|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/833 |
10.4.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/833
tat-30 ta’ Marzu 2026
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni stabbilit bil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emendi għall-Protokoll I ta' dak il-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 165(4) u l-Artikolu 166(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (il-“Programm Erasmus+”) ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
|
(2) |
L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2021/817 jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw fil-Programm Erasmus+. F’konformità mal-Artikolu 19(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2021/817, il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ tali parteċipazzjoni mir-Renju Unit għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. |
|
(3) |
Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (2) (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), ġie konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 (3) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2021. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 710(2) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni stabbilit bl-Artikolu 8(1), il-punt (s), tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (il-“Kumitat Speċjalizzat”), jista’ jemenda l-Protokoll I ta’ dak il-Ftehim, dwar Programmi u attivitajiet li fihom jipparteċipa r-Renju Unit (“Protokoll I”), inkluż billi jżid programmi jew attivitajiet ġodda li fihom ir-Renju Unit għandu jipparteċipa u li r-Renju Unit għandu jikkontribwixxi għalihom. |
|
(5) |
Il-Protokoll I u l-emendi tiegħu jiffurmaw parti integrali mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. |
|
(6) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat fir-rigward tal-emendi għall-Protokoll I, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fi Programmi tal-Unjoni, stabbilit bl-Artikolu 8(1), il-punt (s), tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Kumitat Speċjalizzat”), hija stabbilita fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. PANAYIOTOU
(1) Ir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (ĠU L 189, 28.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/817/oj).
(2) ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2021/689(1)/oj.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 149, 30.4.2021, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/689/oj).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI NRU 1/2026 TAL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROGRAMMI TAL-UNJONI STABBILIT BL-ARTIKOLU 8(1), IL-PUNT (S), TAL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA,
ta’ …
li temenda l-Protokoll I tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni
IL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROGRAMMI TAL-UNJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu 710(2) tiegħu,
Billi:
FILWAQT LI KKUNSIDRA l-għanijiet komuni, il-valuri u r-rabtiet b’saħħithom tal-Partijiet fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, u li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-Programm Erasmus+ ser tkun ta’ benefiċċju għaż-żewġ Partijiet f’dan ir-rigward,
FILWAQT LI JAFFERMA MILL-ĠDID il-fehim tal-Partijiet li t-termini speċifiċi ta’ din il-parteċipazzjoni, inklużi t-termini finanzjarji miftiehma b’mod reċiproku, jenħtieġ li jiżguraw bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tar-Renju Unit u l-benefiċċji għalih,
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI li, f’konformità ma’ dan il-fehim, il-Partijiet qiesu li huwa xieraq li jaġġustaw il-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni għall-Programm Erasmus+ fil-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni,
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fi kwalunkwe programm rilevanti li jiġi wara l-Programm Erasmus+ taħt il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss jenħtieġ li tkun fuq termini miftiehma b’mod reċiproku biex tirrifletti bilanċ ġust u tkun infurmata mill-esperjenza tal-parteċipazzjoni fl-2027,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll I huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2027.
Magħmul fi…, …
Għall-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni
Il-Kopresidenti
(1) ĠU UE L 149, 30.4.2021, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2021/689(1)/oj.
ANNESS
Il-Protokoll I għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 6a Termini u kundizzjonijiet speċifiċi tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-Programm Erasmus+ Il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-Programm Erasmus+ għandha tkun kundizzjonali fuq in-notifika ta’ awtorità nazzjonali, il-ħatra ta’ aġenzija nazzjonali, u l-ħatra ta’ korp tal-awditjar indipendenti, f’konformità mal-Artikoli 26, 27, 28 u 29 tar-Regolament (UE) 2021/817. Il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-Programm Erasmus+ għandha tkun soġġetta għall-fatt li l-Kummissjoni Ewropea taċċetta jew taċċetta b’mod kondizzjonali l-valutazzjoni tal-konformità ex-ante tal-aġenzija nazzjonali, skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2021/817. Artikolu 6b Kundizzjonijiet finanzjarji għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-Programm Erasmus+ (1) B’deroga mill-Artikolu 714(7) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni li għandu jiġi applikat fis-sena 2027 għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni operattiva għall-parteċipazzjoni fil-Programm Erasmus+, imsemmi fl-Artikolu 1(1a) ta’ dan il-Protokoll, għandu jkun ta’ 70 % tal-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni definit fl-Artikolu 714(6) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. (2) Fir-rigward tal-Programm Erasmus+, imsemmi fl-Artikolu 1(1a) ta’ dan il-Protokoll, ir-referenzi għall-‘koeffiċjent tal-kontribuzzjoni tas-sena N’ fl-Artikolu 714(8) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni għandhom jinftiehmu bħala ‘70 % tal-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni tas-sena N’. Artikolu 6c Rieżami tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-Programm Erasmus+ (1) 10 xhur wara l-bidu tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-Programm Erasmus+, imsemmi fl-Artikolu 1(1a) ta’ dan il-Protokoll, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni għandu jirrieżamina l-implimentazzjoni tiegħu abbażi tad-data disponibbli dwar il-parteċipazzjoni tal-entitajiet tar-Renju Unit f’azzjonijiet taħt ġestjoni indiretta u diretta taħt il-Programm Erasmus+, inkluż il-punt sa fejn il-fondi jkunu ġew allokati b’suċċess. (2) Wara talba minn kwalunkwe Parti, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni għandu jiddiskuti bidliet jew bidliet proposti li jaffettwaw it-termini tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-Programm Erasmus+, u jekk ikun meħtieġ, jista’ jipproponi miżuri xierqa fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. (3) Kull Parti għandha tiġbor, iżżomm u tipprovdi lill-Parti l-oħra informazzjoni jew data li tkun raġonevoli biex jitwettaq dan ir-rieżami. Artikolu 6d Kooperazzjoni statistika Kwalunkwe data statistika dwar ir-Renju Unit għall-finijiet tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-Programm Erasmus+, b’mod partikolari data dwar il-popolazzjoni tar-Renju Unit, għandha tiġi pprovduta mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat), hekk kif l-iskambji rilevanti ta’ data statistika u informazzjoni relatata jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Arranġament dwar il-Kooperazzjoni Statistika bejn l-Awtorità tal-Istatistika tar-Renju Unit u l-Eurostat imsemmi fl-Artikolu 730 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Qabel ma japplikaw it-termini aġġornati, kwalunkwe data statistika dwar ir-Renju Unit għall-finijiet tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-Programm Erasmus+ għandha tiġi stabbilita abbażi tad-data pprovduta mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (Organisation for Economic Cooperation and Development, OECD).” |
|
(4) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Reċiproċità Għall-fini ta’ dan l-Artikolu ‘entità tal-Unjoni’ tfisser kwalunkwe tip ta’ entità, kemm jekk persuna fiżika, persuna ġuridika jew tip ieħor ta’ entità, li tirrisjedi jew li hija stabbilita fl-Unjoni. L-entitajiet eliġibbli tal-Unjoni jistgħu jipparteċipaw fi programmi tar-Renju Unit ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 1(1), fil-punti (b) u (c) ta’ dan il-Protokoll f’konformità mal-liġi u r-regoli tar-Renju Unit.”. |
(*1) Ir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (ĠU UE L 189, 28.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/817/oj).”;”
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/833/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)