European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/155

28.1.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/155

tas-27 ta’ Jannar 2025

li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1).

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha g jiġu estiżi sal-31 ta’ Jannar 2026.

(3)

Għalhekk, Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/72/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2026.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/72(1)/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/155/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)