30.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9427 — The Carlyle Group/Forgital Italy)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 256/04)

1.   

Fit-22 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

The Carlyle Group L.P. (l-Istati Uniti, “Carlyle”),

—

Forgital Italy S.p.A. (l-Italja, “Forgital”).

Carlyle takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Forgital permezz ta’ F-Brasile S.r.l. (l-Italja, “F-Brasile”), vettura ta’ akkwist speċjali indirettament proprjetà ta’ Carlyle. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Carlyle: ditta ta’ investiment dinji li tmexxi l-fondi preżenti f’segmenti differenti ta’ negozju, inkluża l-manifattura ta’ partijiet mekkanizzati għal magni tal-ajruplani,

—   Forgital: funderija, laminazzjoni u maċinazzjoni ta’ ċrieki rrumblati fis-settur ajruspazjali u provvista ta’ komponenti fiż-żejt u l-gass, trażmissjoni, ġenerazzjoni tal-enerġija u mekkanika ġenerali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9427 — The Carlyle Group/Forgital Italy

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.