31999R1488



Official Journal L 172 , 08/07/1999 P. 0025 - 0026


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1488/1999

tas-7 ta' Lulju 1999

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1999 dwar it-tariffa u n-nomenklatura ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1372/1999 [2], u b' mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

(1) Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

(2) Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u dawk ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti;

(3) Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet propizji tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

(4) Billi hija aċċettata li l-informazzjoni vinkolanti tat-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li mhumiex konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jintalbu, taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], għal perjodu ta' tliet xhur mid-detentur;

(5) Billi l-miżuri li hemm ipprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati ġewwa n-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet propizji tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti tat-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati membri li mhiex konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament tista' tkompli tintalab taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

This Regulation shall be binding in its entirety and directly applicable in l-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 162, tas-26.6.1999, p. 46.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

+++++ TIFF +++++

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi tan-NM | Raġuni |

(1) | (2) | (3) |

1.Cassette player jaħdem bil-batteriji, li ma fihx apparat li jirrekordja l-ħsejjes, b'sistema li taqra l-analogu, f'forma ċilindrika bħal bott tax-xorb, u b'headphone stereo ħafif imqabbad permezz ta' wire.Il-qies bejn wieħed u ieħor ta' l-apparat huwa ta' 100 mm (tul) u 70 mm (dijametru). L-apparat għandu ħafna buttuni li jingħafsu għall-operazzjoni tiegħu, kontroll tal-volum, ċinġa għat-trasport u klipp għal maċ-ċinturin | 85199389 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-diposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 4 tat-Taqsima XVI u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 8519, 851993 u 85199389. Minħabba l-forma u qies tiegħu, l-apparat ma jistax jitqies bħala pocket-size cassette player (is-subintestatura Nota 1 tal-Kapitolu 85) |

2.Tajr, magħrufa bħala "stunt kites", bi ġwieħaħ delta, b'qafas magħmul minn stikek jew tubi tal-plastik u miksija minn materjal tal-plastik.Dawn it-tajr jkunu misjuqa b'żewġ jew erba' kordi mill-art.Ara l-illustrazzjoni | 95039037 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-diposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-Kodiċi tan-NM 9503, 950390 u 95039037. Għalkemm dawn it-tajr jistgħu jintużaw għall-kompetizzjonijiet sportivi, huma essenzjalment iddisinjati għall-gost tat-tfal jew tal-kbar Ir-Regoli Ġenerali 3b għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tapplika fuq livell tas-subintestatura |

--------------------------------------------------