|
11.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 82/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9938 — Kingspan Group/Trimo)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 82/11)
1.
Fit-3 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Kingspan Holding Netherlands B.V. (in-Netherlands), ikkontrollata minn Kingspan Group plc, |
|
— |
Trimo, arhitekturne rešitve, d.o.o. (Slovenia), ikkontrollata minn European Architectural Systems S.à r.l. |
Kingspan Holding Netherlands B.V. takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Trimo, arhiteturne rešitve, d.o.o. kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Kingspan Holding Netherlands B.V.: manifattura ta’ pannelli sandwich, iżolazzjoni, dawl u soluzzjonijiet tal-arja, l-ilma u l-enerġija u teknoloġija tad-data u teknoloġija tal-art, |
|
— |
Trimo, arhitekturne rešitve, d.o.o.: prinċipalment manifattura ta’ pannelli sandwich ta’ fibra minerali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9938 — Kingspan Group/Trimo
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz l-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).