|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2125 |
10.4.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.12339 – PERMIRA / WARBURG PINCUS / CLEARWATER ANALYTICS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/2125)
1.
Fis-26 ta’ Marzu 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Permira Holdings Limited (“Permira”, Guernsey), |
|
— |
Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Clearwater Analytics Holdings, Inc. (“Clearwater Analytics”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Permira u Warburg Pincus se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Clearwater Analytics kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Permira: negozju ta’ ekwità privata involut fil-forniment ta’ servizzi ta’ mmaniġġjar tal-investiment lil numru ta’ fondi tal-investiment, |
|
— |
Warburg Pincus: ditta ta’ ekwità privata attiva f’varjetà ta’ setturi inklużi l-konsumatur, l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, is-servizzi industrijali u kummerċjali u t-teknoloġija, il-media u t-telekomunikazzjoni, |
|
— |
Clearwater Analytics: kumpanija ta’ software bħala servizz li tipprovdi soluzzjonijiet ta’ software awtomatizzati u bbażati fuq il-cloud għall-investituri biex jimmaniġġjaw id-data tal-investiment. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12339 — PERMIRA / WARBURG PINCUS / CLEARWATER ANALYTICS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2125/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)