02011R0063 — MT — 05.03.2019 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 63/2011

tas-26 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi disposizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO2 skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 023 27.1.2011, p. 16)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/248 tat-13 ta' Novembru 2018

  L 42

5

13.2.2019




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 63/2011

tas-26 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi disposizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO2 skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-manifatturi għall-fini li jintwera li qed jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għal deroga mill-Artikolu 11(1) jew 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “applikant” tfisser manifattur fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 11(1) jew 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009;

(b) “karatteristiċi tal-vettura” tfisser il-partikularitajiet tal-vettura, inklużi l-massa, l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, l-għadd ta' sits, il-prestazzjoni tal-magna, il-proporzjon tal-qawwa għall-massa u l-ogħla veloċità;

(ċ) “karatteristiċi tas-suq” tfisser informazzjoni dwar il-karatteristiċi/partikularitajiet tal-vettura, u l-ismijiet u l-firxiet tal-prezzijiet tal-karozzi li jikkompetu direttament mal-vetturi li għalihom hija mfittxa deroga;

(d) “faċilità tal-produzzjoni proprja” tfisser impjant tal-manifattura jew tal-immuntar użat biss mill-applikant biex jimmanifattura jew jimmunta karozzi tal-passiġġieri ġodda esklussivamnet għall-manifattur, inklużi, fejn rilevanti, karozzi tal-passiġġieri bl-intenzjoni tal-esportazzjoni;

(e) “ċentru proprju tad-disinn” tfisser faċilità fejn tiġi ddisinjata u żviluppata l-vettura kollha, u li hija taħt il-kontroll u l-użu esklussiv tal-applikant.

Artikolu 3

Applikazzjoni għal deroga skont l-Artikolu 11(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

1.  Applikazzjoni għal deroga skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandha titressaq mill-applikant skont il-forma speċifikata fl-Anness I għal dan ir-Regolament, u għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.

2.  Applikazzjoni għal deroga skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandha titressaq mill-applikant skont il-forma speċifikata fl-Anness II għal dan ir-Regolament, u għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(2) u fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Informazzjoni dwar kriterji tal-eliġibbiltà

1.  L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà:

(a) informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda tal-manifattur jew il-grupp ta' manifatturi konnessi, flimkien mad-dikjarazzjoni rilevanti stabbilita fl-Anness III;

(b) għall-manifattur li japplika għal deroga skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, jew il-grupp ta' manifatturi konnessi skont il-punt (b) tal-Artikolu 11(1) ta' dak ir-Regolament, jew għall-membru ta' grupp ta' manifatturi konnessi skont il-punt (c) tal-Artikolu 11(1) ta' dak ir-Regolament, l-għadd ta' karozzi tal-passiġġieri rreġistrati uffiċjalment fl-Unjoni fit-tliet snin kalendarji ta' qabel id-data tal-applikazzjoni, jew meta din id-dejta ma tkunx disponibbli, tintuża waħda minn dawn li ġejjin:

— stima bbażata fuq dejta verifikabbli tal-għadd ta' karozzi rreġistrati fil-perjodu msemmi fil-punt (b) li l-applikant huwa responsabbli għalih;

— jekk ma ġewx irreġistrati karozzi fil-perjodu msemmi fil-punt (b), l-għadd ta' karozzi rreġistrati fl-aħħar sena kalendarja li għaliha hija disponibbli din id-dejta.

2.  Applikant li japplika għal deroga skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandu jipprovdi d-dejta msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għas-sena kalendarja ta' qabel id-data tal-applikazzjoni biss.

Artikolu 5

Mira ta' emissjonijiet speċifiċi u potenzjal għat-tnaqqis skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

1.  L-applikant għandu jipprovdi l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri tiegħu rreġistrati fl-2007, sakemm l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għal dik is-sena ma jkunux elenkati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament. Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-applikant għandu jipprovdi l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri tiegħu rreġistrati fis-sena kalendarja ta' wara li hija l-iktar viċin tal-2007.

2.  L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar l-attività tiegħu:

(a) għas-sena kalendarja ta' qabel id-data tal-applikazzjoni, l-għadd ta' impjegati u d-daqs tal-faċilità tal-produzzjoni f'metri kwadri;

(b) il-mudell operattiv tal-faċilità tal-produzzjoni li jispeċifika liema attivitajiet ta' disinn u ta' produzzjoni jsiru mill-applikant jew jingħataw lil ħaddieħor biex isiru;

(ċ) fil-każ ta' intrapriża konnessa, jekk it-teknoloġija tinqasam bejn il-manifatturi, u liema attivitajiet jingħataw lil ħaddieħor biex isiru;

(d) għal ħames snin kalendarji qabel id-data tal-applikazzjoni, il-volumi ta' bejgħ, id-dħul annwali, il-profitt nett, u n-nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp, u fil-każ ta' intrapriża konnessa, it-trasferimenti netti lejn il-kumpanija ewlenija;

(e) il-karatteristiċi tas-suq tagħhom;

(f) il-lista tal-prezzijiet għall-verżjonijiet kollha tal-karozzi li għandhom ikunu koperti bid-deroga fis-sena kalendarja ta' qabel id-data tal-applikazzjoni, u l-lista tal-prezzijiet mistennija għall-karozzi ppjanati li jitniedu u li jkunu koperti bid-deroga.

Meta applikazzjoni tiġi mressqa minn manifattur responsabbli għal iktar minn 100 karozza fis-sena, l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) għandha tkun akkumpanjata minn kontijiet ċċertifikati uffiċjali, jew għandha tkun iċċertifikata minn awditur indipendenti.

3.  L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar l-potenzjal teknoloġiku tiegħu:

(a) il-lista tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 użati fil-karozzi tal-passiġġieri tiegħu skjerati fis-suq fl-2007 jew, meta dik id-dejta ma tkunx disponibbli, għas-sena ta' wara li hija l-iktar viċin tal-2007, jew fil-każ tal-manifatturi li jkunu qed jippjanaw li jidħlu fis-suq, għas-sena li fiha tibda tapplika d-deroga;

(b) il-lista tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 użati fil-karozzi tal-passiġġieri skont il-programm ta' tnaqqis u l-ispejjeż addizzjonali ta' dawn it-teknoloġiji għal kull verżjoni ta' vettura koperta bl-applikazzjoni.

4.  Bi qbil mal-potenzjal tiegħu għat-tnaqqis, l-applikant għandu jipproponi miri ta' emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu tad-deroga. L-applikant jista' jipproponi wkoll il-miri ta' emissjonijiet speċifiċi ta' kull sena.

Il-mira ta' emissjonijiet speċifiċi jew il-miri ta' emissjonijiet speċifiċi ta' kull sena għandhom jiġu ddeterminati biex l-emissjonijiet speċifiċi medji fl-iskadenza tal-perjodu tad-deroga jitnaqqsu meta mqabbla mal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 imsemmija fil-paragrafu 1.

5.  Il-mira ta' emissjonijiet speċifiċi jew il-miri ta' emissjonijiet speċifiċi ta' kull sena proposti mill-applikant skont il-punt (d) tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandhom ikunu akkumpanjati minn programm ta' tnaqqis għall-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-flotta l-ġdida.

Il-programm ta' tnaqqis għandu jispeċifika dan li ġej:

(a) l-iskeda għall-introduzzjoni tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 fil-flotta tal-applikant;

(b) ir-reġistrazzjonijiet tal-Unjoni stmati fis-sena għall-perjodu tad-deroga u l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 mistennija u l-massa medja;

(ċ) fil-każ tal-miri ta' emissjonijiet speċifiċi ta' kull sena, titjib kull sena tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-verżjonijiet tal-vetturi li għalihom qed jiġu introdotti teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2.

6.  Il-konformità tal-applikant mal-mira ta' emissjonijiet speċifiċi jew mal-miri ta' emissjonijiet speċifiċi ta' kull sena għandhom jiġu vvalutati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 kull sena matul il-perjodu ta' deroga.

Artikolu 6

Mira għat-tnaqqis għal deroga skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

1.  L-applikant għandu jipprovdi l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri tiegħu rreġistrati fl-2007, sakemm l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għal dik is-sena ma jkunux elenkati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

2.  Il-mira għat-tnaqqis iddeterminata skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandha tapplika fir-rigward tal-emissjonijiet speċifiċi medji tal-linja bażi tas-CO2 kif stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.  Meta l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta' manifattur fl-2007 ma tkunx teżisti, l-applikant għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-vettura għal kull tip ta' karozza li jimmanifattura huwa kif ukoll l-għadd ta' karozzi li jimmanifattura l-applikant li l-applikant jistenna li jiġu rreġistrati fl-Unjoni fl-ewwel sena tad-deroga. Għall-varjanti kollha tal-karozzi, l-applikant għandu jindika ma' liema klassijiet ta' vetturi speċifikati fit-tabella tal-Anness V jappartjeni l-varjant.

4.  Il-mira ta' emissjonijiet speċifiċi għandha tiġi kkalkulata annwalment imsejsa fuq it-tnaqqis ta' 25 % mil-linja bażi għal kull klassi ta' vettura stabbilita fl-Anness V.

Artikolu 7

Valutazzjoni mill-Kummissjoni

1.  Jekk il-Kummissjoni ma toġġezzjonax fi żmien disa' xhur mill-wasla uffiċjali ta' applikazzjoni kompluta skont l-Artikolu 11(1) jew l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-kundizzjonijiet rilevanti biex tiġi applikata d-deroga għandhom jitqiesu li ġew issodisfati. Jekk il-Kummissjoni ssib li l-applikazzjoni mhijiex kompluta, tista' tintalab informazzjoni addizzjonali. Jekk l-informazzjoni addizzjonali ma titressaqx fi żmien il-perjodu speċifikat fit-talba, il-Kummissjoni tista' tirrifjuta l-applikazzjoni.

Fil-każ ta' tiċħid minħabba inkompletezza tal-applikazzjoni jew minħabba li l-Kummissjoni ssib li l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi proposta mhijiex konsistenti mal-potenzjal ta' tnaqqis tal-applikant, l-applikant jista' jressaq applikazzjoni kompluta jew riveduta għal deroga.

2.  L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu f'verżjoni stampata u elettronika u jiġu indirizzati lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea (Secretariat General of the European Commission, 1049 Brussels, Belgium), immarkati bħala “Deroga skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009”. Il-verżjoni elettronika għandha tintbagħat ukoll fl-indirizz elettroniku funzjonali speċifikat fl-Anness I.

3.  Jekk jinstab li l-informazzjoni li tinsab fl-applikazzjoni mhijiex korretta jew eżatta, id-deċiżjoni li tingħata deroga għandha tiġi rrevokata.

Artikolu 8

Aċċess pubbliku għall-informazzjoni

1.  Applikant li jikkunsidra li l-informazzjoni mressqa fl-applikazzjoni ma għandhiex tiġi żvelata skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandu jindika dan fl-applikazzjoni u jiġġustifika għaliex l-iżvelar jista' jdgħajjef il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-applikant, inkluża l-proprjetà intelletwali.

2.  L-eċċezzjoni mid-dritt tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti stabbilit fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) għandha titqies li tapplika għat-tipi ta' informazzjoni li ġejjin:

(a) id-dettalji tal-programm ta' tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 5, u b'mod partikolari d-dettalji li jikkonċernaw l-iżvilupp tal-portafoll tal-prodotti tal-manifattur;

(b) l-impatti mistennija tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-prezzijiet tax-xiri ta' vetturi u l-profittabbiltà tal-kumpanija.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Il-format standard tal-applikazzjoni għal deroga li għandha titressaq mill-manifatturi li jilħqu l-kriterji tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

Il-verżjoni elettronika tal-applikazzjoni għandha tintbagħat fl-indirizz elettroniku li ġej:

EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu

1.    Isem, indirizz u persuna ta' kuntatt għall-manifattur jew il-grupp ta' manifatturi konnessi



Isem il-manifattur

Indirizz postali

Isem il-persuna ta' kuntatt

Indirizz elettroniku tal-persuna ta' kuntatt

Numru tat-telefown tal-persuna ta' kuntatt

 

 

 

 

 

2.    Kriterji ta' eliġibbiltà

2.1.

L-applikant jagħmel parti minn grupp ta' manifatturi konnessi?

IVA (id-dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness III għandha tinhemeż)

LE

2.2.

L-applikant jagħmel parti minn grupp ta' manifatturi konnessi iżda jħaddem il-faċilitajiet ta' produzzjoni u ċ-ċentru ta' disinn tiegħu stess?

IVA (id-dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness III għandha tinhemeż) ara l-punt 2.3

LE (ara l-punti 2.4 u 2.5)

2.3.

L-għadd ta' reġistrazzjonijiet fl-Unjoni jekk l-applikazzjoni tirreferi għal manifattur li mhuwiex konness jew manifattur konness li jħaddem il-faċilitajiet ta' produzzjoni u ċ-ċentru ta' disinn tiegħu stess:

2.3.1.   Ċifra uffiċjali fi tliet snin kalendarji ta' qabel id-data tal-applikazzjoni



Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

 

 

2.3.2.   Meta ċ-ċifra uffiċjali msemmija fil-punt 2.3.1 ma tkunx disponibbli għall-perjodu msemmi hemmhekk, stima msejsa fuq id-dejta verifikabbli



Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

 

 

2.3.3.   Meta l-figuri fil-punti 2.3.1 u 2.3.2 ma jkunux disponibbli għal dak il-perjodu, il-figuri tas-sena kalendarja ta' qabel li għalihom din id-dejta hija disponibbli



Sena

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

2.4.

Jekk l-applikazzjoni tirreferi għal grupp ta' manifatturi konnessi, jekk jogħġbok ipprovdi dan li ġej:



Isem il-manifattur

Indirizz postali

Isem il-persuna ta' kuntatt

Indirizz elettroniku tal-persuna ta' kuntatt

Numri tat-telefown tal-persuna ta' kuntatt

 

 

 

 

 

2.5.

L-għadd ta' reġistrazzjonijiet fl-Unjoni ta' grupp ta' manifatturi konnessi jekk l-applikazzjoni tirreferi għal grupp ta' manifatturi konnessi u l-applikant ma jħaddimx il-faċilitajiet ta' produzzjoni u ċ-ċentru ta' disinn tiegħu stess:

2.5.1.   Ċifra uffiċjali fi tliet snin kalendarji ta' qabel id-data tal-applikazzjoni



Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

 

 

2.5.2.   Meta ċ-ċifra uffiċjali msemmija fil-punt 2.5.1 ma tkunx disponibbli għall-perjodu msemmi hemmhekk, stima msejsa fuq id-dejta verifikabbli



Sena

 

 

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

 

 

2.5.3.   Meta l-figuri fil-punti 2.5.1 u 2.5.2 ma jkunux disponibbli għal dak il-perjodu, il-figuri tas-sena kalendarja ta' qabel li għalihom din id-dejta hija disponibbli



Sena

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

3.    Id-dewmien mitlub tad-deroga



Għadd ta' snin kalendarji (massimu 5)

 

4.    Proposta għal mira ta' emissjonijiet speċifiċi kkalkulata bħala l-medja tal-flotta għall-perjodu tad-deroga jew miri separati ta' emissjonijiet speċifiċi f'każ ta' tnaqqis kull sena (fi g CO2/km)



Sena

 

 

 

 

 

Mira ta' emissjonijiet speċifiċi medji (fi g CO2/km)

 

 

 

 

 

5.    Informazzjoni speċifika tal-kumpaniji

5.1.   Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fl-2007 jekk mhux inklużi fl-Anness IV (jew jekk mhux disponibbli fis-sena kalendarja ta' wara li hija l-iktar viċin tal-2007)

5.2.   Għadd ta' persunal fis-sena kalendarja ta' qabel id-data tal-applikazzjoni

5.3.   Id-daqs tal-faċilità tal-produzzjoni f'metri kwadri fis-sena kalendarja ta' qabel l-applikazzjoni

5.4.   Il-volumi ta' bejgħ għal 5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni



Sena

 

 

 

 

 

Volumi ta’ bejgħ

 

 

 

 

 

5.5.   Id-dħul annwali għal 5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni



Sena

 

 

 

 

 

Dħul

 

 

 

 

 

5.6.   Il-karatteristiċi tas-suq

L-informazzjoni dwar prodotti ppjanati, li ma tkunx disponibbli fis-suq fi żmien l-applikazzjoni, għandha tiġi pprovduta fit-taqsima kunfidenzjali ta' din l-applikazzjoni.

(a) il-karatteristiċi tal-vettura;

(b) l-ismijiet u l-firxiet tal-prezzijiet ta' vetturi li jikkompetu direttament fis-sena ta' qabel id-data tal-applikazzjoni;

(c) il-lista tal-prezzijiet tal-vetturi li se jkunu koperti bid-deroga fis-sena kalendarja ta' qabel id-data tal-applikazzjoni jew fis-sena li hija l-iktar viċin tad-data tal-applikazzjoni.

5.7.   Deskrizzjoni qasira tal-mudell operattiv tal-faċilità tal-produzzjoni

TAQSIMA KUNFIDENZJALI TAL-APPLIKAZZJONI

5.8.   Il-profitt nett għal 5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni



Sena

 

 

 

 

 

Profitt nett

 

 

 

 

 

5.9.   In-nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp għal 5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni



Sena

 

 

 

 

 

Nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp

 

 

 

 

 

5.10.   It-trasferimenti finanzjarji netti lejn il-kumpanija ewlenija f'każ ta' intrapriżi konnessi matul 5 snin qabel id-data tal-applikazzjoni



Sena

 

 

 

 

 

Trasferimenti netti

 

 

 

 

 

6.    Dettalji dwar il-karozzi tal-passiġġieri li se jitnedew fis-suq tal-Unjoni li se jkun responsabbli għalihom l-applikant

6.1.   Il-karatteristiċi tas-suq

6.1.1.

Il-karatteristiċi tal-vettura;

6.1.2.

L-ismijiet u l-firxiet tal-prezzijiet ta' vetturi li jikkompetu direttament fis-sena ta' qabel id-data tal-applikazzjoni;

6.1.3.

Il-lista tal-prezzijiet mistennija ta' vetturi li se jkunu koperti bid-deroga.

7.    Il-potenzjal teknoloġiku tal-applikant

7.1.

Lista tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 skjerati fil-flotta tal-applikant fl-2007;

7.2.

Meta l-lista msemmija fil-punt 7.1 ma tkunx disponibbli, tintuża l-lista tas-sena ta' wara li tkun l-iktar viċin tal-2007;

7.3.

F'każ ta' applikanti li jippjanaw li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, il-lista msemmija fil-punt 7.1 għandha tiġu pprovduta għall-ewwel sena tad-deroga.

8.    Il-programm ta' tnaqqis tal-applikant

8.1.

L-iskeda għall-iskjerament tat-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 fil-flotta;

8.2.

Medja tal-flotta mistennija matul il-perjodu ta' deroga:

8.2.1.

Reġistrazzjonijiet tal-Unjoni fis-sena matul il-perjodu ta' deroga

8.2.2.

Massa medja mistennija ta' vetturi li se jitnedew fis-suq tal-Unjoni

8.2.3.

Massa medja mistennija ta' emissjonijiet tas-CO2 ta' vetturi li se jitnedew fis-suq tal-Unjoni

8.3.

It-teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2 li se jiġu skjerati fil-flotta tal-applikant skont il-programm ta' tnaqqis;

8.4.

L-ispejjeż addizzjonali għal kull verżjoni ta' vettura tat-teknoloġiji li se jiġu skjerati bħala parti mill-programm;

8.5.

Fil-każ tal-miri ta' kull sena, titjib kull sena tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-verżjonijiet tal-vetturi li għalihom qed jiġu introdotti teknoloġiji li jnaqqsu s-CO2.




ANNESS II

Il-format standard tal-applikazzjoni għal deroga li għandha titressaq mill-manifatturi li jilħqu l-kriterji tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

TAQSIMA PUBBLIKA TAL-APPLIKAZZJONI

1.    Isem, indirizz u persuna ta' kuntatt għall-manifattur jew il-grupp ta' manifatturi konnessi



Isem il-manifattur

Indirizz postali

Isem il-persuna ta' kuntatt

Indirizz elettroniku tal-persuna ta' kuntatt

Numri tat-telefown tal-persuna ta' kuntatt

 

 

 

 

 

2.    Kriterji ta' eliġibbiltà

2.1.

L-applikant jagħmel parti minn grupp ta' manifatturi konnessi?

IVA (id-dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness III għandha tinhemeż; ara l-punt 2.3)

LE (ara l-punt 2.2)

2.2.

Għadd ta' reġistrazzjonijiet fl-Unjoni jekk l-applikant jirreferi għal manifatturi li mhumiex konnessi:

2.2.1.   Ċifra uffiċjali fl-aħħar sena kalendarja ta' qabel id-data tal-applikazzjoni



Sena

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

2.2.2.

Meta ċ-ċifra uffiċjali msemmija fil-punt 2.2.1 ma tkunx disponibbli għall-perjodu msemmi hemmhekk, stima msejsa fuq id-dejta verifikabbli



Sena

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

2.2.3.

Meta l-figuri fil-punti 2.2.1 u 2.2.2 ma jkunux disponibbli għal dak il-perjodu, iċ-ċifra tas-sena kalendarja ta' qabel li għaliha din id-dejta hija disponibbli



Sena

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

2.3.

Jekk l-applikazzjoni tirreferi għal grupp ta' manifatturi konnessi:

2.3.1.   L-ismijiet tal-manifatturi konnessi

2.3.2.

L-għadd ta' reġistrazzjonijiet fl-Unjoni fis-sena kalendarja ta' qabel id-data tal-applikazzjoni ta' grupp ta' manifatturi konnessi



Sena

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

2.3.3.

Meta ċ-ċifra msemmija fil-punt 2.3.2 ma tkunx disponibbli, iċ-ċifra jew stima msejsa fuq dejta verifikabbli għas-sena kalendarja ta' qabel li għaliha din id-dejta tkun disponibbli.



Sena

 

Għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-UE

 

3.    Dettalji ta' karozzi tal-passiġġieri li l-applikant huwa responsabbli għalihom

L-informazzjoni dwar prodotti ppjanati, li ma tkunx disponibbli fis-suq fi żmien l-applikazzjoni, għandha tiġi pprovduta fit-taqsima kunfidenzjali ta' din l-applikazzjoni.

3.1.

emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fl-2007 jekk ma jkunux inklużi fl-Anness IV għal dan ir-Regolament

3.2.

jekk id-dejta għall-2007 ma tkunx disponibbli, dawn li ġejjin:

(a) Reġistrazzjonijiet fl-Unjoni, jew stima msejsa fuq dejta verifikabbli jekk il-figuri uffiċjali ma jkunux disponibbli fiż-żmien tal-applikazzjoni, fis-sena kalendarja l-iktar viċin tal-2007;

(b) Il-karatteristiċi tal-vettura għal kull tip ta' karozza;

(c) Il-lista ta' karozzi miġbura flimkien skont il-klassi tal-vettura kif stabbilit fl-Anness V.

4.    Mira ta' emissjonijiet speċifiċi ta' tnaqqis ta' 25 % mil-linja bażi tal-2007

TAQSIMA KUNFIDENZJALI TAL-APPLIKAZZJONI

5.    Dettalji tal-karozzi tal-passiġġieri li se jitnedew fis-suq tal-unjoni mill-applikant (jikkonċernaw lill-manifatturi li mhumiex inklużi fl-anness IV)

5.1.

Il-karatteristiċi tal-vetturi tal-karozzi kollha

5.2.

Il-lista ta' karozzi miġbura flimkien skont il-klassi tal-vettura kif stabbilit fl-Anness V

5.3.

Ir-reġistrazzjonijiet mistennija ta' vetturi tal-UE fl-ewwel sena tad-deroga




ANNESS III

Format standard tad-dikjarazzjoni li juri l-istruttura tas-sjieda

L-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

Hawnhekk niddikjara li jiena għandi s-setgħa legali li nirrappreżenta lil [isem] (il-manifattur) li qed japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 li ma jagħmilx parti minn grupp ta' manifatturi konnessi kif definit fl-Artikolu 3(2) tiegħu. Fl-aħjar għarfien tiegħi [isem] (il-manifattur) huwa eliġibbli biex japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u li l-informazzjoni li hemm fl-applikazzjoni hija vera u eżatta. L-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda ta' [isem] (il-manifattur) hija annessa.



Firma

Data

Direttur tal-[manifattur]

L-Artikolu 11(1)(b) jew 11(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

Hawnhekk niddikjara li jiena għandi s-setgħa legali li nirrappreżenta lil [isem] (il-manifattur) li qed japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11[(1)] [(4)] ( *1 ) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 li jagħmel parti minn grupp ta' manifatturi konnessi kif definit fl-Artikolu 3(2) tiegħu. Fl-aħjar għarfien tiegħi [isem] (il-manifattur) huwa eliġibbli biex japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11[(1)] [(4)] (*1)  tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u li l-informazzjoni li hemm fl-applikazzjoni hija vera u eżatta. L-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda ta' [isem] (il-manifattur) hija annessa.



Firma

Data

Direttur tal-[manifattur]

L-Artikolu 11(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

Hawnhekk niddikjara li jiena għandi s-setgħa legali li nirrappreżenta lil [isem] (il-manifattur) li qed japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 li jagħmel parti minn grupp ta' manifatturi konnessi kif definit fl-Artikolu 3(2) tiegħu imma jopera l-faċilitajiet tal-produzzjoni u ċ-ċentru tad-disinn tiegħu stess kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 000. Fl-aħjar għarfien tiegħi [isem] (il-manifattur) huwa eliġibbli biex japplika għal deroga kif previst fl-Artikolu 11[(1)] tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u li l-informazzjoni li hemm fl-applikazzjoni hija vera u eżatta. L-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda ta' [isem] (il-manifattur) hija annessa.



Firma

Data

Direttur tal-[manifattur]




ANNESS IV



Lista tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fl-2007 għal kull manifattur

Il-manifattur

Emissjonijiet medji [g/km]

AIXAM

164,000

ALPINA

219,932

AM GENERAL

357,000

ASTON MARTIN

377,860

AUDI

184,752

AUSTIN

450,000

AUTOMOBILES DANGEL

153,000

AVTOVAZ

216,632

BEAUFORD

208,000

BENTLEY

411,664

BMW

171,684

BRABUS

246,000

BRONTO

233,000

BUGATTI

577,667

CATERHAM

236,088

CHRYSLER

226,141

CITROEN

142,536

DACIA

154,650

DAIHATSU

153,070

DAIMLER

182,524

DIAMOND

260,000

DONKERVOORT

194,000

DR MOTOR COMPANY

193,048

FERRARI

434,860

FIAT

141,496

FORD

149,343

FUJI HEAVY INDUSTRIES

219,488

GEELY

183,000

GENERAL MOTORS

►M1  283,689  ◄

GM DAEWOO

160,071

GUMPERT

342,000

GWM

253,480

HC&E

220,000

HONDA

157,613

HYUNDAI

162,046

ISUZU

176,133

IVECO

224,770

JAGUAR

208,219

KIA

157,239

LAMBORGHINI

424,087

LAND ROVER

250,399

LOTUS

208,399

MAGYAR SUZUKI

156,280

MASERATI

354,687

MAZDA

172,568

MG

186,801

MICHALAK

117,000

MICROCAR

178,000

MITSUBISHI

174,649

MK SPORTSCARS

117,000

MORGAN

202,324

NETHERLANDS CAR

141,061

NISSAN

168,408

OPEL

153,699

OSV

135,915

PERODUA

138,135

PEUGEOT

142,205

PGO

201,767

PILGRIM

193,000

PORSCHE

287,710

PROTON

155,185

QUADZILLA

176,000

QUATTRO

290,774

RENAULT

146,893

ROLLS ROYCE

394,526

ROVER

188,399

RUF

327,000

SAAB

190,444

SALVADOR CAETANO

224,000

SANTANA

165,965

SEAT

151,184

SHUANGHUAN

270,000

SKODA

149,387

SOVAB

233,822

SSANGYONG

223,430

SUZUKI

166,012

TATA

168,310

TIGER

244,000

TOYOTA

150,634

TVR

397,500

UAZ

314,000

VM

185,000

VOLKSWAGEN

162,152

VOLVO

189,616

WIESMANN

310,000




ANNESS V

Emissjonijiet ta' linja bażi msejsa fuq l-aqwa teknoloġija disponibbli fl-2007 u mira ta' tnaqqis ta' 25 % ta' emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għal kull klassi ta' vettura



klassi tal-vettura

klassi tal-massa (1)

klassi tal-qawwa għall-massa

emissjonijiet ta' linja bażi [g/km]

Mira tas-CO2 [g/km]

1

1

baxxa

108

81

2

1

medja

118

89

3

1

għolja

153

115

4

2

baxxa

119

89

5

2

medja

138

104

6

2

għolja

153

115

7

3

baxxa

121

91

8

3

medja

136

102

9

3

għolja

150

113

10

4

baxxa

131

98

11

4

medja

144

108

12

4

għolja

162

122

13

5

baxxa

147

110

14

5

medja

152

114

15

5

għolja

179

134

(1)   Massa f'kundizzjoni ta' sewqan kif definit fir-Regolament (KE) Nru 443/2009.

— Il-klassijiet tal-massa jikkorrispondu ma' dan li ġej (imqarrba sal-eqreb numru sħiħ):

—

 



Klassi tal-massa

Firxa [kg]

1

0-1 225  kg

2

1 226 -1 375  kg

3

1 376 -1 475  kg

4

1 476 -1 625  kg

5

1 626 + kg

— Il-klassijiet tal-qawwa għall-massa jikkorrispondu ma' dan li ġej (imqarrba sal-eqreb numru sħiħ):

—

 



klassi tal-qawwa għall-massa

Firxa [W/kg]

Baxxa

0-65 W/kg

Medja

66-85 W/kg

Għolja

86+



( 1 ) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

( *1 ) Identifika l-paragrafu applikabbli.