|
5.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 225/31 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9422 — Leonard Green & Partners/Ares Management Corporation/Press Ganey Associates)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 225/04)
1.
Fit-28 ta' Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Leonard Green & Partners, L.P. (“LGP”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Ares Management Corporation (“Ares”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Press Ganey Associates, Inc. (“Press Ganey”, l-Istati Uniti) |
LGP u Ares jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Press Ganey kollha.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal LGP: ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata li primarjament tinvesti f’kumpaniji li jipprovdu servizzi, inklużi servizzi għall-konsumaturi, għan-negozju u s-servizzi tal-kura tas-saħħa, kif ukoll il-bejgħ bl-imnut, id-distribuzzjoni u industrijali.
— għal Ares: maniġer alternattiv ta’ assi li jżomm interessi fis-swieq tal-kreditu, tal-ekwità privata u tal-proprjetà immobbli.
— għal Press Ganey: il-provvista ta’ kejl tal-esperjenza tal-pazjenti, l-analitika tal-prestazzjoni u soluzzjonijiet konsultattivi strateġiċi għal organizzazzjonijiet tal-kura tas-saħħa tul il-katina tal-kura, prinċipalment fl-Istati Uniti tal-Amerika.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9422 — Leonard Green & Partners/Ares Management Corporation/Press Ganey Associates
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).