European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3165

19.12.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3165

tat-18 ta’ Diċembru 2024

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/96 rigward il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd li joriġinaw fl-Iżlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/96 tad-19 ta’ Marzu 1996, li jintroduċi u jipprevedi l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għal ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd li joriġinaw fl-Iżlanda (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), il-punti (a) u (d) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-21 ta’ April 2016 (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2014-2021, il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, u l-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda (“il-Protokoll Addizzjonali 2016-2021”).

(2)

Il-Protokoll Addizzjonali 2016-2021 jipprevedi t-tiġdid ta’ tliet kwoti tariffarji mingħajr dazju li ntemmu fit-30 ta’ April 2014 u kwota tariffarja waħda mingħajr dazju ġdida għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fl-Iżlanda, sat-30 ta’ April 2021.

(3)

Il-Protokoll Addizzjonali 2016-2021 jipprevedi wkoll li l-volumi tal-kwoti tariffarji li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2014 sad-data li fiha l-applikazzjoni provviżorja tiegħu ssir effettiva jridu jiġu allokati proporzjonalment u jsiru disponibbli għall-perjodu mid-data li fiha japplika proviżorjament sat-30 ta’ April 2021. Dan ma jipprevedi l-ebda trasferiment tal-volumi li jifdal fi kwota tariffarja għal perjodu ta’ applikazzjoni sussegwenti.

(4)

Fl-2024, ġie konkluż Protokoll Addizzjonali ġdid tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda (“il-Protokoll Addizzjonali 2025-2028”) dwar dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fl-Iżlanda (3). L-Anness tiegħu jipprevedi kwoti tariffarji annwali mingħajr dazju għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni.

(5)

Il-kwoti tariffarji annwali mingħajr dazju stabbiliti fil-Protokoll Addizzjonali 2025-2028 iridu japplikaw mill-jum li fih l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll Addizzjonali 2025-2028 issir effettiva, sat-30 ta’ April 2028. Jipprevedi wkoll li l-volumi tal-kwoti tariffarji li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2021 sal-jum li fih japplika l-Protokoll Addizzjonali 2025-2028 għandhom jiġu allokati proporzjonalment kull sena mill-1 ta’ Mejju sat-30 ta’ April ta’ kull sena sat-30 ta’ April 2028.

(6)

Il-Protokoll Addizzjonali 2025-2028 jipprevedi wkoll it-trasferiment tal-volumi tal-kwoti akkumulati mhux użati ta’ dawn il-kwoti tariffarji għal perjodu ta’ mhux aktar minn sentejn wara tmiem l-applikazzjoni tiegħu, iżda mhux aktar tard mill-applikazzjoni proviżorja ta’ protokoll sussegwenti li jistabbilixxi kwoti mingħajr dazju għall-istess prodotti.

(7)

Il-Protokoll Addizzjonali 2025-2028 irid jidħol fis-seħħ proviżorjament fl-1 ta’ Jannar 2025.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-kwoti tariffarji jkunu disponibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ proviżorju tal-Protokoll Addizzjonali 2025-2028, il-kwoti tariffarji previsti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2025.

(9)

Huwa neċessarju li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 499/96 biex jiġu implimentati l-kwoti tariffarji stipulati fil-Protokoll Addizzjonali 2025-2028.

(10)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 499/96 jiġi emendat kif xieraq.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 499/96 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Il-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.0834 sa 09.0841 għandhom ikopru l-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2021 sat-30 ta’ April 2028. F’każ li dawn il-kwoti tariffarji ma jiġux eżawriti matul dan il-perjodu u f’każ li kwalunkwe protokoll sussegwenti li jistabbilixxi kwoti tariffarji mingħajr dazju għall-istess prodotti ma jiġix applikat b’mod proviżorju, l-importazzjonijiet mill-Iżlanda jistgħu jsiru għall-bqija tal-volum akkumulat tal-kwoti ta’ dawk il-kwoti sa sentejn wara t-tmiem ta’ dan il-perjodu ta’ applikazzjoni iżda mhux aktar tard mill-applikazzjoni proviżorja ta’ kwalunkwe protokoll sussegwenti li jistabbilixxi kwoti tariffarji mingħajr dazju għall-istess prodotti.”

(2)

Fl-Anness wara n-numru tal-ordni 09.0700, jiżdied it-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 75, 23.3.1996, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/499/2016-08-01.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/837 tal-21 ta’ April 2016 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2014-2021, il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 1,ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/837/oj).

(3)  Il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda (ĠU L, 2024/2601, 8.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2024/2601/oj).


ANNESS

Nru tal-Ordni

 

Kodiċi NM

Subdiviżjoni TARIC

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Volum tal-kwota (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Kwota tad-dazji (%)

09.0839

 

0303 51 00

 

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati2

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

280

0

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

840

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

840

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

840

09.0840

 

0304 49 50

 

Flettijiet tas-sebasti (Sebastes spp.), friski jew imkessħin

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

1 750

0

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

5 250

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

5 250

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

5 250

09.0841

 

0306 15 00

 

Skampi ffriżati (Nephrops norvegicus)

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

70

0

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

210

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

210

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

210

09.0834

 

1604 19 92

1604 20 90

 

Preparazzjonijiet ta’ bakkaljaw u ħut ieħor

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

1 400

0

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

4 200

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

4 200

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

4 200

09.0835

 

 

 

Frisk jew imkessaħ:

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

3 850

11 550

11 550

11 550

0

 

0302 23 00

 

Lingwata (Solea spp.)

 

0302 24 00

0302 29

 

Barbun imperjali (Psetta maxima)

Megrim (Lepidorhombus spp.) u ħut ieħor ċatt

 

0302 59 90

 

Ħut mill-familji Bregmacerotidae, Euclichthyidae, Gadidae, Macrouridae, Melanonidae, Merlucciidae, Moridae u Muraenolepididae

 

0302 82 00

 

Raj u rebekkini (Rajidae)

 

0302 89 50

 

Petriċa kbira (Lophius spp.)

 

0302 89 90

 

Ħut ieħor frisk jew imkessaħ

 

 

 

Iffriżat:

 

0303 32 00

 

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

 

0303 39 85

 

Pixxiċatt

ex

0303 59 90

10

Kavall tal-Indo-Paċifiku (Rastrelliger spp.)

 

0303 69 90

 

Ħut mill-familji Bregmacerotidae, Euclichthyidae, Gadidae, Macrouridae, Melanonidae, Merlucciidae, Moridae u Muraenolepididae

 

0303 82 00

 

Raj u rebekkini (Rajidae)

 

0303 89 90

 

Ħut ieħor

 

0303 99 00

 

Pinen, irjus, dnub, vexxiki u ġewwieni ieħor tal-ħut li jittiekel

 

 

 

Fletti friski jew imkessħa ta’:

 

0304 43 00

 

Pixxiċatt (Pleuronectidae, Bothidae, Cynoglossidae, Soleidae, Scophthalmide u Citharidae)

ex

0304 44 90

90

Ħut mill-familji Bregmacerotidae, Euclichthyidae, Gadidae, Macrouridae, Melanonidae, Merlucciidae, Moridae u Muraenolepididae

 

0304 46 00

 

Ħut tas-sinna

 

0304 49 10

 

Ħut tal-ilma ħelu

 

0304 49 90

 

Ħut ieħor, mhux speċifikat xi mkien ieħor

 

 

 

 

 

0304 95 10

 

Surimi ffriżat

 

 

 

 

09.0836

 

0305 39 10

0305 42 00

0305 69 50

0305 41 00

 

Fletti tas-salamun immellaħ jew fis-salmura, iżda mhux affumikat

Aringi affumikati

Salamun immellaħ biss jew fis-salmura

Salamun affumikat, inklużi fletti

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

35

105

105

105

0

09.0837

 

0305 72 00

0305 79 00

0305 43 00

0305 49 80

1604 11 00

1604 20 10

1605 61 00

1605 62 00

 

Irjus, dnub u vexxiki tal-ħut, affumikati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura

Pinen tal-ħut u ġewwieni ieħor tal-ħut li jittiekel, affumikati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura

Troti affumikati (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster)

Ħut affumikat ieħor

Salamun, ippreparat jew ippreżervat, sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat

Salamun ieħor ippreparat jew ippreservat

Bużżi ppreparati jew ippreservati

Rizzi ippreparati jew ippreservati

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

1 365

4 095

4 095

4 095

 

09.0838

 

0302 22 00

0302 59 20

0304 49 10

0304 52 00

0304 89 10

0305 69 80

0304 82 10

0304 82 90

0302 59 40

0305 53 90

0303 14 20

0303 14 90

0302 14 00

0303 13 00

0304 41 00

0304 81 00

 

Barbun tat-tbajja’ frisk jew imkessaħ (Pleuronectes platessa)

Merlangu frisk jew imkessaħ (merlangius merlangus)

Fletti friski jew imkessħin tal-ħut tal-ilma ħelu, mhux speċifikati xi mkien ieħor

Laħam frisk jew imkessaħ, kemm jekk kapuljat kif ukoll jekk le, tas-Salmonidi

Fletti ffriżati ta’ ħut tal-ilma ħelu, mhux speċifikati xi mkien ieħor

Ħut ieħor, immellaħ biss jew fis-salmura

Fletti tat-troti ffriżati (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae)

lipp frisk jew imkessaħ (Molva spp.)

Ħut imnixxef mill-familji Bregmacerotidae, Euclichthyidae, Gadidae, Macrouridae, Melanonidae, Merlucciidae, Moridae u Muraenolepididae, minbarra l-bakkaljaw

Trota iffriżata “Oncorhynchus mykiss”, bl-irjus u l-garġi, imnaddfa

Salamun tal-Atlantiku frisk jew imkessaħ “Salmo salar” u salamun tad-Danubju “Hucho hucho”

Salamun tal-Atlantiku ffriżat “Salmo salar” u salamun tad-Danubju “Hucho hucho”

Fletti friski jew imkessħin ta’ Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou and Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho)

Fletti ffriżati tas-Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou and Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho)

Mill-1.1.2025 sat-30.4.2025

Mill-1.5.2025 sat-30.4.2026

Mill-1.5.2026 sat-30.4.2027

Mill-1.5.2027 sat-30.4.2028

1 750

5 250

5 250

5 250

0


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3165/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)