|
21.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 393/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8612 — CZ/DT/Carl Zeiss Smart Optics)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 393/07)
|
1. |
Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (1) (KE) Nru 139/2004. Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Carl Zeiss AG u Deutsche Telekom AG jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4), il-kontroll konġunt ta’ Carl Zeiss Smart Optics, Inc. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (joint venture, JV). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Carl-Zeiss-Stiftung: Carl-Zeiss-Stiftung tikkontrolla Carl Zeiss AG u Schott AG. Il-grupp teknoloġiku Carl Zeiss AG huwa preżenti fl-oqsma tal-ottika u l-ottoelettronika. Il-grupp teknoloġiku Schott AG jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fl-oqsma tal-ħġieġ speċjali u taċ-ċeramika tal-ħġieġ. — Deutsche Telekom: Deutsche Telekom AG hija operatur preżenti f’livell dinji f’aktar minn 50 pajjiż fis-setturi tat-telekomunikazzjoni u tat-teknoloġija tal-informatika. DT tipproponi prodotti u servizzi mill-oqsma tan-netwerks fissi/broadband, telefoni mobbli, Internet, IPTV u t-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni. Din l-impriża toffri wkoll servizzi tat-telekomunikazzjoni bl-ingrossa lil operaturi tat-telekomunikazzjoni u operaturi tas-servizzi tal-Internet oħrajn. — Carl Zeiss Smart Optics: l-għan ta’ Carl Zeiss Smart Optics, Inc. huwa li tiżviluppa u tikkummerċjalizza sistemi ta’ nuċċalijiet intelliġenti. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8612 — CZ/DT/Carl Zeiss Smart Optics Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email, faks jew bil-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.