83, għandha ssir filwaqt li jittieħed kont tal-karatteristiċi tekniċi kollha tal-komunikazzjoni kummerċjali tal-kummerċjant. F’dan ir-rigward, għandu jiġi vverifikat jekk, fid-dawl tal-ispazju u tal-ħin okkupati mill-komunikazzjoni u tad-daqs minimu ta’ karattru tipografiku li jkun xieraq għal konsumatur medju<?PAGE NO="10"?> destinatarju ta’ din il-komunikazzjoni, l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva tistax oġġettivament tiġi ppreżentata fil-kuntest tal-imsemmija komunikazzjoni. Min-naħa l-oħra, l-għażliet magħmula mill-kummerċjant ikkonċernat dwar l-organizzazzjoni u dwar l-użu tal-ispazju u tal-ħin disponibbli skont il-mezz ta’ komunikazzjoni li jkun iddeċieda li juża ma humiex rilevanti għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’każ li jinstab li l-mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod jimponi limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ ħin għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni, ikun hemm għalhekk lok li jiġi vverifikat jekk il-kummerċjant, skont l-Artikolu 8(1) u (4) tad-Direttiva 2011/83, ipprovdiex lill-konsumatur l-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva permezz ta’ sors ieħor, f’lingwa ċara u li tinftiehem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li s-soluzzjoni adottata fl-Artikolu 8(1) u (4) tad-Direttiva 2011/83, kif deskritta fil-punti 37 sa 40 ta’ din is-sentenza, hija intiża sabiex tassigura bilanċ tajjeb bejn livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-intrapriżi, kif tiddikjara l-premessa 4 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-obbligu ta’ informazzjoni previst fl-Artikolu 8(1) u (4) tad-Direttiva 2011/83 jagħti lill-konsumatur il-possibbiltà li jirċievi f’forma adattata, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod, l-informazzjoni meħtieġa li tippermettilu jiddeċiedi jekk jikkonkudix il-kuntratt jew le, u b’hekk ikun issodisfatt l-għan leġittimu ta’ interess ġenerali tal-protezzjoni tal-konsumatur, skont l-Artikolu 169 TFUE, imfakkar fil-premessa 3 ta’ din id-direttiva, mingħajr madankollu ma jiġi affettwat il-kontenut essenzjali tal-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni, kif ukoll il-libertà ta’ intrapriża tal-imprenditur, kif sanċiti fl-Artikoli 11 u 16 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, lil hinn milli jipprojbixxi l-użu ta’ ċerti mezzi ta’ komunikazzjoni, kulma jagħmel l-Artikolu 8(1) u (4) tad-Direttiva 2011/83, f’qasam iddelimitat ferm, huwa li jirregola l-kontenut tal-komunikazzjoni kummerċjali intiża għall-konklużjoni ta’ kuntratt mill-bogħod mal-konsumatur. Min-naħa l-oħra, l-obbligu li tiġi pprovduta, f’kull ċirkostanza, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(4) ta’ din id-direttiva jikkonċerna biss parti mill-informazzjoni li l-komunikazzjoni tagħha lill-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod hija obbligatorja, skont l-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva. Fil-fatt, kif tfakkar fil-punt 40 ta’ din is-sentenza, fl-ipoteżi msemmija fl-Artikolu 8(4) tal-istess direttiva, l-informazzjoni l-oħra għandha tiġi pprovduta permezz ta’ sors ieħor, f’lingwa ċara u li tinftiehem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fost l-imsemmija informazzjoni li għandha tingħata lill-konsumatur f’kull każ hemm dik dwar id-dritt ta’ rtirar, kif stabbilita fl-Artikolu 6(1)(h) tad-Direttiva 2011/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-dritt ta’ rtirar huwa intiż li jipproteġi lill-konsumatur fis-sitwazzjoni partikolari ta’ bejgħ mill-bogħod fejn huwa ma għandux il-possibbiltà <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT> li jara l-prodott jew li jaċċerta ruħu mill-karatteristiċi tas-servizz qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. Id-dritt ta’ rtirar għaldaqstant huwa intiż jikkumpensa l-iżvantaġġ tal-konsumatur meta jikkonkludi kuntratt mill-bogħod, u dan billi jagħtih perijodu ta’ riflessjoni adegwat li matulu jkun jista’ jeżamina u jipprova l-oġġett akkwistat (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Messner</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑489/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:502">EU:C:2009:502</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>B’teħid inkunsiderazzjoni tal-importanza tad-dritt ta’ rtirar għall-protezzjoni tal-konsumatur, l-informazzjoni prekuntrattwali dwar dan id-dritt hija, għal dan il-konsumatur, ta’ importanza fundamentali u tippermettilu jieħu, b’mod informat, id-deċiżjoni dwar jekk jikkonkludix jew le l-kuntratt mill-bogħod mal-kummerċjant. Sabiex ikun jista’ jibbenefika bis-sħiħ minn din l-informazzjoni, il-konsumatur jeħtieġ li jkun jaf, minn qabel, il-kundizzjonijiet, it-termini u l-proċeduri għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar. Fejn il-kuntratt jiġi konkluż bl-użu ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jimponi limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ ħin għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni, il-kummerċjant ma huwiex obbligat li jagħti lill-konsumatur, fl-istess ħin li jagħmel użu minn dan il-mezz, il-formola standard ta’ rtirar li tinsab fl-Anness I(B) ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, minn naħa, il-fatt li, permezz ta’ dan il-mezz, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, din il-formola standard<?PAGE NO="11"?> tkun disponibbli għall-konsumatur, ma huwiex ċirkustanza li tinfluwenza d-deċiżjoni tal-konsumatur li jikkonkludi kuntratt mill-bogħod jew le u, min-naħa l-oħra, obbligu, f’kull ċirkustanza, li lill-konsumatur tingħatalu din il-formola standard jista’ jitfa’ fuq il-kummerċjant piż sproporzjonat, jew saħansitra, f’ċerti każijiet, bħalma huma b’mod partikolari l-kuntratti konklużi bit-telefon, oneru insostenibbli. F’dan ir-rigward, il-komunikazzjoni tal-imsemmija formola standard permezz ta’ sors ieħor, f’lingwa ċara u li tinftiehem, tkun biżżejjed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, jeħtieġ li r-risposta għad-domandi magħmula tkun li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-evalwazzjoni ta’ jekk, f’każ konkret, il-mezz ta’ komunikazzjoni jimponix limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ ħin għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni, skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2011/83, għandha ssir b’teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tekniċi kollha tal-komunikazzjoni kummerċjali tal-kummerċjant. F’dan ir-rigward, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk, fid-dawl tal-ispazju u tal-ħin okkupati mill-komunikazzjoni u tad-daqs minimu tal-karattru tipografiku li jkun xieraq għal konsumatur medju destinatarju ta’ din il-komunikazzjoni, l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva tistax oġġettivament tiġi ppreżentata fil-kuntest tal-imsemmija komunikazzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 6(1)(h) u l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2011/83 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ fejn il-kuntratt jiġi konkluż bl-użu ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jimponi limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ ħin għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni u f’każ li jkun jeżisti d-dritt ta’ rtirar, il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur, fuq il-mezz inkwistjoni u qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet, it-termini u l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ dak id-dritt. F’każ bħal dan, dak il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur il-formola standard ta’ rtirar li tinsab fl-Anness I(B) ta’ din id-direttiva permezz ta’ sors ieħor, f’lingwa ċara u li tinftiehem.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-evalwazzjoni ta’ jekk, f’każ konkret, il-mezz ta’ komunikazzjoni jimponix limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ ħin għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni, skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandha ssir b’teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tekniċi kollha tal-komunikazzjoni kummerċjali tal-kummerċjant. F’dan ir-rigward, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk, fid-dawl tal-ispazju u tal-ħin okkupati mill-komunikazzjoni u tad-daqs minimu tal-karattru tipografiku li jkun xieraq għal konsumatur medju destinatarju ta’ din il-komunikazzjoni, l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva tistax oġġettivament tiġi ppreżentata fil-kuntest tal-imsemmija komunikazzjoni.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(1)(h) u l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2011/83 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ fejn il-kuntratt jiġi konkluż bl-użu ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jimponi limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ ħin għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni u f’każ li jkun jeżisti d-dritt ta’ rtirar, il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur, fuq il-mezz inkwistjoni u qabel<?PAGE NO="12"?> il-konklużjoni tal-kuntratt, l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet, it-termini u l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ dak id-dritt. F’każ bħal dan, dak il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur il-formola standard ta’ rtirar li tinsab fl-Anness I(B) ta’ din id-direttiva permezz ta’ sors ieħor, f’lingwa ċara u li tinftiehem.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>