02007D0703 — MT — 11.02.2019 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu fi, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament 1507xNK603 (DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6) skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5142)

(It-testi bil-Franċiż, bl-Olandiż u bl-Ingliż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/703/KE)

(ĠU L 285 31.10.2007, p. 47)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/241 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-6 ta' Frar 2019

  L 39

14

11.2.2019




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu fi, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament 1507xNK603 (DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6) skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5142)

(It-testi bil-Franċiż, bl-Olandiż u bl-Ingliż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/703/KE)



Artikolu 1

Organiżmu ġenetikament modifikat u identifikatur uniku

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L.) 1507xNK603 prodott minn taħlit bejn il-qamħirrum li fih l-avvenimenti DAS-Ø15Ø7-1 u MON-ØØ6Ø3-6, kif speċifikat fil-punt (b) ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6 kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni

Dawn il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet ta’ l-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament 1829/2003, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

(a) ikel u ingredjenti ta’ l-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6;

(b) għalf li fih, li jikkonsisti minn, jew li huwa prodott minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6;

(ċ) prodotti, għajr ikel u għalf, li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor ħlief għall-koltivazzjoni.

Artikolu 3

Tikkettar

1.  Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ l-ittikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem ta” l-organiżmu’ se jkun “qamħirrum”.

2.  Il-kelmiet “mhux għall-koltivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’, u fid-dokumenti li jakkumpanjaw, il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mil-qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6 li jissemma fl-Artikolu 2(b) u (ċ).

Artikolu 4

Il-monitoraġġ għal effetti fuq l-ambjent

1.  Id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jiżguraw li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) ta’ l-Anness, jitwaqqaf u jiġi implimentat.

2.  Id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jippreżentaw rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati ta’ l-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ.

Artikolu 5

Reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni

1.  Id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni huma:

(a) Pioneer Overseas Corporation, tal-Belġju, li jirrappreżentaw lill-Pioneer Hi-Bred International, ta’ l-Istati Uniti;

u

(b)  ►M1  Dow AgroSciences Distribution S.A.S., Franza, li tirrappreżenta lil Mycogen Seeds, l-Istati Uniti ◄ .

2.  Iż-żewġ detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom ikunu responsabbli biex iwettqu l-impenji imposti fuq id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni minn din id-Deċiżjoni u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 7

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 8

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

(a) Pioneer Overseas Corporation, Avenue des Arts 44, B-1040 Brussell, il-Belġju

u

(b)  ►M1  Dow AgroSciences Distribution S.A.S., 6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza ◄ .




ANNESS

(a)   L-Applikanti u d-Detenturi ta’ l-Awtorizzazzjoni:

Isem

:

Pioneer Overseas Corporation

Indirizz

:

Avenue des Arts 44, B-1040 Brussell, il-Belġju

F’isem Pioneer Hi-Bred International, Inc., 7250 NW 62nd Avenue, P. O. Box 552, Johnston, IA 50131-0552, l-Istati Uniti

u

Isem

:

►M1  Dow AgroSciences Distribution S.A.S. ◄

Indirizz

:

►M1  6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza ◄ .

F’isem Mycogen Seeds c/o Dow AgroSciences LLC, 9330 Zionsville Road, Indianapolis, IN 46268-1054, l-Istati Uniti.

(b)   Deżinjazzjoni u speċifikazzjoni tal-prodotti:

(1) Ikel u ingredjenti ta’ l-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6;

(2) Għalf li fih, li jikkonsisti minn, jew li huwa prodott minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6;

(3) Prodotti, għajr ikel u għalf, li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor ħlief għall-koltivazzjoni.

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6, kif deskritt fl-applikazzjoni, hu prodott minn taħlit bejn il-qamħirrum li fih l-avvenimenti ta’ DAS-Ø15Ø7-1 u MON-ØØ6Ø3-6 u jesprimi l-proteina Cry1F li tagħti protezzjoni kontra ċerti organiżmi lepidopteri ta’ ħsara għall-pjanti bħall-European corn borer (Ostrinia nubilalis) u speċijiet li jagħmlu parti mill-ġeneru Sesamia, il-proteina PAT li tagħti tolleranza fir-rigward ta’ l-erbiċida glufosinate-ammonium, u l-proteina CP4 EPSPS li tagħti tolleranza fir-rigward ta’ l-erbiċida glyphosate.

(ċ)   Tikkettar:

(1) Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ l-ittikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem ta’ l-organiżmu” se jkun “qamħirrum”.

(2) Il-kelmiet “mhux għall-koltivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’, u fid-dokumenti li jakkumpanjaw, il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6 li jissemma fl-Artikolu 2(b) u (ċ).

(d)   Metodu għall-individwazzjoni:

— Metodi kwantitattivi fil-ħin reali speċifiċi għall-avveniment li jissejsu fuq il-PCR għall-qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1 u l-qamħirrun MON-ØØ6Ø3-6 modifikati ġenetikament ivvalidati fuq il-qamħirrum DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6.

— Ivvalidat mil-laboratorju ta’ referenza Komunitarju stabbilit skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.it/statusofdoss.htm

— Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF418 (għal DAS-Ø15Ø7-1) u ERM®-BF415 (għal MON-ØØ6Ø3-6) aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut għall-Materjali u l-Kejl ta’ Referenza (IRMM) fi http://www.irmm.jrc.be/html/reference_materials_catalogue/index.htm

(e)   Identifikatur uniku:

DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6

(f)   L-informazzjoni meħtieġa skond l-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

Clearing House tal-Bijosigurtà, Record ID: ara [għandu jimtela meta nnotifikat]

(g)   Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew il-ġarr tal-prodotti:

Mhux meħtieġa.

(h)   Il-pjan ta’ monitoraġġ

Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali li jikkonforma ma’ l-Anness VII għad-Direttiva 2001/18/KE

[Link: pjan ippubblikat fuq l-internet]

(i)   Rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu ta’ l-ikel għall-konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa.

Nota: il-links għad-dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ l-aġġornament tar-reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.