16.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9299 — Discovery/Polsat/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 234/05)

1.   

Fis-7 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Discovery Communications Europe Limited (“Discovery”, ir-Renju Unit) li tappartjeni lil Discovery, Inc. (“Discovery Group”, l-Istati Uniti),

—

Cyfrowy Polsat S.A. (“Polsat”, il-Polonja), ikkontrollata minn Zygmunt Solorz.

Discovery u Polsat jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi IK (“IK”, il-Polonja).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Discovery: kumpanija tal-midja li tappartjeni għall-grupp Discovery Global, li tipproduċi stazzjonijiet tat-televiżjoni u tipprovdi kontenut televiżiv f’diversi pjattaformi ta’ distribuzzjoni, inklużi pjattaformi lineari bħat-televiżjoni bi ħlas u bla ħlas, kif ukoll diversi pjattaformi ta’ distribuzzjoni diġitali madwar id-dinja. Discovery hija attiva fil-Polonja permezz tal-interess ta’ kontroll tagħha fil-grupp tal-midja u ta’ divertiment Pollakk TVN, li jxandar firxa ta’ stazzjonijiet tat-televiżjoni fil-Polonja kif ukoll id-distribuzzjoni ta’ stazzjonijiet li jġibu l-isem ta’ Discovery u Eurosport.

—

Polsat: l-operatur ta’ pjattaforma diġitali ta’ televiżjoni bi ħlas bis-satellita u tax-xandir ta’ stazzjonijiet tat-televiżjoni. Polsat joffri wkoll servizzi ta’ Video on Demand u servizzi oħra bħall-pjattaforma Ipla.

L-IK se topera servizz “Over-The-Top Video on Demand” fil-Polonja u fi Stati Membri oħra. Is-servizz il-ġdid se jinkludi produzzjonijiet lokali forniti minn Discovery u minn Polsat, kontenut televiżiv mixtri u serje Pollakka ġdida kkummissjonata speċifikament mill-entità l-ġdida. Il-pjattaforma tal-IK tista’ wkoll ixxandar l-istazzjonijiet tat-televiżjoni tal-partijiet possedenti u ta’ partijiet terzi oħra.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:

M.9299 — Discovery/Polsat/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).