|
2.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/128/PESK
tal-1 ta' Marzu 2010
li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta’ Lulju 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq (1), b’implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1483(2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU). |
|
(2) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2009, il-KSNU adotta r-Riżoluzzjoni 1905 (2009) li biha ddeċieda inter alia li jestendi sal-31 ta’ Diċembru 2010 l-arranġamenti għall-iddepożitar fil-Fond għall-Iżvilupp għall-Iraq ta’ dħul mill-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ żejt mhux raffinat, prodotti ta’ żejt mhux raffinat u gass naturali u dwar l-immunità minn proċeduri legali ta’ ċerti assi Iraqqini, kif imsemmija fir-Riżoluzzjonijiet 1483 (2003) u 1546 (2004) tal-KSNU. |
|
(3) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK għandha għalhekk tiġi emendata. |
|
(4) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implementati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7 huwa sostitwit bi:
“L-Artikoli 4 u 5 għandhom japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2010.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f′Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
D. LÓPEZ GARRIDO