European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3354

13.6.2025

Avviż għall-attenzjoni tal-persuna fiżika u l-entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/254, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1199; u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/287, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1198 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala

(C/2025/3354)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuna u l-entità li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/254 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1199 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/287 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1198 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuna u l-entità li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2024/254 u fir-Regolament (UE) 2024/287 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni tal-persuna u l-entità kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni ta' dik il-persuna u l-entità għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/287, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuna u l-entità kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej sat-12 ta' Ottubru 2025 :

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuna u l-entità kkonċernati għall-possibbiltà li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L, 2024/254, 15.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/254/oj.

(2)   ĠU L, 2025/1199, 12.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1199/oj.

(3)   ĠU L, 2024/287, 15.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/287/oj.

(4)   ĠU L, 2025/1198, 12.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1198/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3354/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)