<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑402/11 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0402</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:649">EU:C:2012:649</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20121018">18.10.2012</DATE> — KAWŻA C-402/11 P</P><P>JAGER &amp; POLACEK vs UASI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark Komunitarja</KEYWORD><KEYWORD>Oppożizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2868/95</KEYWORD><KEYWORD>Regola 18(1)</KEYWORD><KEYWORD>Natura ġuridika ta’ komunikazzjoni tal-UASI li tinforma li ġie deċiż li oppożizzjoni hija ammissibbli</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal rimedju effettiv</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-402/11 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fil-<DATE ISO="20110725">25 ta’ Lulju 2011</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Jager &amp; Polacek GmbH</HT>, stabbilita fi Vjenna (l-Awstrija), irrappreżentata minn A. Renck, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</P><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)</HT>, irrappreżentat minn G. Schneider, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Rosas, aġent President tas-Sitt Awla, li qed jaġixxi bħala President tat-Tieni Awla, U. Lõhmus, T. von Danwitz, A. Arabadjiev u C. G. Fernlund (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20120524">24 ta’ Mejju 2012</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20120705">5 ta’ Lulju 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Jager &amp; Polacek GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Jager &amp; Polacek<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-<DATE ISO="20010512">12 ta’ Mejju 2001</DATE>, Jager &amp; Polacek vs UASI (REDTUBE) (T-488/09, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li permezz tagħha<?PAGE NO="2"?> hija ċaħdet ir-rikors tagħha intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-<DATE ISO="20090929">29 ta’ Settembru 2009</DATE> (Każ R 442/2009-4) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn l-imsemmija kumpannija u RT Mediasolutions s. r. o. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>RT Mediasolutions<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI ċaħad it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090122">22 ta’ Jannar 2009</DATE> li permezz tagħha d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kkonstatat li l-oppożizzjoni Nru B 1 299 033 magħmula minn Jager &amp; Polacek ġiet meqjusa li ma saritx.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-<DATE ISO="19931220">20 ta’ Diċembru 1993</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), tħassar u ġiet sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>), li daħal fis-seħħ fit-<DATE ISO="20090413">13 ta’ April 2009</DATE>. Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti, din il-kawża tibqa’ rregolata mir-Regolament Nru 40/94, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1891/2006 tat-<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="200M" PAGE.FIRST="562" DATE.PUB="2006">ĠU L 200M, p. 562</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Regolament Nru 40/94<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 40/94 huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-<DATE ISO="19951213">13 ta’ Diċembru 1995</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2005, tad-<DATE ISO="20050629">29 ta’ Ġunju 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287M" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2005">ĠU L 287M, p. 12</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Regolament ta’ implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament 40/94</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 40/94, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Opposizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, huwa fformulat hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="042.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fi żmien perjodu ta’ tliet xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, notifika ta’ opposizzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tista’ tingħata fuq il-bażi li ma tistax tiġi reġistrata taħt l-Artikolu 8:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>mill-proprjetarji ta’ marki jew sinjali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(4) u minn persuni awtorizzati biex jeżerċitaw dawn id-drittijiet taħt il-liġi nazzjonali relevanti.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="042.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-opposizzjoni għandha tiġi espressa bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li fuqhom tkun qiegħda issir. L-opposizzjoni ma tistax titqies li tkun ġiet preżentata kif dovut qabel ma jsir il-ħlas tad-dritt ta’ l-opposizzjoni. Fi żmien perjodu stabbilit mill-[UASI], l-opponent jista’ jissottometti fatti, xiehda u argumenti sabiex isaħħaħ il-każ tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 57 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Id-deċiżjonijiet soġġetti għal appell<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="057.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jkun hemm dritt ta’ appell minn deċiżjonijiet ta’ l-eżaminaturi, tad-Diviżjonijiet ta’ l-Opposizzjoni, ta’ l-Amministrazzjoni ta’ Trade Marks u Diviżjonijiet Legali u Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni. Dan għandu jkollu effett sospensiv.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="057.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Deċiżjoni li ma ttemmx proċedimenti fir-rigward ta’ waħda mill-partijiet tista’ biss tiġi appellata flimkien mad-deċiżjoni finali, sakemm id-deċiżjoni ma tkunx tippermetti appell separat.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 77a tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>In-notifikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="077A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-[UASI] jkun daħħal fir-reġistru jew anki jkun ħa deċiżjoni li jkun fiha żball proċedurali ovvju attribwibbli għall-Uffiċċju, dan għandu jassigura li d-dħul ikun ikkanċellat jew li d-deċiżjoni tkun revokata. Meta jkun hemm parti waħda biss għall-proċedimenti u d-dħul jew l-att jaffettwa d-drittijiet tagħha, il-kanċellament jew ir-revoka għandhom ikunu determinati anki jekk l-iżball ma jkunx evidenti għall-parti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="077.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kanċellament jew revoka kif referut fil-paragrafu 1 għandu jkun determinat, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew mat-talba ta’ waħda mill-partijiet għall-proċedimenti, mid-dipartiment li jkun għamel id-dħul jew li jkun ħa d-deċiżjoni. Il-kanċellament jew ir-revoka għandhom ikunu determinati fi żmien sitt xhur mid-data li fiha d-dħul ikun seħħ fir-Reġistru jew minn meta d-deċiżjoni tkun ittieħdet, wara konsultazzjoni mal-partijiet tal-proċedimenti u kwalunkwe propjetarju ta’ drittijiet ta’ trade-mark tal-Komunità f’dak il-każ ikunu mdaħħla fir-Reġistru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="077.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet li jippreżentaw appell permezz ta’ l-Artikoli 57 u 63, jew għall-possibbiltà, permezz tal-proċeduri u l-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta’ l-Iimplementazzjoni referut fl-Artikolu 157(1), li jikkorreġi xi żballji lingwistċi jew żballji ta’ transkrizzjoni u żballji ovvji fid-deċiżjonijiet ta’ l-[UASI] jew żbalji attribwibbli għall-[UASI] fir-reġistrazzjoni tat-trade-mark jew fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat li l-Artikoli 42,57 u 77a tar-Regolament Nru 40/95 saru rispettivament l-Artikoli 41, 58 u 80 tar-Regolament Nru 207/2009, mingħajr emendi fir-redazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ implementazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Eżaminazzjoni ta’ ammissibbilità<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, ir-Regola 17 tar-Regolament ta’ implementazzjoni hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.P><TXT>Jekk il-miżata ta’ oppożizzjoni ma tkunx tħallset fi żmien il-perjodu ta’ oppożizzjoni, l-oppożizzjoni titqies li ma kenitx reġistrata. Jekk il-miżata ta’ oppożizzjoni titħallas wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ oppożizzjoni, din tiġi rimborżata lill-parti li qed topponi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Jekk in-notifika ta’ oppożizzjoni ma tkunx ġiet iffajljata fi żmien il-perjodu ta’ oppożizzjoni, [...] l-[UASI] jirrifjuta l-oppożizzjoni minħabba li tkun inammissibbli.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Kull sejba skond paragrafu 1 li n-notifika ta’ oppożizzjoni hi meqjusa li ma ġietx reġistrata u kull deċiżjoni biex tirrifjuta oppożizzjoni bħala inammissibbli taħt paragrafu 2, 3 u 4 għandhom jiġu nnotifikati lill-applikant.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-Regola 18 tar-Regolament ta’ implementazzjoni, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Bidu ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, tipprovdi fil-paragrafu 1 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Meta l-oppożizzjoni tinstab li hi ammissibbli skond ir-Regola [17], l-[UASI] għandu jibgħat komunikazzjoni lill-partijiet u jinfurmhom li l-proċedimenti ta’ l-oppożizzjoni għandhom jibdew xahrejn wara li tasal il-komunikazzjoni. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż sa total ta’ 24 xahar jekk iż-żewġ partijiet jissottomettu talbiet għal estensjoni simili qabel jiskadi l-perjodu.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-Regola 53a ta’ dan ir-regolament, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Revoka ta’ deċiżjoni jew Reġistrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, tipprovdi fil-paragrafi 1 sa 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.P><TXT>Fejn l-[UASI] jsib bl-inizjattiva tiegħu jew skond informazzjoni korrispondenti tal-partijiet fi proċedimenti legali li deċiżjoni jew Reġistrazzjoni hi soġgetta għal revoka skond l-Artikolu 77a tar-Regolament, għandu jinforma lill-parti milquta b’din ir-revoka.”</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-parti milquta għandha tissottometti l-kummenti tagħha dwar din ir-revoka fi perjodu speċifikat mill-[UASI].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fejn il-parti milquta taqbel mar-revoka jew fejn ma tissottometti ebda kumment fil-perjodu msemmi, l-[UASI] għandu jirrevoka d-deċiżjoni jew ir-reġistrazzjoni. Jekk il-parti milquta ma taqbilx mar-revoka, l-[UASI] għandu jieħu deċiżjoni dwar ir-revoka.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-Regola 62 ta’ dan ir-regolament tipprovdi fil-paragrafu 1 tagħha</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Deċiżjonijiet soġġetti għal limitu taż-żmien għall-appell, ċitazzjonijiet jew dokumenti oħra kif iddeterminat mill-President tal-[UASI] għandhom jiġu nnotifikati b’ittra rreġistrata b’dikjarazzjoni ta’ rċevuta. Notifikazzjonijiet oħra għandhom isiru kollha bil-posta normali.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża huma esposti fil-punti 1,3 sa 13 u16 sa 19 tas-sentenza appellata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20070712">12 ta’ Lulju 2007</DATE>, il-predeċessur fid-dritt ta’ [RT Mediasolutions] ppreżenta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja lill-[UASI], skont ir-[Regolament Nru°40/94].</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ġiet ippubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Bullettin tat-trade marks Komunitarji</HT> Nru 068/2007, tal-<DATE ISO="20071224">24 ta’ Diċembru 2007</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20080325">25 ta’ Marzu 2008</DATE>, ir-rikorrenti [Jager &amp; Polacek] ppreżentat oppożizzjoni, abbażi tal-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 40/94 [...] għar-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodotti u s-servizzi kollha koperti mill-applikazzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-oppożizzjoni kienet ibbażata fuq it-trade mark preċedenti Redtube li ma kinitx irreġistrata u abbażi tal-użu tad-dominju tal-internet www.redtube.com. Il-motiv invokat insostenn ta’ din l-oppożizzjoni kien dak imsemmi fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94 [...].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fil-formola ta’ oppożizzjoni, ir-rikorrenti indikat li d-dritt ta’ oppożizzjoni ġie ttrasferit fil-kont tal-UASI fis-<DATE ISO="20080326">26 ta’ Marzu 2008</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, id-dipartiment tat-trade marks tal-UASI informa lir-rikorrenti li d-dritt ta’ oppożizzjoni ġie riċevut mill-UASI biss fl-<DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>, wara l-iskadenza tat-terminu ta’ oppożizzjoni, u għalhekk hu kkunsidra l-oppożizzjoni bħala mhux ippreżentata. L-UASI ddikjara wkoll li t-terminu jkun ikkunsidrat li ġie osservat jekk l-ordni ta’ trasferiment tkun ingħatat qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ oppożizzjoni. L-UASI stqarr ukoll li jekk ir-rikorrenti tkun effettwat il-ħlas fi żmien 10 ijiem mit-terminu ta’ oppożizzjoni, hija jkollha tħallas sovrataxxa ekwivalenti għal 10 % tad-dritt ta’ oppożizzjoni mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20080511">11 ta’ Mejju 2008</DATE>.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-8 Mejju 2008, ir-rikorrenti pproduċiet il-prova li hija kienet tat, fis-<DATE ISO="20080326">26 ta’ Marzu 2008</DATE>, lill-istabbiliment bankarju tagħha, l-ordni ta’ trasferiment bankarju għad-dritt ta’ oppożizzjoni. Hija pproduċiet ukoll il-prova ta’ ħlas tas-sovrataxxa ta’ 10 % fis-<DATE ISO="20080506">6 ta’ Mejju 2008</DATE>. Hija kienet minbarra dan osservat li hija kienet saret taf biss bl-applikazzjoni għal trade mark fil-<DATE ISO="20080325">25 ta’ Marzu 2008</DATE> waranofsinhar, jiġifieri l-aħħar jum tat-terminu ta’ oppożizzjoni. Għalhekk hija stiednet lil RT Mediasolutions sabiex tirtira l-applikazzjoni għal trade mark tagħha, ħaġa li din tal-aħħar ma għamlitx. Fil-mument tal-oppożizzjoni (fil-17:07 permezz tal-faks), il-banek fl-Awstrija kienu ilhom magħluqa għal aktar minn sagħtejn u ħadd ma kien preżenti fid-dipartiment tal-kontabbiltà tar-rikorrenti. Kien għalhekk impossibbli li jingħata l-ordni ta’ trasferiment tad-dritt ta’ oppożizzjoni lil xi bank fl-istess jum. [...] Barra minn hekk, hija sostniet li, skont il-verżjoni Ġermaniża tal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2869/95, tat-<DATE ISO="19951213">13 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (it-Trademarks u d-Disinji) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 291) it-terminu ta’ ħlas kien ikkunsidrat bħala li ġie osservat f’dan il-każ minħabba l-ħlas tas-soprataxxa.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz tal-ittri tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE>, id-dipartiment tat-trade marks tal-UASI bagħat komunikazzjoni lir-rikorrenti u lil RT Mediasolutions [iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE><QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>]. F’dawn l-ittri, l-UASI indika li l-oppożizzjoni kienet meqjusa ammissibbli sa fejn din kienet ibbażata fuq it-trade mark preċedenti mhux irreġistrata Redtube u informa lir-rikorrenti u RT Mediasolutions bit-terminu tal-ftuħ tal-parti kontenzjuża tal-oppożizzjoni, skont ir-Regola 18(1) tar-[Regolament ta’ implementazzjoni]. B’mod iktar speċifiku, l-UASI ddikjara li l-perijodu ta’ konċiljazzjoni (cooling off) jiskadi fil-<DATE ISO="20080721">21 ta’ Lulju 2008</DATE> u li l-parti kontenzjuża tal-proċedura ta’ oppożizzjoni tibda fit-<DATE ISO="20080722">22 ta’ Lulju 2008</DATE>. Barra minn hekk, stabbilixxa termini għar-rikorrenti sabiex issostni l-oppożizzjoni u għal RT Mediasolutions bil-għan li twieġeb lil din tal-aħħar.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20080910">10 ta’ Settembru 2008</DATE>, RT Mediasolutions argumentat li d-dritt ta’ oppożizzjoni ma tħallasx tempestivament u talbet lill-UASI li jannulla l-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> u li jikkonstata l-oppożizzjoni bħala li ma saritx.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20081002">2 ta’ Ottubru 2008</DATE> id-dipartiment tat-trade marks tal-UASI bagħat ittra intitolata <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Korrezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> (Korrektur) lir-rikorrenti. F’din l-ittra, l-UASI informa lir-rikorrenti li l-[komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE>] kienet intbagħtet bi żball u kellha tiġi kkunsidrata mhux applikabbli. L-UASI barra dan, informa lir-rikorrenti li l-ħlas tad-dritt ta’ oppożizzjoni ma kienx meqjus li sar fit-terminu tal-oppożizzjoni u l-oppożizzjoni kienet meqjusa li ma saritx. Barra minn hekk, l-UASI ġibed l-attenzjoni tar-rikorrenti dwar il-possibbiltà li titlob l-adozzjoni ta’ deċiżjoni formali bil-miktub. Tali talba kienet iddepożitata mir-rikorrenti fit-<DATE ISO="20081128">28 ta’ Novembru 2008</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20090122">22 ta’ Jannar 2009</DATE>, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni adottat deċiżjoni li permezz tagħha l-oppożizzjoni kienet meqjusa li ma saritx. Id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni qieset li ż-żewġ kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 2869/95, jiġifieri l-ordni ta’ trasferiment mogħti fit-terminu tal-oppożizzjoni u l-ħlas tas-soprataxxa, kienu kumulattivi. [...]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20090320">20 ta’ Marzu 2009</DATE>, ir-rikorrenti appellat mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni. Fin-nota li tesponi l-motivi tat-<DATE ISO="20090522">22 ta’ Mejju 2009</DATE>, ir-rikorrenti indikat li, fl-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE>, l-UASI kien adotta deċiżjoni li tiddikjara l-oppożizzjoni ammissibbli u li din id-deċiżjoni ma kinitx ġiet validament revokata skont il-proċedura prevista mill-Artikolu [77a tar-Regolament Nru 40/94]. Hija sostniet ukoll li ż-żewġ kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 2869/95 huma alternattivi u mhux kumulattivi.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-[deċiżjoni kkontestata], ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI ċaħad l-appell.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Appell irrileva li t-terminu tal-oppożizzjoni kien skada fil-<DATE ISO="20080325">25 ta’ Marzu 2008</DATE>, peress illi l-<DATE ISO="20080324">24 ta’ Marzu 2008</DATE> kienet btala. Id-dritt ta’ oppożizzjoni kien tħallas wara li skada t-terminu tal-oppożizzjoni, kuntrarjament għal dak li huwa previst fit-[tieni sentenza] tal-Artikolu [42(3) tar-Regolament Nru 40/94]. Ġie wkoll stabbilit li r-rikorrenti ma tatx l-ordni ta’ trasferiment lill-bank tagħha ħlief wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ oppożizzjoni, jiġifieri fis-<DATE ISO="20080326">26 ta’ Marzu 2008</DATE>. Għalhekk, skont it-[tieni sentenza] tal-Artikolu [42(3) tar-Regolament Nru 40/94], l-oppożizzjoni titqies li ma saritx.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Appell ikkunsidra li d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kienet interpretat l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 2869/95 b’mod korrett.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont il-Bord tal-Appell, il-[komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE>] ma kinitx deċiżjoni li setgħet tiġi rrevokata skont l-Artikolu [77a tar-Regolament Nru 40/94], iżda sempliċi miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20091204">4 ta’ Diċembru 2009</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat kawża intiża għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti invokat tliet motivi li minnhom it-tweġiba għat-tieni motiv biss hija s-suġġett tal-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-ewwel motiv kien ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 216/96, tal-<DATE ISO="19960205">5 ta’ Frar 1996</DATE>, li jistipula r-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 221). Il-Qorti Ġenerali ċaħdet dan il-motiv għar-raġuni li din id-dispożizzjoni hija applikabbli biss fil-proċedimenti <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT> u li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090122">22 ta’ Jannar 2009</DATE> ġiet meħuda fl-applikazzjoni tar-regoli previsti għall-proċedimenti <HT TYPE="ITALIC">ex parte</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet motiv tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti kkontestat il-fatt li l-oppożizzjoni tagħha ġiet ikkunsidrata bħala mhux ippreżentata minħabba l-ħlas tardiv tad-dritt ta’ oppożizzjoni. Il-Qorti Ġenerali ċaħdet dan l-argument peress li qieset li kien korrett li d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kienet iddikjarat oppożizzjoni li ma saritx minħabba l-ħlas tardiv tad-dritt ta’ oppożizzjoni, skont l-Artikolu 17(1) tal-Regolament ta’ implementazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>It-tieni motiv kien ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 77a (1) u (2) tar-Regolament Nru 40/94. Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti sostniet li l-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> li stabbilixxiet li l-oppoiżizzjoni tagħha kienet ammissibbli tikkostitwixxi deċiżjoni. Effettivament, sa fejn, skont ir-Regola 17(5) tar-Regolament ta’ implementazzjoni, hija deċiżjoni li tikkonstata li n-notifika tal-oppożizzjoni hija meqjusa li ma ġietx irreġistrata u li tiċħad l-oppożizzjoni bħala inammissibbli, il-prinċipju ġuridiku tal-<HT TYPE="ITALIC">actus contrarius</HT> jew tal-paralelliżmu tal-formalitajiet jimplika li l-att li jikkonstata l-ammissibbiltà ta’ oppożizzjoni għandu wkoll jiġi kkwalifikat bħala deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Konsegwentement, din id-deċiżjoni tista’ tiġi rrevokata biss taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 77a tar-Regolament Nru 40/94, moqri flimkien mal-Artikolu 53a tar-Regolament ta’ implementazzjoni. Ir-revoka tal-imsemmija deċiżjoni ma osservatx ir-regoli proċedurali previsti f’din ir-regola 53a u seħħet wara t-terminu ta’ sitt xhur previst fl-Artikolu 77a.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fil-punti 91 sa 93 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-ittra tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> kienet biss komunikazzjoni indirizzata lir-rikorrenti li kienet tirrigwarda l-jum tal-ftuħ tal-fażi kontenzjuża tal-proċedura kif ukoll stedina biex jiġu ppreżentati l-fatti, il-provi u l-osservazzjonijiet, u li, għaldaqstant, tali komunikazzjoni ma kinitx maħsuba li tipproduċi effetti<?PAGE NO="7"?> ġuridiku. Ma jirriżultax mill-forma ta’ din l-ittra li dan huwa teħid ta’ pożizzjoni definittiv tal-UASI dwar l-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni. Fil-punt 102 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> ma tikkostitwixxix deċiżjoni, iżda sempliċi miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedimenti.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali minbarra dan ċaħdet ukoll l-argumenti tar-rikorrenti billi qieset li l-prinċipju tal-<HT TYPE="ITALIC">actus contrarius</HT> u tal-paralleliżmu tal-formalitajiet ma kinux rilevanti sabiex jiġi deċiż jekk il-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> tikkostitwixxix deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali rrilevat li r-Regola 18(1) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tirreferi għal komunikazzjoni, li ma tipproduċix effetti ġuridiċi vinkolanti fir-rigward ta’ min tkun indirizzata. Fl-aħħar nett, peress illi l-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> ma kinitx deċiżjoni, ir-rikorrenti ma tistax tinvoka l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi li din il-komunikazzjoni ħolqot fir-rigward tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-punt 132 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat ukoll li l-kawża ma kinitx tirrigwarda reġistrazzjoni internazzjonali u li ma kienx hemm lok li tittieħed deċiżjoni dwar in-natura ġuridika tan-notifika mill-UASI lill-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellettwali (WIPO) dwar l-oppożizzjonijiet li huma ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata u;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-UASI jitlob li l-appell jiġi miċħud bħala manifestament infondat u li l-appellanti tiġi kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-appell tagħha, ir-rikorrenti tinvoka aggravju wieħed, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 77a(1) u (2) tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>L-aggravju invokat mill-appellanti huwa maqsum fi tliet partijiet. Fl-ewwel parti tal-aggravju, huwa allegat li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> ma tikkostitwixxix deċiżjoni. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li ma tapplikax f’dan il-każ minħabba li tinvolvi deċiżjonijiet fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE. Issa, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-atti tal-UASI.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li, billi rrifjutat li tikkunsidra l-imsemmija komunikazzjoni bħala deċiżjoni, il-Qorti Ġenerali ma tagħtihiex protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li, anki jekk l-UASI jista’ jivverifika l-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti, huwa jista’ wkoll jieħu pożizzjoni soda dwar din il-kwistjoni fi kwalunkwe mument u dan, b’mod partikolari, fl-ittra li fiha jinforma lill-partijiet bil-ftuħ tal-parti kontenzjuża tal-oppożizzjoni. It-termini użati fil-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> juru li wieħed mill-għanijiet tagħha kien li tittieħed deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni. Dawn it-termini huma preċiżi u<?PAGE NO="8"?> inkondizzjonali. F’din il-komunikazzjoni, ma ġiex ippreċiżat li l-UASI seta’ jeżamina mill-ġdid l-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni u lanqas li huwa ma kienx iddeċieda definittivament dwar din il-kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>B’applikazzjoni tal-prinċipju tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, il-Qorti Ġenerali kellha d-dmir li tikkunsidra li, kemm fil-forma tagħha kif ukoll fis-sustanza tagħha, il-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> kienet tikkostitwixxi deċiżjoni. Fil-fatt, id-dikjarazzjoni ta’ ammissibbiltà kienet magħmula minn awtorità kompetenti u responsabbli. Din id-dikjarazzjoni kienet mingħajr kundizzjonijiet, preċiża u mingħajr riżerva.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>L-imsemmija komunikazzjoni għalhekk tat l-impressjoni lid-destinatarju tagħha li l-UASI kien eżamina l-ammissibbiltà u adotta deċiżjoni finali dwar din il-kwistjoni. Dan tal-aħħar tassew kellu l-possibbiltà li jirrevoka din id-deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà jekk din kienet żbaljata, iżda huwa kellu d-dmir li jagħmel dan fit-termini u permezz tal-forom previsti. Fin-nuqqas ta’ tali revoka, l-UASI jibqa’ marbut bl-imsemmija deċiżjoni, minħabba n-neċessità li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali. Issa, l-istess deċiżjoni ma ġietx revokata fit-terminu ta’ sitt xhur previsti fl-Artikolu 77a(1) u (2) tar-Regolament Nru 40/94. Il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni kellhom għaldaqstant jerġgħu jibdew u jkomplu l-andament tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-uniku aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali bbażat ir-raġunament tagħha fuq il-fatt li r-Regola 17(5) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tuża t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fil-każ fejn l-att ta’ oppożizzjoni jitqies li ma ġiex ippreżentat, filwaqt li r-Regola 18(1) ta’ dan ir-regolament tuża t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>jinforma<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Issa, mir-Regola 62 tal-imsemmi regolament jirriżulta li informazzjoni jista’ wkoll ikun fiha deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti tal-aggravju uniku invokat insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali llimitat ruħha, bi tweġiba għall-argument ta’ din tal-aħħar dwar l-obbligu ta’ informazzjoni tal-WIPO, sabiex tafferma li l-kawża kienet tikkonċerna biss ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja. Issa, l-evalwazzjoni tan-natura ġuridika ta’ komunikazzjoni dwar l-ammissibbiltà ta’ oppożizzjoni għandha tkun uniformi. Il-Qorti Ġenerali jmissha ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li, jekk il-komunikazzjoni dwar l-ammissibbiltà li hija magħmula lill-WIPO hija deċiżjoni, din il-komunikazzjoni għandha jkollha l-istess kwalifika meta ssir lil min għamel oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>L-UASI kkunsidra li l-aggravju uniku tal-appell huwa manifestament infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward, minn naħa, tal-parti tal-aggravju dwar il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata mill-Qorti Ġenerali, l-UASI jsostni li huwa organu tal-Unjoni Ewropea. Id-definizzjonijiet tad-dritt amministrattiv stabbiliti għall-Unjoni huma applikabbli wkoll għalih.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward, imbagħad, tal-parti dwar il-kwalifika tal-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> bħala deċiżjoni, il-Qorti Ġenerali ddikjarat b’mod ċar fil-punt 122 tas-sentenza appellata, li ma jirriżultax minn din il-komunikazzjoni li l-UASI kellu l-intenzjoni li jieħu deċiżjoni finali dwar l-ammissibbiltà. Il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva ma japplikax f’dan il-każ peress li din il-komunikazzjoni ma tikkostitwixxix, skont it-termini tal-UASI, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>att tal-eżekuttiv<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li jista’ jikser id-dritt. Hija ma għandha ebda effett ġuridiku fuq is-sitwazzjoni legali tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti żbaljat meta allegat li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx jekk il-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> kienx fiha wkoll deċiżjoni. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali kienet wettqet tajjeb tali investigazzjoni fil-punti 91 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tas-sentenza appellata.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-parti tal-aggravju dwar il-proċedura quddiem il-WIPO, l-UASI josserva li d-deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà ta’ oppożizzjoni f’każ ta’ reġistrazzjoni internazzjonali timplika r-riferiment għal rifjut provviżorju tal-protezzjoni fir-Reġistru Internazzjonali tat-Trade marks. Din il-proċedura u dik applikabbli quddiem l-UASI għalhekk ma humiex paragunabbli fir-rigward tal-effetti tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li r-rikorrenti ma tinvokax quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja aggravju bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 216/96 jew aggravju dwar il-ħlas tad-dritt ta’ oppożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi osservat li d-deċiżjoni kkontestata ngħatat wara talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090122">22 ta’ Jannar 2009</DATE> u mhux wara l-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090122">22 ta’ Jannar 2009</DATE> hija dik li permezz tagħha d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI kkonstatat li l-oppożizzjoni kienet meqjusa li ma saritx minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tad-dritt ta’ oppożizzjoni fit-termini mogħtija għal dan il-għan.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel parti tal-aggravju</P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090122">22 ta’ Jannar 2009</DATE> ġiet meqjusa ammissibbli mill-Bord tal-Appell, iżda infondata, peress illi d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kellha d-dritt, jekk mhux anki l-obbligu, li tirrileva fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti difett inkluż il-pagament tad-dritt ta’ oppożizzjoni li jista’ jkun ivvizzjat. Skont il-Bord tal-Appell, il-komunikazzjoni li tinforma li l-oppożizzjoni ġiet meqjusa ammissibbli u li tiddikjara li l-parti kontenzjuża tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni kienet bdiet tikkostitwixxi mhux deċiżjoni li għandha tiġi rrevokata skont l-Artikolu 77a tar-Regolament Nru 40/94 u lanqas deċiżjoni finali, fis-sens tal-Artikolu 57 ta’ dan ir-regolament, iżda biss komunikazzjoni preparatorja.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Appell u, sussegwentement, il-Qorti Ġenerali, fil-punti 74 u 75 tas-sentenza appellata, kienu kkonkludew li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090122">22 ta’ Jannar 2009</DATE> kienet ġiet adottata skont ir-regoli previsti għall-proċedimenti <HT TYPE="ITALIC">ex parte</HT> u li l-appell minn din id-deċiżjoni kellu jsir skont din il-proċedura. Il-Bord tal-Appell ikkunsidra li d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ma kinitx, loġikament, ħadet deċiżjoni dwar l-ispejjeż u ddeċieda li ma kienx hemm lok li tittieħed deċiżjoni fuq l-ispejjeż sostnuti għall-proċedimenti tal-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Quddiem il-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti sostniet li l-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> kienet deċiżjoni li ma setgħetx tiġi rrevokata ħlief skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 77a tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-kategorizzazzjoni bħala deċiżjoni tal-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> minħabba prinċipalment li hija ma kienet ipproduċiet ebda effett ġuridiku vinkolanti. Fil-punt 91 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rrilevat li din il-komunikazzjoni ma fiha ebda indikazzjoni li tissuġġerixxi li din hija deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni, filwaqt li tinnota, fil-punt 92 tal-istess sentenza li, permezz ta’ din il-komunikazzjoni, l-UASI informa lir-rikorrenti li l-oppożizzjoni tagħha kienet meqjusa ammissibbli sa fejn hija bbażata fuq it-trade mark preċedenti mhux irreġistrata. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali ddikjarat, fil-punt 95 tal-imsemmija sentenza, li l-fatt li l-UASI kkunsidra, fl-imsemmija komunikazzjoni, li huwa qies l-oppożizzjoni bħala ammissibbli jikkostitwixxi l-ispjegazzjoni tar-raġuni għaliex huwa informa lill-partijiet bit-terminu ta’ ftuħ tal-proċedimenti <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-punt 102 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> ma hjiex deċiżjoni iżda sempliċi miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, dan ir-raġunament ma jistax jiġi aċċettat.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, jirriżulta mill-Parti II tar-Regolament ta’ implementazzjoni li l-proċedimenti ta’ oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark jinkludu żewġ fażijiet distinti. Ir-Regola 17 ta’ dan ir-regolament telenka l-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà tal-oppożizzjoni u tistabilixxi, fil-paragrafu 5 tal-istess regola, li d-deċiżjoni li tikkonstata li l-oppożizzjoni titqies li ma ġietx irreġistrataa jew li għandha tiġi ddikjarata inammissibbli hija kkomunikata lill-applikant. Minn dan jirriżulta li l-fażi ta’ eżami tal-ammissibbiltà tista’ twassal għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni li ttemm il-proċedimenti u, bħala tali, hija suġġetta għal appell skont l-Artikolu 57(1) tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Regola 18 tar-Regolament ta’ implementazzjoni tistabilixxi fil-punt 1 tagħha, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>[m]eta l-oppożizzjoni tinstab li hi ammissibbli skond ir-Regola 13, l-[UASI] għandu jibgħat komunikazzjoni lill-partijiet u jinfurmhom li l-proċedimenti ta’ l-oppożizzjoni għandhom jibdew xahrejn wara li tasal il-komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Jidher mill-istess kliem ta’ din ir-regola 18 li l-proċedimenti ta’ oppożizzjoni stess, jiġifieri l-fażi <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT>, ma jkunux miftuħa għajr meta l-UASI jkun ivverifika li l-oppożizzjoni hija ammissibbli u l-ebda mir-raġunijiet elenkati fir-Regola 17 ma tipprekludi din l-ammissibbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>L-użu tat-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>jugée recevable<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fil-verżjoni Franċiża tar-Regolament ta’ implementazzjoni jindika li l-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq li l-UASI jeżamina, sa mill-istadju tal-proċedimenti, l-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni u jiżgura ruħu li d-dritt ta’ oppożizzjoni kien regolarment imħallas.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra tar-Regolament ta’ implementazzjoni jużaw il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>se considere admisible<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> bil-lingwa Spanjola, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>gilt<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> bil-lingwa Ġermaniża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>found admissible<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> bil-lingwa Ingliża u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>considerata ammissibile<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> bil-lingwa Taljana. L-eżami ta’ dawn il-verżjonijiet differenti jindika li, bl-eċċezzjoni tal-verżjoni Ġermaniża li fiha, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>gilt<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> għandu tifsira inqas b’saħħitha minn dik tat-termini użati fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra, l-oppożizzjoni għandha tiġi kkunsidrata ammissibbli qabel ma l-proċedimenti <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT> jkunu jistgħu jinfetħu.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, jirriżulta mill-Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 40/94 li jista’ jkun hemm atti li, minkejja li jittieħdu matul il-proċedimenti u li ma jttemmuhomx, jikkostitwixxu madankollu deċiżjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Huwa għalhekk żbaljat li l-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punti 91 u 95 tas-sentenza appellata, li l-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE>, indirizzata skont ir-Regola 18 tar-Regolament ta’ implementazzjoni, kienet biss sempliċi ittra li fiha l-UASI informa lil min ippreżenta l-oppożizzjoni bil-ftuħ tal-proċedimenti <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT> filwaqt li stiednu jimla l-applikazzjoni tiegħu billi jippreżenta provi u li l-komunikazzjoni li kienet tgħid li l-oppożizzjoni kienet meqjusa ammissibbli ma kinitx tikkostitwixxi teħid ta’ pożizzjoni definittiva tal-UASI dwar l-ammissibbiltà tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi irrilevat li, waqt is-seduta, l-UASI, jekk irrikonoxxa li kien bi żball li l-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> ġiet mibgħuta, dan madankollu sostna li, fil-prassi ta’ dan l-organu, il-fatt li jiġi indikat li l-oppożizzjoni ġiet meqjusa ammissibbli huwa biss użanza u li d-deċiżjoni finali dwar l-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni tista’ ssir biss fil-kuntest tal-proċedimenti <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT>. Skont l-UASI, huwa indispensabbli li jiġu protetti d-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Issa, il-fatt li din il-komunikazzjoni tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni ma jippreġudikax il-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Minn naħa, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 64 tal-konklużjonijiet tiegħu, min jagħmel l-oppożizzjoni ma għandu l-ebda interess sabiex jippreżenta appell kontra l-att li permezz tiegħu l-UASI jqis l-oppożizzjoni tiegħu ammissibbli.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk l-UASI jagħmel żball fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni, billi jiddikjara, b’mod żbaljat, li din hija ammissibbli u għalhekk jiftaħ il-proċedimenti <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT>, il-konvenut fl-oppożizzjoni ma jkunx imċaħħad mill-possibbiltà li jasserixxi d-drittijiet tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-konvenut fl-oppożizzjoni jista’, l-ewwel nett, jargumenta mal-UASI li sar żball fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni u jista’ jitlob lil dan tal-aħħar li tiġi rrevokata d-deċiżjoni li biha ddeċieda li l-oppożizzjoni kienet ammissibbli abbażi tal-Artikolu 77a tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li, bħala prinċipju, l-irtirar ta’ att illegali huwa permissibbli, anki jekk il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jirrikjedu li dan l-irtirar iseħħ f’terminu raġonevoli u li tittieħed inkunsiderazzjoni l-miżura li fiha l-persuna kkonċernata setgħet eventwalment tibbaża fuq il-legalità tal-att (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20060504">4 ta’ Mejju 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-508/03" PAGE.ECR="I-3969" YEAR="2006">C-508/03, Ġabra p. I-3969</REF.DOC.ECR>, punt 68 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-UASI, il-leġiżlatur tal-Unjoni rregola l-proċedura għall-irtirar revoka tal-atti irregolari meħuda minn dan l-organu. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 77a(1) tar-Regolament Nru 40/94 jipprovdi li fejn l-UASI jieħu deċiżjoni vvizzjata minn żball proċedurali manifest attribwibbli lilu, huwa għandu r-responsabbiltà li jirrevoka din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>L-imsemmi Artikolu 77a, jipprovdi fil-paragrafu 2 tiegħu, li r-revoka tad-deċiżjoni żbaljata tista’ tiġi ordnata <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet u li din ir-revoka għandha tkun ordnata f’terminu ta’ sitt xhur mill-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, wara li jkunu nstemgħu, b’mod partikolari, il-partijiet fil-kawża. Għaldaqstant jidher li l-proċedura ta’ revoka tista’ tinbeda mill-konvenut fl-oppożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-istess Artikolu 77a jipprovdi, fil-paragrafu 3 tiegħu, li din il-proċedura ta’ revoka ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet li għandhom il-partijiet li jippreżentaw appell skont, b’mod partikolari, l-Artikolu 57 tal-istess regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Il-konvenuta fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, it-tieni nett, għandha l-possibbiltà li l-att li ddikjara li l-oppożizzjoni hija ammissibbli jiġi annullat. Dan l-annullament jista’ jintalab fil-kuntest tal-appell mid-deċiżjoni mogħtija fi tmiem il-proċedimenti <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT>. Fil-fatt, dan l-att, peress li ma jtemmx il-proċedura, jista’ jkun is-suġġett ta’ appell flimkien mad-deċiżjoni finali fuq il-fondatezza tal-oppożizzjoni, skont l-Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Mill-eżami ta’ dawn id-dispożizzjonijiet kollha jirriżulta li, meta l-UASI jqis li l-oppożizzjoni hija ammissibbli, il-fażi <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT> tal-proċedimenti tinfetaħ. Matul terminu ta’ sitt xhur, id-deċiżjoni li permezz tagħha l-oppożizzjoni kienet meqjusa ammissibbli tista’, meta tkun ivvizzjata minn żball proċedurali manifest, tiġi rrevokata <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, fejn dan għandu l-effett li jtemm il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni. Ladarba dan it-terminu jiġi fi tmiemu, il-fażi <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT> tal-proċedimenti għandha titkompla u għandha tingħata deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>F’din l-aħħar ipoteżi, il-konvenut fl-oppożizzjoni jista’ jappella quddiem il-Bord tal-Appell u jargumenta li l-oppożizzjoni ma kinitx ammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fil-fatt il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li jirriżulta mill-Artikolu 62(1) tar-Regolament Nru 40/94 li, wara l-eżami tal-fondatezza tal-appell, il-Bord tal-Appell jiddeċiedi fuq l-appell u, b’dan il-mod, huwa jista’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>jeżerċita kull poter fil-kompetenza tad-dipartiment li kien responsabbli għad-deċiżjoni appellata<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, jiġifieri, f’dan il-każ, jagħti deċiżjoni huwa stess fuq l-oppożizzjoni billi jiċħadha jew billi jiddikjaraha fondata filwaqt li jikkonfermaha jew jirribattiha fid-deċiżjoni appellata. (sentenza tat-<DATE ISO="20070313">13 ta’ Marzu 2007</DATE>, L-UASI vs Kaul, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-29/05 P" PAGE.ECR="I-2213" YEAR="2007">C-29/05 P, Ġabra p. I-2213</REF.DOC.ECR>, punt 56).</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Din il-ġurisdizzjoni tal-Bord tal-Appell testendi wkoll għall-kontroll tal-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni bil-għan li tippermetti skont il-każ lill-konvenut fl-oppożizzjoni li jikkontesta din l-ammissibbiltà fil-kuntest tal-appell li jkun miftuħ għalih skont l-Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>B’hekk, jidher li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-konvenut fl-oppożizzjoni huma żgurati mill-mekkaniżmu ta’ rtirar previst fl-Artikolu 77a tar-Regolament Nru 40/94 u permezz tal-appell previst fl-Artikolu 57 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni pprovda, minn naħa, żewġ fażijiet distinti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u, min-naħa l-oħra, mekkaniżmi li jippermettu lill-konvenut fl-oppożizzjoni li jikkontesta d-deċiżjoni li permezz tagħha l-UASI ddeċieda, b’mod żbaljat, l-oppożizzjoni bħala ammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Mill-argumenti kollha preċedenti jirriżulta li, billi qieset, fil-punti 95 u 102 tas-sentenza appellata, li l-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> ma kellha l-ebda għan ieħor ħlief li tinforma lir-rikorrenti bid-data tal-ftuħ tal-parti kontenzjuża tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni filwaqt li tistedinha tlesti l-oppożizzjoni billi tippreżenta fatti, provi u argumenti u li din il-komunikazzjoni ma kinitx deċiżjoni iżda sempliċi miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura mingħajr effett ġuridiku vinkolanti, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx kunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet magħquda tar-Regoli 17 u 18 tar-Regolament ta’ implementazzjoni kif ukoll l-Artikoli 57 u 77a tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata, mingħajr il-ħtieġa li tingħata tweġiba għall-partijiet l-oħra tal-aggravju uniku invokat insostenn tal-appell.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors fl-ewwel istanza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, hija tista’ tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, fil-punti 17 u 31 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell kkunsidra li l-appell kien infondat, peress li d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kienet ġustament qieset li l-oppożizzjoni ma saritx.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata wkoll li, fil-punt 19 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell ikkunsidra li l-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> li tinforma li l-oppożizzjoni kienet meqjusa ammissibbli ma kinitx tikkostitwixxi deċiżjoni li setgħet tiġi rrevokata skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 77a tar-Regolament Nru 40/94, iżda sempliċi komunikazzjoni preparatorja u li tali komunikazzjoni ma torbotx lill-UASI.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Madankollu, kif ġie rrilevat fil-punti 53, 64 u 68 ta’ din is-sentenza, l-att li permezz tiegħu l-UASI jinforma lil min jagħmel l-oppożizzjoni li l-oppożizzjoni tiegħu tqieset ammissibbli ma hijiex sempliċi komunikazzjoni minn dan l-Uffiċċju, iżda tikkostitwixxi deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni li ma tistax tiġi rrevokata ħlief skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 77a tar-Regolament Nru 40/94 jew annullata fil-kuntest tal-appell ippreżentat skont l-Artikolu 57 tal-istess regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, peress li l-Bord tal-Appell ikkonstata li l-imsemmi att ma kienx ġie rrevokat f’terminu ta’ sitt xhur, huwa żbalja meta kkunsidra li d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kellha, wara l-iskadenza ta’ dan it-terminu, id-dritt li teżamina l-kwistjoni dwar jekk l-oppożizzjoni kinitx meqjusa li ma saritx, minħabba l-ħlas tardiv tad-dritt tal-oppożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122 tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 69(2) tal-istess regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 118 tagħhom, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ġew mitluba.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li l-appell huwa fondat u r-rikorrenti talbet li l-UASI jiġi kkundannat għall-ispejjeż, hemm lok li dan tal-aħħar għandu jiġi kkundannat ibati l-ispejjeż kemm tal-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-proċeduri tal-appell.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tal-Qort Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-<DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, Jager &amp; Polacek vs L-UASI (REDTUBE) (T-488/09), hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-<DATE ISO="20090929">29 ta’ Settembru 2009</DATE> (Każ R 442/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jager &amp; Polacek GmbH u RT Mediasolutions s. r. o., hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) huwa kkundannat għall-ispejjeż kemm tal-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll dawk tal-appell.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>