5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

648


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Novembru 2006

li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/613/KE li taċċetta impenji offruti b'konnessjoni mal-proċediment anti-dumping fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' fibri prinċipali tal-poliester li joriġinaw, inter alia, fl-Għarabja Sawdita.

(innotifikata taħt document numru C(2006) 5776)

(2006/864/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex Membri tal-Komunità Ewropea (1), u partikolarment l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA TA' QABEL

(1)

F'Marzu 2005, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 428/2005 (2), impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' fibri prinċipali tal-poliester li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Għarabja Sawdita, emenda d-dazji anti-dumping definittivi fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' l-istess prodott li joriġina fir-Repubblika tal-Korea u għalaq il-proċediment ta' l-anti-dumping relatat ma' l-importazzjonijiet ta' l-istess prodott li joriġina fit-Tajwan.

(2)

Il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni 2005/613/KE tat-18 ta' Lulju 2005 (3), aċċettat impenn ta' prezz offrut mill-kumpanija fl-Għarabja Sawdita Saudi Basic Industries Corporation (Sabic) (il-“Kumpanija”) u l-kumpaniji tagħha kollha relatati, inklużi l-produttur relatat tal-prodott ikkonċernat, Arabian Industrial Fibres Company (Ibn Rushd).

B.   L-IRTIRAR VOLONTARJU TA' IMPENN

(3)

Il-Kumpanija avżat lill-Kummissjoni f'Awissu 2006 li xtaqet tirtira l-impenn.

C.   REVOKA TAD-DEĊIŻJONI 2005/613/KE

(4)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-aċċettazzjoni ta' l-impenn għandha tiġi rtirata u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/613/KE għandha tiġi rrevokata,

IDDEĊIDIET:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/613/KE hija hawnhekk revokata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, 30 ta' Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005, ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17.

(2)   ĠU L 71, 17.3.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1333/2005, ĠU L 211, 13.8.2005, p. 1.

(3)   ĠU L 211, 13.8.2005, p. 20.