Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 56 TFUE - Restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-attivitajiet tal-aġenziji ta’ xogħol temporanju stabbiliti fi Stati Membri oħra għal numru ta’ obbligi - Ostakoli mhux iġġustifikati.
Dispożittiv
1) Billi ssuġġetta lill-aġenziji ta’ xogħol temporanju li jipprovdu s-servizzi tagħhom fit-territorju tar-Région de Bruxelles-Capitale għall-obbligi li ġejjin:
– ikollhom bħala għan statutorju esklużiv l-attività ta’ provvista ta’ ħaddiema, u
– jkollhom forma ġuridika partikolari,
ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 56 TFUE.
2) Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.