30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 17/2011

tal-1 ta’ April 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2011 tal-11 ta’ Frar 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta’ passiġġieri fuq il-baħar fil-każ ta’ aċċidenti (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jkun imdaħħal wara punt 56w (Direttiva 2009/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“56x.

32009 R 0392: Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta’ passiġġieri bil-baħar fil-każ ta’ aċċidenti (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 24).”

Artikolu 2

It-testi għar-Regolament (KE) Nru 392/2009 fil-lingwi Islandiżi u Norveġiżi, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ April 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 93, 7.4.2011, p. 33.

(2)   ĠU L 131, 28.5.2009, p. 24.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.