<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0700641501.case.xml"><NO.CASE>C-277/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0277</NO.CELEX><NO.SEQ>0006.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>6428</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6440</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20070718">18.7.2007</DATE> — KAWŻA C-277/05</LEFT><RIGHT>SOCIETE THERMALE D'EUGENIE-LES-BAINS</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20070718">18 ta' Lulju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża C-277/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Conseil d'État (Franza), permezz ta' deċiżjoni tat-<DATE ISO="20050518">18 ta' Mejju 2005</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20050705">5 ta' Lulju 2005</DATE>, fil-proċedimenti</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Societe thermale d'Eugénie-les-Bains,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Ministere de l'Économie, des Finances et de l'Industrie,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn P. Jann, President ta' l-Awla, K. Lenaerts, E. Juhász (Relatur), K. Schiemann u E. Levits, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-6429"?><P>Avukat Ġenerali: M. Poiares Maduro,</P><P>Reġistratur: K. Sztranc-Slawiczek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta ta' l-<DATE ISO="20060704">4 ta' Lulju 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Societe thermale d'Eugénie-les-Bains, minn X. Vuitton, avocat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u J. Gracia, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Irlanda, minn D. O'Hagan, bħala aġent, assistit minn P. McGarry, BL, u E. Fitzsimons, SC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Fernandes u C. Lanca, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn R. Lyal u M. Afonso, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20060913">13 ta Settembru 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-6430"?><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 2(1) u 6 (1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE>, fuq larmonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" DATE.PUB="1977" PAGE.FIRST="1">ĠU L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem is-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Sitt Direttiva<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta' kawża bejn Société thermale d'Eugénie-les-Bains (iktar 'il quddiem is-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Sociéée thermale<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) u l-Ministere de TEconomie, des Finances et de Tlndustrie (il-Ministeru ta' l-Ekonomija, tal-Finanzi u ta' l-Industrija) dwar is-suġġettar għat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>VAT<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>) tal-kapparri rċevuti minn Societe thermale meta jsiru l-prenotazzjonijiet tal-kmamar u miżmumin minnha wara t-tħassir ta' wħud minn dawn il-prenotazzjonijiet</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt Komunitarju</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva, <QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>il-provvista ta' oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/> għandha tkun suġġetta għall-VAT.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6431"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) ta' din l-istess Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>1</NO.P><TXT><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="2018"/>Provvista tas-servizzi<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="2019"/> tfisser kull operazzjoni li ma tikkostitwixfxix] provvista ta oġġetti skond it-tifsira ta' l-Artikolu 5.</TXT></NP><P>Operazzjonijiet [tranżazzjonijiet] bħal dawn jistgħu jinkludu <HT TYPE="ITALIC">inter alia:</HT></P><P>[...]</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>obbligazzjoni biex ma jsirx jew biex ikun tollerat att jew sitwazzjoni,</P></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu HA(l)(a) ta' l-istess Direttiva, l-ammont taxxabbli fir-rigward ta provvisti ta' servizzi għandu jkun <QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>dak kollox li jikkostitwixxi l-konsiderazzjoni li kien jew irid jinkiseb mill-fornitur mix-xerrej, il-klijenti jew it-tielet parti għal dawn il-provvisti<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6432"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 256-1 tal-Code général des impots [Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa], ilprovvista ta' oġġetti mobbli u servizzi magħmula bi ħlas minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali għandha tkun suġġetta għall-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 256-IV-l ta' dan il-Kodiċi jipprovdi li t-tranżazzjonijiet li mhumiex provvisti ta' oġġetti huma kkunsidrati provvisti ta' servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 114-1 tal-Code de la consommation [Kodiċi tal-Konsumatur], li jirriżulta mill-Artikolu 3-1 tal-Liġi Nru 92-60, tat-<DATE ISO="19920118">18 ta' Jannar 1992</DATE>, li ssaħħaħ ilprotezzjoni tal-konsumaturi, jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Ħlief fil-każ ta' stipulazzjoni kuntrarja fil-kuntratt, is-somom imħallsin bil-quddiem jikkostitwixxu kapparra, b'mod li kull wieħed mill-kontraenti jista' jinħall millimpenn tiegħu, billi l-konsumatur jitlef il-kapparra u billi l-professjonist irodd darbtejn daqsha.<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 1590 tal-Code civil [Kodiċi Ċivili], jekk il-wegħda ta' bejgħ tkun saret b'kapparra, kull wieħed mill-kontraenti jkollu d-dritt li jinħall minn din il-wegħda, billi min ikun ta' l-kapparra jitlifha u billi min ikun irċevieha jrodd darbtejn daqsha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6433"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Société thermale, li hija stabbilita f'Eugénie-les-Bains (Franza), hija attiva fil-ġestjoni ta' stabbilimenti termali, li tinkludi l-provvista ta' servizzi ta' lukandi u ta' restoranti. Din il-kumpannija tirċievi somom li jitħallsu bil-quddiem, bħala kapparra, meta jsiru l-prenotazzjonijiet ta' l-alloġġ mill-klijenti. Dawn is-somom jew jitnaqqsu millpagament ulterjuri għall-alloġġ, jew inkella jinżammu mill-imsemmija kumpannija fkaż li l-klijenti jħassru l-prenotazzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-1992, saret spezzjoni tal-kontijiet ta' Société thermale fir-rigward tal-perijodu bejn l-<DATE ISO="19890101">1 ta' Jannar 1989</DATE> u t-<DATE ISO="19920430">30 ta' April 1992</DATE>. Wara din l-ispezzjoni, lamministrazzjoni fiskali ddeċidiet li l-kapparri li Société thermale kienet irċeviet fil-mument tal-prenotazzjoni u li hija kienet żammet wara t-tħassir tal-prenotazzjoni min-naħa tal-klijenti, kellhom ikun suġġetti għall-VAT. Fit-<DATE ISO="19941208">8 ta' Diċembru 1994</DATE>, Société thermale ġiet mitluba tħallas taxxa addizzjonali, għall-imsemmi perijodu, flammont ta' FRF <FT TYPE="NUMBER">84054</FT> (EUR <FT TYPE="NUMBER">12814</FT>). Din ta' l-aħħar ressqet ilment quddiem lamministrazzjoni fiskali, liema lment ġie miċħud fl-<DATE ISO="19950214">14 ta' Frar 1995</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Société thermale ressqet rikors quddiem it-tribunal administratif de Pau (Qorti Amministrattiva ta' Pau). Dan ir-rikors ġie miċħud b'deċiżjoni tat-<DATE ISO="19991118">18 ta' Novembru 1999</DATE>. Din il-qorti kkunsidrat li, meta l-kapparra tinżamm mill-kumpannija f każ li l-klijent iħassar il-prenotazzjoni tiegħu, din tikkostitwixxi r-remunerazzjoni għall-provvista ta' servizzi li jikkonsistu fl-ilqigħ tal-klijent, fil-ftuħ tal-fajl tiegħu u flimpenn li jiġi pprenotat alloġġ għalih.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Société thermale appellat minn din id-deċiżjoni quddiem il-Cour administrative d'appel de Bordeaux (Qorti Amministrattiva ta' l-Appell ta' Bordeaux) li ċaħdet dan l-appell b'deċiżjoni tat-<DATE ISO="20031118">18 ta' Novembru 2003</DATE>. Sabiex iddeċidiet li l-kapparri<?PAGE NO="I-6434"?> mħallsin mill-klijenti ta' din il-kumpannija u miżmumin minnha f'każ ta' tħassir talprenotazzjonijiet kellhom ikunu suġġetti għall-VAT, din il-qorti kkunsidrat li, f'dan il-każ, dawn il-kapparri kellhom jitqiesu li huma l-korrispettiv dirett u rremunerazzjoni għal provvista ta' servizzi individwabbli li jikkonsistu fil-ftuħ talfajl tal-klijent kif ukoll fil-prenotazzjoni ta' alloġġ għal dan ta' l-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Billi Société thermale sostniet li dawn il-kapparri għandhom jitqiesu bħala kumpens imħallas biex jagħmel tajjeb għad-dannu li hija tkun ġarrbet minħabba linadempjenza tal-klijenti tagħha u, bħala tali, mhumiex suġġetti għall-VAT, hija talbet lill-Conseil d'Etat (Kunsill ta' l-Istat) jannulla l-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Conseil d'Etat iddeċieda li jissospendi l-proċedimenti u li jressaq is-segwenti domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>[S]omom imħallsin bħala kapparra fil-kuntest ta' kuntratti ta' bejgħ li jirrigwardaw il-provvista ta' servizzi suġġetti għall-[VAT] għandhom jiġu kkunsidrati, meta xxerrej jagħmel użu mill-fakultà li huwa għandu li jerġa' lura mill-kuntratt u meta dawn is-somom jinżammu mill-bejjiegħ, bħala remunerazzjoni għall-provvista tasservizz ta' prenotazzjoni u bħala tali suġġetti għall-[VAT] jew bħala kumpens għat-tħassir tal-kuntratt imħallas biex jagħmel tajjeb għad-dannu mġarrab b'riżultat ta' linadempjenza tal-klijent, bla konnessjoni diretta ma kwalunkwe servizz mogħti bi ħlas u, bħala tali, mhux suġġetti għal din l-istess taxxa[?]<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda ssaqsi, essenzjalment, jekk somom imħallsin minn klijent lil lukandier bħala kapparra għandhomx jiġu kkunsidrati, meta l-klijent jagħmel użu mill-fakultà li huwa għandu li jerġa' lura<?PAGE NO="I-6435"?> mill-kuntratt u meta dawn issomom jinżammu mill-lukandier, bħala l-korrispettiv għal provvista ta' servizz ta' prenotazzjoni, li hija suġġetta għall-VAT, jew bħala kumpens f'ammont fiss għat-tħassir tal-kuntratt, li mhuwiex suġġett għall-imsemmija taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi enfasizzat, minn naħa, li d-definizzjoni tal-kunċett ta kapparra tista tvarja minn Stat Membru għal ieħor u, min-naħa l-oħra, li l-eżerċizzju tal-fakultà marbuta mal-kapparra li wieħed jerġa lura mill-kuntratt jista' jkollu konsegwenzi differenti skond id-dritt nazzjonali applikabbli. Fil-fatt, millosservazzjonijiet tal-Gvern Franċiż jirriżulta li, fid-dritt Franċiż, l-eżerċizzju ta' l-imsemmija fakultà, bħala regola, jeżonera kompletament lill-parti li terġa lura mill-kuntratt mill-konsegwenzi tan-nuqqas ta' eżekuzzjoni tiegħu, filwaqt li, f'diversi Stati Membri, tissussisti l-possibbiltà, f'tali sitwazzjoni, li jintalbu danni li jeċċedu lammont tal-kapparra.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta' din il-kawża, ser tiġi eżaminata l-ipoteżi li fiha l-parti li tkun ħallset kapparra jkollha l-fakultà li terġa lura mill-impenn tagħha billi titlef il-kapparra, filwaqt li l-parti l-oħra jkollha l-istess fakultà billi trodd darbtejn daqs il-kapparra, mingħajr ma jiġu eżaminati d-drittijiet li jista jkollha waħda mill-partijiet wara li l-parti l-oħra teżerċita l-imsemmija fakultà.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li tista tingħata risposta affermattiva fir-rigward ta' l-ewwel soluzzjoni fformulata fid-domanda preliminari biss jekk teżisti rabta diretta bejn is-servizz mogħti u l-korrispettiv irċevut, billi ssomom imħallsin jikkostitwixxu l-korrispettiv effettiv għal servizz individwabbli pprovdut fil-kuntest ta' relazzjoni ġuridika li fiha jsir skambju ta' servizzi reċiproki (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19880308">8 ta' Marzu 1988</DATE>, Apple and Pear Development Council, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="102/86" YEAR="1988" PAGE.ECR="1443">102/86, Ġabra p. 1443, punti 11, 12 u 16</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="19940303">3 ta' Marzu 1994</DATE>, Tolsma, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-16/93" YEAR="1994" PAGE.ECR="I-743">C-16/93, Ġabra p. I-743, punt 14</REF.DOC.ECR>; tal-<DATE ISO="20020321">21 ta' Marzu 2002</DATE>, Kennemer Golf, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-174/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-3293">C-174/00, Ġabra p. I-3293, punt 39</REF.DOC.ECR>; u tat-<DATE ISO="20060323">23 ta' Marzu 2006</DATE>, FCE Bank, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-210/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-2803">C-210/04, Ġabra p. I-2803, punt 34</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, f'dan il-każ, dawn il-kundizzjonijiet mhumiex sodisfatti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6436"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-konklużjoni tal-kuntratt u, konsegwentement, l-eżistenza tar-rabta ġuridika bejn il-partijiet normalment ma jiddependux mill-ħlas ta' kapparra. Billi mhijiex element kostituttiv tal-kuntratt ta' alloġġ, il-kapparra tidher li hija biss element fakultattiv li jaqa' fil-libertà kuntrattwali tal-partijiet</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-fatt, klijent jista' jitlob prenotazzjoni ta' alloġġ permezz ta' ittra jew saħansitra bil-fomm, liema talba tista tiġi aċċettata mil-lukandier, skond il-prassi kuntrattwali li huwa jsegwi, permezz ta' ittra jew saħansitra bil-fomm, mingħajr ma tintalab kapparra. L-aċċettazzjoni tat-talba għal prenotazzjoni skond tali modalitajiet xorta waħda twassal għall-kostituzzjoni, bejn il-partijiet, ta' rabta ġuridika li tobbliga lil dan il-lukandier li jiftaħ fajl f'isem dan il-klijent u jipprenota alloġġ għal dan ta' l-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Franċiż, il-ħlas ta' kapparra min-naħa ta klijent u l-obbligu tal-lukandier li ma jikkuntrattax ma' ħaddieħor b'mod li jimpedih milli jirrispetta l-impenn li ħa lejn il-klijent lanqas ma jistgħu jiġu kklassifikati bħala l-provvista ta' servizzi reċiproċi, billi, f'dan il-każ, l-imsemmi obbligu jirriżulta direttament mill-kuntratt ta' alloġġ u mhux mill-ħlas tal-kapparra.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, skond il-prinċipji ġenerali tad-dritt ċivili, kull waħda mill-partijiet kontraenti hija obbligata tonora l-kuntratt tagħha u tipprovdi s-servizz previst b'dan il-kuntratt L-obbligu li jiġi rispettat dan il-kuntratt għalhekk ma jirriżultax mill-konklużjoni ta kuntratt ieħor, speċjalment għal dan l-iskop. L-obbligu li l-imsemmi kuntratt jiġi effettivament eżegwit lanqas ma jiddependi minn xi eventwali kumpens jew penali għad-dewmien, minn xi garanzija jew kapparra, iżda jirriżulta mill-kuntratt innifsu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6437"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għalhekk, meta, wara li tkun saret prenotazzjoni, il-lukandier jipprovdi s-servizz miftiehem, huwa ma jagħmel xejn ħlief jonora l-kuntratt konkluż mal-klijent tiegħu, skond il-prinċipju li l-kuntratti għandhom jiġu eżegwiti. Għaldaqstant, ir-rispett ta' dan l-obbligu ma jistax jiġi kklassifikat bħala korrispettiv għall-kapparra mħallsa.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Billi l-obbligu ta' prenotazzjoni jirriżulta mill-kuntratt ta' alloġġ innifsu u mhux mill-kapparra mħallsa, ma teżistix rabta diretta bejn is-servizz mogħti u l-korrispettiv irċevut (sentenzi ċċitati iktar 'il fuq Apple and Pear Development Council, punti 11 u 12; Tolsma, punt 13; u Kennemer Golf, punt 39). Il-fatt li, fil-każ li l-kamra pprenotata tiġi okkupata, l-ammont tal-kapparra jitnaqqas mill-prezz ta' limsemmija kamra jikkonferma li din il-kapparra ma tistax tikkostitwixxi l-korrispettiv ta' provvista ta' servizz awtonomu u individwabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Billi l-kapparra ma tikkostitwixxix il-korrispettiv ta' provvista ta' servizz awtonomu u individwabbli, għandu jiġi eżaminat, biex tingħata risposta lill-qorti tar-rinviju, jekk din il-kapparra tikkostitwixxix kumpens għat-tħassir tal-kuntratt imħallas biex jagħmel tajjeb għad-dannu mġarrab b'riżultat tal-fatt li l-klijent reġa' lura mill-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-partijiet kontraenti għandhom il-libertà li jiddefinixxu, filwaqt li jirrispettaw ir-regoli mandatorji ta' ordni pubbliku, ilkontenut tar-rabta ġuridika tagħhom, inklużi l-konsegwenzi fil-każ li jerġgħu lura mill-obbligi tagħhom jew jonqsu milli jirrispettawhom. Madankollu, minflok ma jiddefinixxu l-obbligi tagħhom fid-dettall, huma għandhom il-possibbiltà li jagħmlu referenza għad-diversi strumenti tad-dritt ċivili.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-partijiet jistgħu għalhekk jipprovdu, fil-każ ta' nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' l-obbligi tal-kuntratt li huma kkonkludew, klawżoli relattivi għal kumpens jew penali għad-dewmien, għal garanzija jew għal kapparra. Filwaqt li dawn huma lkoll intiżi biex isaħħu l-obbligi kuntrattwali tal-partijiet u wħud mill-funzjonijiet tagħhom huma identiċi, dawn l-istrumenti għandhom karatteristiċi speċifiċi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6438"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F'dak li jirrigwarda speċifikament il-kapparra, għandu jiġi mfakkar, l-ewwel nett, li din tikkostitwixxi indikazzjoni tal-konklużjoni ta' kuntratt, billi l-ħlas tagħha jimplika preżunzjoni ta' l-eżistenza ta' dan il-kuntratt It-tieni nett, il-kapparra tinkoraġġixxi lill-partijiet jeżegwixxu l-imsemmi kuntratt, għaliex il-parti li tkun ħallsitha tista' titlef is-somma korrispondenti, filwaqt li l-parti l-oħra jkollha, jekk ikun il-każ, trodd darbtejn daqs din is-somma jekk in-nuqqas ta' eżekuzzjoni jseħħ min-naħa tagħha. It-tielet nett, il-kapparra tikkostitwixxi kumpens f'ammont fiss, billi l-ħlas tagħha jeżonera lil parti waħda milli tipprova l-ammont tad-dannu mġarrab meta l-parti l-oħra terġa' lura mill-obbligi tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-raġuni għall-kapparra, fis-settur tal-lukandi, tikkorrispondi, bħala regola, għall-karatteristiċi deskritti iktar 'il fuq, u għalhekk hija intiża biex tikkostitwixxi indikazzjoni tal-konklużjoni tal-kuntratt, inkoraġġiment għall-eżekuzzjoni tiegħu u eventwali kumpens f'ammont fiss.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Filwaqt li, fil-każ li l-kuntratt jiġi eżegwit normalment, il-kapparra titnaqqas millprezz tas-servizzi pprovduti mil-lukandier u għalhekk hija suġġetta għall-VAT, iż-żamma tal-kapparri in kwistjoni fil-kawża prinċipali hija, għall-kuntrarju, ilkonsegwenza ta' l-eżerċizzju mill-klijent tal-fakultà li kienet ingħatatlu li jħassar ilprenotazzjoni u sservi biex tikkumpensa lill-imsemmi lukandier wara t-tħassir talprenotazzjoni. Tali kumpens ma jikkostitwixxix il-korrispettiv għall-provvista ta' servizz u ma jifformax parti mill-ammont taxxabbli tal-VAT (ara, f'dan is-sens, f'dak li jirrigwarda l-interessi għad-dewmien, is-sentenza ta' l-<DATE ISO="19820701">1 ta' Lulju 1982</DATE>, BAZ Bausystem, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="222/81" YEAR="1982" PAGE.ECR="2527">222/81, Ġabra p. 2527, punti 8 sa 11</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Portugiż, din il-konstatazzjoni la hija invalidata bil-fatt li, fil-parti l-kbira tal-każijiet, l-ammont tad-dannu mġarrab u dak tal-kapparra miżmuma mhumiex l-istess u lanqas bil-possibbiltà li l-kmamar meħlusin bit-tħassir talprenotazzjonijiet jistgħu jiġu okkupati minn klijenti ġodda. Fil-fatt, fir-rigward ta' kumpens f'ammont fiss, huwa normali li l-ammont ta' l-imsemmi dannu jista jeċċedi l-ammont tal-kapparra miżmuma mil-lukandier jew ikun inqas minn dan l-ammont.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6439"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-regola li, meta n-nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-kuntratt iseħħ min-naħa tal-lukandier, l-ammont li għandu jintradd lura huwa d-doppju tas-somom imħallsin bħala kapparra, tikkorrobora l-klassifikazzjoni tal-kapparra bħala kumpens f'ammont fiss għat-tħassir tal-kuntratt u mhux bħala remunerazzjoni għall-provvista ta' servizz. Fil-fatt, fsitwazzjoni bħal din, il-klijent ta' l-imsemmi lukandier evidentement ma jipprovdi ebda servizz lil dan ta' l-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Billi, minn naħa, il-ħlas tal-kapparra ma jikkostitwixxix il-pagament irċevut minn lukandier bħala l-korrispettiv effettiv għal servizz awtonomu u individwabbli pprovdut lill-klijent tiegħu, u billi, min-naħa l-oħra, iż-żamma ta' din il-kapparra, wara li dan il-klijent ikun ħassar il-prenotazzjoni, hija intiża sabiex tikkumpensa lkonsegwenzi tan-nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-kuntratt, għandu jiġi kkunsidrat li la l-ħlas tal-kapparra, la ż-żamma tagħha u lanqas ir-radd ta' darbtejn daqsha ma jaqgħu taħt l-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda mressqa għandha tkun li l-Artikoli 2(1) u 6(1) tas-Sitt Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li somom imħallsin bħala kapparra fil-kuntest ta' kuntratti li jirrigwardaw il-provvista ta' servizzi ta' lukanda suġġetti għall-VAT għandhom jiġu kkunsidrati, meta l-klijent jagħmel użu mill-fakultà li huwa għandu li jerġa lura mill-kuntratt u meta dawn is-somom jinżammu mil-lukandier, bħala kumpens għat-tħassir tal-kuntratt imħallas biex jagħmel tajjeb għad-dannu mġarrab b'riżultat ta' l-inadempjenza tal-klijent, bla konnessjoni diretta ma kwalunkwe servizz mogħti bi ħlas u, bħala tali, mhux suġġetti għal din it-taxxa.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6440"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta' u tiddeċiedi li:</P></INTRO><P>L-Artikoli 2(1) u 6(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li somom imħallsin bħala kapparra fil-kuntest ta' kuntratti li jirrigwardaw il-provvista ta' servizzi ta' lukanda suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu kkunsidrati, meta l-klijent jagħmel użu mill-fakultà li huwa għandu li jerġa' lura mill-kuntratt u meta dawn is-somom jinżammu mil-lukandier, bħala kumpens għat-tħassir tal-kuntratt imħallas biex jagħmel tajjeb għad-dannu mġarrab b'riżultat ta' l-inadempjenza tal-klijent, bla konnessjoni diretta ma' kwalunkwe servizz mogħti bi ħlas u, bħala tali, mhux suġġetti għal din it-taxxa,</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>