Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunale ordinario di Milano - Interpretazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 KE - Trattament ugwali fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Għoti ta’ benefiċċju tas-superstiti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi trattament differenti bejn il-konjuġi superstiti u s-sieħeb superstiti li kien stabbilixxa sħubija għall-ħajja.

Parti operattiva

Dispożittiv

Fid-dritt Komunitarju ma hemmx projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni li l-qrati tal-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-applikazzjoni tagħha meta l-aġir eventwalment diskriminatorju ma jkollu ebda rabta mad-dritt Komunitarju. F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, din ir-rabta mhijiex maħluqa mill-Artikoli 12 KE u 13 KE waħedhom.

Dawn l-artikoli ma jipprekludux, fiċ-ċirkustanzi msemmija, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-każ ta’ mewt ta’ persuna wara inċident, pensjoni li tammonta għal 50 % tar-remunerazzjoni li din il-persuna kienet tirċievi qabel il-mewt tagħha titħallas biss lill-konjuġi superstiti tagħha u li l-iben minuri tal-mejjet jirċievi biss pensjoni ta’ 20 % tal-imsemmija remunerazzjoni.