<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑246/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CO0246</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2291">EU:C:2014:2291</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAL-<DATE ISO="20141015">15.10.2014</DATE> — KAWŻA C‑246/14</P><P>DE BELLIS <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20141015">15 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal tnaqqis ta’ drittijiet għall-pensjoni b’effett retroattiv</KEYWORD><KEYWORD>Sitwazzjoni purament interna</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑246/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Puglia (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140428">28 ta’ April 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20140521">21 ta’ Mejju 2014</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Vittoria De Bellis,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Diana Perrone,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Cesaria Antonia Villani</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Istituto Nazionale di Previdenza per i Dipendenti dell’Amministrazione Pubblica (Inpdap),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz (Relatur), President tal-Awla, E. Juhász, C. Vajda, A. Rosas, u D. Šváby u C. Vajda, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tiġi deċiża permezz ta’ digriet motivat, skont l-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, V. De Bellis, D. Perrone u C. A. Villani u, min-naħa l-oħra l-Istituto Nazionale di Previdenza per i Dipendenti dell’Amministrazione Pubblica (Inpdap) dwar id-drittijiet tagħhom għall-pensjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi Nru 241/1990</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru 241, tas-<DATE ISO="19900807">7 ta’ Awwissu 1990</DATE>, li tistabbilixxi regoli ġodda dwar il-proċedura amministrattiva u d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti amministrattivi (GURI Nru 192, tat-<DATE ISO="19900818">18 ta’ Awwissu 1990</DATE>, p. 7), kif emendata bil-Liġi Nru 15, tal-<DATE ISO="20050211">11 ta’ Frar 2005</DATE> (GURI Nru 42, tal-<DATE ISO="20050221">21 ta’ Frar 2005</DATE>, p. 4, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Liġi Nru 241/1990<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tipprovdi fl-Artikolu 1(1) tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-attività amministrattiva tfittex li tilħaq għanijiet stabbiliti mil-liġi u hija rregolata mill-kriterji ta’ ekonomija, ta’ effettività, ta’ imparzjalità, ta’ pubbliċità u ta’ trasparenza skont il-modalitajiet previsti minn din il-liġi u d-dispożizzjonijiet l-oħra li jirregolaw proċeduri distinti kif ukoll mill-prinċipji bbażati fuq l-ordinament ġuridiku Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi Nru 335/1995</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 335, tat-<DATE ISO="19950808">8 ta’ Awwissu 1995</DATE>, li tirriforma l-iskema ta’ pensjoni obbligatorja u supplimentari (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 190, tas-<DATE ISO="19950816">16 ta’ Awwissu 1995</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Liġi Nru 335/1995<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), jipprovdi fil-paragrafu 41 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-ħlas tal-pensjonijiet lis-superstiti ta’ assigurat bil-pensjoni fis-seħħ fil-kuntest tal-iskema tal-assigurazzjoni ġenerali obbligatorja hija estiża għall-iskemi kollha li jeskludu jew jissostitwixxu l-imsemmija skema. Meta jkun hemm biss tfal minorenni, studenti jew inkapaċi, il-perċentwali tal-pensjoni tiżdied għal 70 % biss għall-pensjonijiet tas-superstiti dovuti mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi. L-ammonti tal-pensjonijiet tas-superstiti jistgħu jiġu akkumulati mad-dħul tal-benefiċjarju, fil-limiti previsti fit-Tabella F li tinsab fl-Anness. Ir-remunerazzjoni li tirriżulta mill-kumulu tad-dħul, previst fil-paragrafu preċedenti, mal-pensjoni tas-superstiti kif imnaqqsa ma tista’ fi kwalunkwe każ tkun inqas minn dik li minnha tibbenefika l-istess persuna li kieku d-dħul tagħha kien ekwivalenti għal-limitu massimu tal-kategorija ta’ dħul li tiġi immedjatament taħt dik li fiha jaqa’ d-dħul tagħha. Il-limiti li jirrigwardaw il-kumulu ma japplikawx meta l-benefiċjarju jifforma parti minn nukleu familjari li jinkludi tfal minorenni, studenti jew inkapaċi, fis-sens tal-leġiżlazzjoni prevista fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu. Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għal benefiċċji soċjali iktar favorevoli rċevuti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, billi dawn jiġu reintegrati mal-miljoramenti futuri.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi Nru 724/1994</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-Liġi Nru 724, tat-<DATE ISO="19941223">23 ta’ Diċembru 1994</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 304, tat-<DATE ISO="19941230">30 ta’ Diċembru 1994</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Liġi Nru 7 24/1994<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), kien jipprovdi fil-paragrafu 5 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Id-dispożizzjonijiet dwar il-ħlas tal-allowance supplimentari speċjali fuq il-pensjonijiet, previsti fl-Artikolu 2 tal-Liġi Nru 324, tas-<DATE ISO="19590527">27 ta’ Mejju 1959</DATE>, kif emendata u ssuplimentata, huma applikabbli biss għall-pensjonijiet diretti llikwidati qabel il-<DATE ISO="19941231">31 ta’ Diċembru 1994</DATE> u għall-pensjonijiet tas-superstiti korrispondenti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi Nru 296/2006</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru 296, tas-<DATE ISO="20061227">27 ta’ Diċembru 2006</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 299, tas-<DATE ISO="20061227">27 ta’ Diċembru 2006</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Liġi Nru 296/2006<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), tipprovdi fil-paragrafi 774 u 776 tal-Artikolu Uniku tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>774.</NO.P><TXT>L-estensjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-ħlas tal-pensjonijiet lis-superstiti ta’ assigurat bil-pensjoni fis-seħħ fil-kuntest tal-iskema tal-assigurazzjoni ġenerali obbligatorja għall-iskemi kollha li jeskludu jew jissostitwixxu l-imsemmija skema, prevista fl-Artikolu 1(41) tal-[Liġi Nru 335/1995], għandha tiġi interpretata fis-sens li, għall-pensjonijiet tas-superstiti dovuti mid-dħul fis-seħħ tal-[Liġi Nru 335/1995], tkun xi tkun id-data tad-dekorrenza tal-pensjoni diretta, l-allowance supplimentari speċjali li minnha kien diġà jibbenefika l-predeċessur fit-titolu, li tifforma parti integrali mill-pensjoni tal-irtirar kumplessiva rċevuta, għandha tingħata fil-limitu tal-perċentwali prevista għall-pensjoni tas-superstiti.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>776.</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(5) tal-[Liġi Nru 724/1994] huwa mħassar.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jibbenefikaw minn pensjoni tal-irtirar ordinarja u minn pensjoni tas-superstiti. Huma ppreżentaw rikors quddiem il-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Puglia, bil-għan li jiksbu, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, ir-rikonoxximent tad-dritt tagħhom għall-ħlas ta’ allowance supplimentari speċjali sħiħa u tal-interessi relattivi għaliha.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri, l-Istituto Nazionale di Previdenza per i Dipendenti dell’Amministrazione Pubblica (Inpdap) sostna li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali jibbenefikaw minn pensjoni tas-superstiti biss minn data li tiġi wara s-<DATE ISO="19950816">16 ta’ Awwissu 1995</DATE>. Mill-paragrafu 774 tal-Artikolu Uniku tal-Liġi Nru 296/2006 jirriżulta li l-Artikolu 1(41) tal-Liġi Nru 335/1995 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-pensjonijiet tas-superstiti dovuti mis-<DATE ISO="19950817">17 ta’ Awwissu 1995</DATE>, tkun xi tkun id-data li fiha bdew jiddekorru d-drittijiet għall-pensjoni diretta, l-allowance supplimentari speċjali għandha tinftiehem li tifforma parti integrali mill-pensjoni tal-irtirar.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Puglia, issostni, essenzjalment, li l-effett tal-paragrafi 774 u 776 tal-Artikolu Uniku tal-Liġi Nru 296/2006 kien li tħassru d-drittijiet li jirrigwardaw pensjonijiet tas-superstiti li jirriżultaw mill-interpretazzjoni ġurisprudenzjali tal-Artikolu 15(5) tal-Liġi Nru 724/1994. Dik il-qorti tikkunsidra li l-uniku għan tal-paragrafi 775 u 776 tal-Artikolu Uniku tal-Liġi Nru 296/2006 kien li jiġi protett l-interess finanzjarju tal-Istat Taljan. Għaldaqstant, tqum il-kwistjoni jekk il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi japplikax fil-preżenza ta’ liġijiet interpretattivi li jemendaw retroattivament, għad-detriment tal-persuni interessati, dispożizzjonijiet li joħolqu drittijiet u jekk il-motiv finanzjarju waħdu jistax jikkonsisti raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Puglia, tagħmel riferiment għal ġurisprudenza tal-Corte costituzionale. Din il-qorti tal-aħħar, adita b’żewġ digrieti tal-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Puglia, u tal-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Siciliana, iddeċidiet, fis-sentenza Nru 74 tagħha, tat-<DATE ISO="20080312">12 ta’ Marzu 2008</DATE>, li l-kwistjonijiet imqajma dwar il-kostituzzjonalità tal-paragrafu 774 tal-Artikolu Uniku tal-Liġi Nru 296/2006 ma kinux fondati. Barra minn hekk, fis-sentenza Nru 1, tal-<DATE ISO="20110105">5 ta’ Jannar 2011</DATE>, dwar il-Liġi Nru 335/1995, il-Corte costituzionale ddeċidiet li l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma japplikax għal relazzjonijiet ġuridiċi li jikkonċernaw il-pensjonijiet tal-irtirar pubbliċi u privati. Meta adotta l-Liġi<?PAGE NO="4"?> Nru 335/1995, il-leġiżlatur fittex li jarmonizza l-iskemi tal-irtirar privati u pubbliċi li kellhom effetti strutturali fuq in-nefqa pubblika u fuq l-ekwilibriji baġitarji, bil-għan li josserva l-obbligi Komunitarji marbuta mal-Patt ta’ stabbiltà ekonomika u finanzjarja fid-dawl tal-bidla għall-munita unika Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula, il-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Puglia, tosserva li l-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 241/1990 jinkludi riferiment dirett u inkundizzjonat għall-prinċipji tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea li jawtorizza lill-qorti Taljana tagħmel domanda interpretattiva konkreta u rilevanti għall-finijiet tad-deċiżjoni tagħha lill-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa minnu li, fis-sentenzi Cicala (C‑482/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:868">EU:C:2011:868</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u Romeo (C‑313/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:718">EU:C:2013:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 241/1990 ma jinkludix riferiment dirett u inkundizzjonat għad-dritt tal-Unjoni. Madankollu, fil-kawża prinċipali, kuntrarjament għall-kawżi li taw lok għal dawn iż-żewġ sentenzi, il-kwistjoni ma tikkonċernax l-obbligu ta’ motivazzjoni, iżda l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi li japplika b’mod ċar u inkundizzjonat mingħajr limitazzjonijiet fid-dritt intern.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Puglia, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal-[Liġi Nru 296/2006] li tistabbilixxi li l-Istituto di Previdenza ma jistax iħallas pensjonijiet tas-superstiti li jkunu iktar favorevoli għall-benefiċjarji ta’ pensjonijiet tas-superstiti llikwidati wara s-<DATE ISO="19950817">17 ta’ Awwissu 1995</DATE> u li jikkorrispondu għal pensjonijiet tal-irtirar imħallsa lill-konjuġi tagħhom qabel il-<DATE ISO="19941231">31 ta’ Diċembru 1994</DATE>, mingħajr ma tispeċifika jekk jeżistux motivi ta’ interess ġenerali għal dan il-għan?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-motiv finanzjarju jista’ jikkostitwixxi motiv ta’ interess ġenerali għall-adozzjoni ta’ liġijiet ta’ interpretazzjoni awtentika bħal dik li hija s-suġġett tal-kawża prinċipali?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Għandu qabel xejn jiġi kkonstatat li d-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi f’sitwazzjoni purament interna.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja, bħala prinċipju, ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għal domanda preliminari meta jkun manifest li d-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni suġġetta għall-interpretazzjoni tagħha ma tkunx tista’ tiġi applikata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona, C‑139/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:174">EU:C:2014:174</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar talbiet għal deċiżjoni preliminari li jirrigwardaw dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’sitwazzjonijiet fejn il-fatti fil-kawża prinċipali jkunu jaqgħu ’l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, iżda fejn id-dritt nazzjonali jagħmel riferiment għall-kontenut ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni sabiex jiddetermina liema huma r-regoli applikabbli għal sitwazzjoni purament interna tal-Istat Membru kkonċernat (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Poseidon Chartering, C‑3/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:176">EU:C:2006:176</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 15; ETI <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑280/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:775">EU:C:2007:775</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 22 u 26; Salahadin Abdulla <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑175/08, C‑176/08, C‑178/08 u C‑179/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:105">EU:C:2010:105</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 48; Cicala, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:868">EU:C:2011:868</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17; Nolan, C‑583/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:638">EU:C:2012:638</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45, u Romeo, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:718">EU:C:2013:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-fatt, jeżisti ċertament interess tal-Unjoni li, sabiex jiġu evitati diverġenzi futuri fl-interpretazzjoni, id-dispożizzjonijiet jew il-kunċetti meħuda mid-dritt tal-Unjoni jingħataw interpretazzjoni uniformi, meta leġiżlazzjoni nazzjonali tikkonforma ruħha, fir-rigward tas-soluzzjonijiet li hija tadotta għal sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-att tal-Unjoni kkonċernat, ma’ dawk adottati mill-imsemmi att, sabiex jiġi żgurat li s-sitwazzjonijiet interni u s-sitwazzjonijiet irregolati<?PAGE NO="5"?> mid-dritt tal-Unjoni jingħataw trattament identiku, indipendentement mill-kundizzjonijiet li fihom għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet jew il-kunċetti meħuda mid-dritt tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Salahadin Abdulla <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:105">EU:C:2010:105</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 48; SC Volksbank România, C‑602/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:443">EU:C:2012:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 87 u 88; Nolan, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:638">EU:C:2012:638</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46; Allianz Hungária Biztosító <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C 32/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:160">EU:C:2013:160</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 20 u 21, u Romeo, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:718">EU:C:2013:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ meta d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni jkunu saru applikabbli għal tali sitwazzjonijiet permezz tad-dritt nazzjonali b’mod dirett u inkundizzjonat (sentenzi Cicala, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:868">EU:C:2011:868</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 19; Nolan, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:638">EU:C:2012:638</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47, u Romeo, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:718">EU:C:2013:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23). Min-naħa l-oħra, dan ma huwiex il-każ meta d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali jippermettu lill-qorti nazzjonali teskludi d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Kleinwort Benson, C‑346/93, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:85">EU:C:1995:85</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 16 u 18, u Romeo, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:718">EU:C:2013:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 241/1990 li għalih tirreferi l-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Puglia, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li din id-dispożizzjoni ma tinkludix riferiment għad-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata iktar ’il fuq, li jippermetti lil din tal-aħħar tirrispondi għal domandi li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest ta’ tilwimiet purament interni (ara s-sentenzi Cicala, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:868">EU:C:2011:868</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, u Romeo, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:718">EU:C:2013:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Issa l-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Puglia, ma tressaq ebda element li jista’ jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi li għandha ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula. Is-sempliċi fatt li dawn tal-aħħar jirrigwardaw il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u mhux l-obbligu ta’ motivazzjoni, bħal fil-kawżi li taw lok għas-sentenzi Cicala (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:868">EU:C:2011:868</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u Romeo (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:718">EU:C:2013:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma jistax jibdel din l-evalwazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 94(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tinkludi espożizzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll il-konnessjoni li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali. Din l-espożizzjoni, bħall-espożizzjoni fil-qosor tal-fatti rilevanti meħtieġa mill-Artikolu 94(a) ta’ dawn ir-Regoli tal-Proċedura, għandha tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tivverifika, minbarra l-ammissibbiltà tad-domanda preliminari, il-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula (digriet Parva Investitsionna Banka <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑488/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2191">EU:C:2014:2191</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi kkonstatat, abbażi tal-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li l-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Puglia.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tordna:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Puglia (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140428">28 ta’ April 2014</DATE> (Kawża C‑246/14).</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><?PAGE NO="6"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>