12004V264

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU IV - ŻONA TA' LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA - Sezzjoni 1 - Disposizzjonijiet ġenerali - Artikolu III-264

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0114 - 0114


Artikolu III-264

L-atti previsti fis-Sezzjonijiet 4 u 5, flimkien mar-regolamenti Ewropej previsti fl-Artikolu III-263 li jassiguraw koperazzjoni fl-amministrazzjoni fl-oqsma koperti minn dawn is-Sezzjonijiet, għandhom jiġu adottati:

a) fuq proposta mill-Kummissjoni, jew

b) fuq l-inizjattiva ta' kwart mill-Istati Membri.

--------------------------------------------------