Official Journal L 187 , 26/07/2000 P. 0024 - 0024
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1630/2000 tal-25 ta’ Lulju 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2131/93 li jistabbilixxi l-proċedura u l-kondizzjonijiet għall-bejgħ ta’ ċereali miżmumin mill-aġenziji ta’ l-intervent IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea; Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 fuq l-organizzazjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1510/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolment tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2131/93 [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 39/1999 [4], jistabbilixxi l-proċedura u l-kondizzjonijiet għall-bejgħ ta’ ċereali miżmumin mill-aġenziji ta’ l-intervent. (2) Dak ir-Regolament jistipula li fil-każ ta’ bejgħ fis-suq tal-Komunità għandhom jinħarġu l-offerti b’referenza għall-kwalità standard. (3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1253/1999 [5] neħħa l-kwalità standard. Għalhekk din għandha tiġi ssostitwita b’deskrizzjoni ekwivalenti. (4) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni taċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 "1. Fil-każta’bejgħfis-suqtal-Komunità,għandhomjinħarġul-offertib’referenzagħalkwalitàta’ċerealilimatwassalxgħalxiaġġustamentfil-prezzfil-każta’offertagħalintervent. Meta l-kwalità taċ-ċereali tkun diversa mill-kwalità msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-prezz ta’ l-offerta li jkun l-aħjar jiġi aġġustat billi jiġu applikati ż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezzijiet li jiġu ddeterminati skond l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92." L- Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2000. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Lulju 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21. [2] ĠU L 174, tat-13.7.2000, p. 11. [3] ĠU L 191, tal-31.7.1993, p. 76. [4] ĠU L 5, tad-9.1.1999, p. 64. [5] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 18. --------------------------------------------------