|
23.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/30 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8826 — Elia System Operator/Eurogrid International)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 110/06)
|
1. |
Fil-15 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Elia takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Eurogrid kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni tkun ġiet imwettqa permezz ta’ tibdil fl-istruttura tal-ishma tal-azzjonisti minoritarji. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Elia: kumpanija li hija s-sid, li tħaddem, iżżommu u tiżviluppa grilja ta’ vultaġġ għoli u iktar għoli tal-Belġju. — Eurogrid: kumpanija ta’ investiment f’kumpaniji relatati mal-utilità elettrika u li tipprovdi servizzi ta’ appoġġ lill-klijenti tagħha. Eurogrid hija s-sid ta’ 100 % ta’ 50 Hertz Transmission GmbH, waħda mill-erba’ TSOs fil-Ġermanja. Eurogrid innifisha bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn Elia u IFM Investors Pty Ltd (“IFM”), huma proprjetarji rispettivament ta’ 60 % u 40 % tal-ishma. IFM se tnaqqas l-ishma tagħha f’Eurogrid għal 20 %. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8826 — Elia System Operator/Eurogrid International Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.