|
3.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58/83 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 125/2010
tal-10 ta’ Novembru 2010
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/967/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-tessuti għall-kisi tal-art (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lill-kisi tal-injam tal-art (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 2z (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim:
|
“2za. |
32009 D 0967: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/967/KE tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-tessuti għall-kisi tal-art (ĠU L 332, 17.12.2009, p. 1). |
|
2zb. |
32010 D 0018: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-tessuti għall-kisi tal-art (ĠU L 8, 13.1.2010, p. 32).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2009/967/KE u 2010/18/KE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 277, 21.10.2010, p. 47.
(2) ĠU L 332, 17.12.2009, p. 1.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.