31999L0028



Official Journal L 118 , 06/05/1999 P. 0053 - 0054


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/28/KE

tal-21 ta' April 1999

li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 92/14/KEE fuq il-limitazzjoni ta' l-operazzjoni ta' ajruplani koperti mill-Parti II, tal-Kapitolu 2, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/14/KEE tat-2 ta' Marzu 1992 dwar il-limitazzjoni ta' l-operazzjoni ta' l-ajruplani koperti mill-Parti II, il-Kapitolu 2, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988) [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 98/20/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 9a tagħha,

(1) Billi l-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/14/KEE jeżenta l-ajruplani mniżżla fl-Anness tagħha, bil-kondizzjoni, partikolarment, li dawn ikomplu jintużaw minn persuni naturali jew legali stabbiliti fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-perjodu tar-referenza.

(2) Billi l-Artikolu 9a tad-Direttiva 92/14/KEE jipprovdi għal proċedura ssimplifikata għall-emendi ta' dan l-Anness bil-għan li tiġi assigurata l-konformità sħiħa mal-kriterja dwar l-eliġibilità.

(3) Billi, xi ajruplani inklużi fl-Anness, inqerdu u oħrajn tneħħew mir-reġistru tal-pajjiż rilevanti li qed jiżviluppa, u emendi għall-Anness huma għaldaqshekk meħtieġa.

(4) Billi d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għar-Regolamentazzjoni tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 [3] [4], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2176/96 [5],

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 92/14/KEE qiegħed b'hekk jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru 1999. Dawn għandhom jinfurmaw lill-Kumissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati minn din ir-referenza fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kumissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' April 1999.

Għall-Kumissjoni

Neil Kinnock

Membru tal-Kumissjoni

[1] ĠU L 76, tat-23.3.1992, p. 21.

[2] ĠU L 107, tas-7.4.1998, p. 4.

[3] ĠU L 373, tal-31.12.1991, p. 4.

[4] Il-laqgħa tat-2 ta' Frar 1999 tal-Kumitat għar-Regolamentazzjoni tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni.

[5] ĠU L 291, ta' l-14.11.1996, p. 15.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Fl-Anness, l-ajruplani li ġejjin se jitħassru:

L-EĠITTU

In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

19843 | B-707-336C | SU-PBA | Air Memphis |

Il-LEBANON

In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

20260 | B-707-3B4C | OD-AFE | MEA |

19967 | B-707-347C | OD-AGV | MEA |

IL-LIBERJA

In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

45686 | DC8F-55 | EL-AJQ | Liberia World Airlines |

IL-MAROKK

In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

20471 | B727-2B6 | CN-CCG | Royal Air Maroc |

21214 | B737-2B6 | CN-RMI | Royal Air Maroc |

21215 | B737-2B6 | CN-RMJ | Royal Air Maroc |

21216 | B737-2B6 | CN-RMK | Royal Air Maroc |

IN-NIĠERJA

In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

19664 | B707-338C | 5N-VRG | Air Tours |

IŻ-ŻIMBABWE

In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

18930 | B707-330B | Z-WKU | Air Zimbabwe |

45821 | DC8F-55 | Z-WMJ | Affretair |

--------------------------------------------------