Official Journal L 352 , 28/12/1974 P. 0041 - 0042
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0033
Greek special edition: Chapter 03 Volume 11 P. 0129
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0033
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0063
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 8 P. 0063
Id-Direttiva Tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 1974 dwar il-kontroll tad-dudu li jdawwar il-weraq tal-qronfla (74/647/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikoli 43 u 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi l-produzzjoni tal-qronfol tokkupa post importanti fl-agrikoltura tal-Komunità; Billi l-ġabra tal-qronfol hija dejjem mhedda minn organiżmi li jagħmlulha l-ħsara; Billi, bil-protezzjoni tal-koltivazzjoni tal-qronfla kontra dawn l-organiżmi li jagħmlulha l-ħsara, mhux biss għandha tinżamm il-kapaċità tal-produzzjoni iżda l-produttività agrikola għandha wkoll tiżdied; Billi miżuri ta’ protezzjoni biex ma jħallux l-introduzzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara fl-Istati Membri individwali jkollhom biss effett limitat jekk dawn l-organiżmi ma jkunux kontrollati fl-istess ħin u bl-istess metodi madwar il-Komunità kollha u ma jitħallewx jinfirxu; Billi l-aktar organiżmi li jagħmlu l-ħsara huma d-dud li jdawru l-weraq fil-Mediterran u fl-Afrika t’Isfel; Billi dawn l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara nstabu f’bosta Stati Membri; Billi hemm riskju permanenti għall-koltivazzjoni tal-qronfol madwar il-Komunità jekk miżuri effettivi ma jitteħdux biex jikkontrollaw dawn l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara u biex ma jħalluhomx jinfirxu; Billi, sabiex teqred dawn l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara, dispożizzjonijiet minimi għandhom ikunu adottati għall-Komunità; billi l-Istati Membri jridu jkunu kapaċi jadottaw dispożizzjonijiet addizzjonali u aktar stretti fejn hemm bżonn, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Din id-Direttiva tikkonċerna l-miżuri minimi li għandhom jittieħdu fl-Istati Membri biex jikkontrollaw id-dud li jdawwru l-weraq tal-qronfol u ma jħalluhomx jinfirxu. Artikolu 2 Għal fini ta’ din id-Direttiva "dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol" ifissru d-dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol tal-Mediterran (Cacoecimorpha pronubana Hb) u d-dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol tal-Afrika t’Isfel (Epichoristodes acerbella (Walk.) Diak.). Artikolu 3 1. L- Istati Membri jistipulaw li qronfol (Dianthus L.) jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni biss jekk m’humiex kontaminati minn dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol u li l-kulturi tal-qronfol kkontaminati minn dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol għandhom ikunu trattati b’tali mod li l-qronfol li jittieħdu minnhom ma jibqgħux kontaminati meta jiġu ċirkolati. 2. Minkejja l-paragrafu 1, fjuri maqtugħa tal-qronfol kemm kemm ikkontaminati mid-dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol jistgħu jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni mis-16 t’Ottubru sat-30 t’April. Artikolu 4 L-Istati Membri jipprojbixxu li jinżammu d-dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol. Artikolu 5 1. L- Istati Membri jistgħu jawtorizzaw: (a) derogi mill-miżuri riferuti f’Artikoli 3 u 4 għal skopijiet xjentifiċi, testijiet jew xogħol selettiv; (b) li, minkejja Artikolu 3, fjuri maqtugħa tal-qronfol kemm kemm kontaminati mid-dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol jistgħu jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni mill-1 ta’ Mejju sal-15 t’Ottubru. 2. L-Istati Membri jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet riferuti fil-paragrafu 1 jingħataw biss fejn kontrolli adegwati jiggarantixxu li ma jippreġudikawx il-kontroll tad-dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol u ma joħloq l-ebda riskju li jinfirex dan l-organiżmu li jagħmel il-ħsara. Artikolu 6 L-Istati Membri jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet addizzjonali u aktar stretti biex jikkontrollaw id-dud li jdawwar il-weraq tal-qronfol u li ma jħalluhomx jinfirxu sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma meħtieġa għal dan il-kontroll u l-prevenzjoni. Artikolu 7 L-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ il-miżuri li hemm bżonn biex iħarsu din id-Direttiva mhux aktar tard minn sena wara l-avviż tagħha u minnufiħ javżaw lill-Kummissjoni b’dan. Artikolu 8 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Diċembru 1974. Għall-Kunsill Il-President Ch. Bonnet [1] ĠU C 93, tas-7.8.1974, p. 87. [2] ĠU C 116, tat-30.9.1974, p. 49. --------------------------------------------------