31998D0419



Official Journal L 190 , 04/07/1998 P. 0055 - 0058


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta’ Ġunju 1998

li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li tfassal il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l- importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd għall-konsum tal-bniedem hi awtorizzata

(notifikata fid-dokument numru C(1998) 1849)

(Test b’ rilevanza EEA)

(98/419/KE)

IL- KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kondizzjonijiet biex jitfasslu, għal perjodu interim, listi provviżorji ta’ stabbilimenti minn pajjiżi terzi li minnhom Stati Membri huma awtorizzati li jimpurtaw xi prodotti ta’ oriġini mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin [1], kif emendata bid-Deċiżjoni 97/34/KE [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 7 tagħha,

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/KE [3], kif emendata bid- Deċiżjoni 98/148/KE [4], telenka l-pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd għall-konsum tal-bniedem hi awtorizzata; parti I tal-lista ssemmi l-pajjiżi terzi koperti b’deċiżjoni speċifika u parti II issemmi dawk li jikkwalifikaw taħt l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 95/408/KE;

Billi d-Deċiżjonijiet tal- Kummissjoni 98/420/KE [5], 98/421/KE [6], 98/422/KE [7], 98/423/KE [8], 98/424/KE [9], jippreskrivu kondizzjonijiet speċifiċi dwar importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura li joriġinaw rispettivament fin-Niġerja, Ghana. Tanzanija, Gżejjer Falkland u l-Maldivi għandhom għalhekk jiżdiedu ma’ parti I tal- lista fl-Anness I ta’ pajjiżi u territorji li minnhom l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd għall-konsum tal-bniedem hi awotorizzata;

Billi l-Kap Verde, il-Latvja, il-Litwanja, in-Nikaragwa, Benin, il-Każakstan, il-Ginea, Conakri, Papua New Guinea, Malta, il-Mauritius, il-Ġamajka, il-Kamerun, ir-Repubblika Ċeka, Iżrael, Hong Kong u l-Uganda wrew li huma jissodisfaw il-kondizzjonijiet ekwivalenti imsemmijin fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 95/408/KE; billi huwa għalhekk neċessarju li l-lista tkun modifikata biex tinkludi dawk il-pajjiżi f’parti II tal- lista fl-Anness I;

Billi xi pajjiżi u territorji li għad mhumiex inklużi fil-lista, iżda bħalissa qed jesportaw lill KE, ipprovdew informazzjoni li huma jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ l- anqas ekwivalenti għal dawk tal-Komunità; billi aktar informazzjoni hi meħtieģa minnhom, dawn il-pajjiżi u territorji huma elenkati f’L-Anness II ġdid.

Billi, sabiex ikun evitat tfixkil fl- importazzjonijiet minn pajjiżi terzi inklużi fl-Anness II il-ġdid, l-Artikolu 11(7) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KE [10] għandha tkompli tapplika, għal perjodu transitorju għal prodotti tas-sajd importati minn pajjiżi u territorji inklużi fl-Anness II;

Billi, għal dawk il-pajjiżi u territorji li għadhom mhux inklużi fl-Annessi ma’ din id- Deċiżjoni, għandu jkun meħtieģ għall-Kummissjoni li tivvaluta jekk huma applikawx kondizzjonijiet għall-esportazzjoni ta’ prodotti tas-sajd lill-Komunità ta’ l-anqas ekwivalenti għal dawk li jirregolaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal- Komunità;

Billi l-miżuri previsti f’ din id- Deċiżjoni huma skond l- opinjoni tal- Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 97/296/KE hi emendata kif ģej:

1) Fl-Artikoli 1 u 2, ir-referenza għal "L-Anness’ trid tiģi sostitwita b""L-Anness I".

2) Punt 1 ta’ l-Artikolu 3 irid jiģi sostitwit bil-punt li ģej:

"1. Minkejja l-Artikolu 2, Stati Membri jistgħu ikomplu jimportaw, sal- 31 ta’ Jannar 1999, prodotti tas-sajd li jiġu mill-pajjiżi u territorji inklużi fl-Anness II, skond l-Artikolu 11(7) tad- Direttiva 91/493/KEE."

3) L-Anness mad-Deċiżjoni 97/296/KE hu sostitwit bl-Annessi I u II tad- Deċiżjoni preżenti.

Artikolu 2

Din id- Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 1998.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Ġunju 1998.

Għall- Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal- Kummissjoni

[1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17.

[2] ĠU L 13, tas-16.1.1997, p. 33.

[3] ĠU L 122, ta’ l-14.5.1997, p. 21.

[4] ĠU L 46, tas-17.2.1998, p. 18.

[5] Ara paġna 59 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[6] Ara paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[7] Ara paġna 71 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[8] Ara paġna 76 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[9] Ara paġna 81 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[10] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Lista ta’ pajjiżi u territorji li minnhom l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd f’kull forma maħsuba għall-konsum tal-bniedem hi awtorizzata

I. Pajjiżi u territorji koperti minn deċiżjoni speċifika skond id- Direttiva tal- Kunsill 91/493/KE

l-ALBANIJA

l-ARĠENTINA

l-AWSTRALJA

il-BANGLADESH

il-BRAŻIL

il-KANADA

iċ-ĊILI’

il-KOLOMBJA

l-EKWADOR

il-GŻEJJER FALKLAND

il-GŻEJJER FAROE

il-GAMBJA

il-GANA

l-INDJA

l-INDONEŻJA

il-KOSTA TA’ L- AVORJU

il-GAPPUN

il-MADAGASKAR

il-MALASJA

il-MALDIVI

il-MAWRITANJA

il-MAROKK

in-NEW ZEALAND

in-NIĠERJA

il-PERU’

il-FILIPPINI

ir-RUSSJA

is-SENEGAL

SINGAPORE

Ta’ ISFEL L-AFFRIKA

Ta’ ISFEL il-KOREA

TAJWAN

it-TANŻANIJA

it-TAJLANDJA

l-URUGWAJ

II. Pajjiżi u territorji li jissodisfaw it-termini ta’ l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal- Kunsill 95/408/KE

BELIZE

BENIN

iċ-ĊINA

il-KAMERUN

il-KAP VERDE

il-KOSTA RICA

il-KROAZJA

KUBA

ir-REPUBBLIKA -EKA

il-FIĠI

GREENLAND

il-GWATEMALA

il-GINEA-KONAKRI

il-HONDURAS

HONG KONG

l-UNGERIJA [1]

IŻRAEL

ĠAMAJKA

il-KAŻAKSTAN [2]

il-LATVJA

il-LITWANJA

MALTA

il-MAURITIUS

il-MESSIKU

in-NAMIBJA

in-NIKARAGWA

il-PAPWA GINEA l-Gdida

il-PANAMA

il-POLONJA

is-SEJCHELLES

is-SLOVENJA

SURINAM

l-ISVIZZERA

TOGO

it-TUNIŻIJA

it-TURKIJA

l-UGANDA

l-ISTATI UNITI Tà L-AMERIKA

il-VENEZWELA

il-VJETNAM

[1] Awtorizzati biss għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin maħsuba għall-konsum tal-bniedem.

[2] Awtorizzati biss għall- importazzjoni tal- kavjal.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Lista ta’ pajjiżi u territorji li minnhom l-importazzjoni ta’ prodotti tas- sajd maħsuba għall- konsum tal-bniedem hi awtorizzata sal- 31 ta’ Jannar 1999 skond l-Artikolu 11(7) tad-Direttiva 91/493/KEE.

l-ALĠERIJA

l-ANGOLA

l-AZERBAJGAN [1]

il-BAĦAMAS

il-BULGARIJA

il-KONGO-BRAZZAVILLE

l-EĠITTU

l-ERITREA

l-ESTONJA

DIK LI KIENET IR- REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA

il-GABON

il-GINEA-BISSAU

l-IRAN

il-KENJA

il-MOŻAMBIQUE

MYANMAR

IR-RUMANIJA

SANTA ELENA

il-GŻEJJER SOLOMON [2]

is-SRI LANKA

SANTA LUĊIJA

iż-ŻIMBABWE

[1] Awtorizzati biss għall- importazzjonijiet ta’ kavjal.

[2] Awtorizzati biss għal importazzjonijiet minn Solomon Taiyo Limited.

--------------------------------------------------