<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-224/19</NO.CASE><NO.CASE>C-259/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0224</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:578">EU:C:2020:578</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>22</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>22</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20200716">16.7.2020</DATE> – Kawżi magħquda C‑224/19 u C‑259/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Caixabank u Banco Bilbao Vizcaya Argentaria</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 93/13/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 6 u 7</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti konklużi mal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Self ipotekarju</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli inġusti</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli li jimponu t-totalità tal-ispejjeż għall-kostituzzjoni u għall-ħelsien ta’ ipoteka a karigu ta’ min jissellef</KEYWORD><KEYWORD>Effetti tad-dikjarazzjoni ta’ nullità tal-imsemmija klawżoli</KEYWORD><KEYWORD>Setgħat tal-qorti nazzjonali fil-preżenza ta’ klawżola kkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>inġusta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Tqassim tal-ispejjeż</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ natura supplimentari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(2)</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni tal-klawżoli relattivi għall-għan prinċipali tal-kuntratt jew għall-aġġustament tal-prezz jew tar-remunerazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ tfassil ċar u li jinftiehem tal-klawżoli kuntrattwali</KEYWORD><KEYWORD>Spejjeż</KEYWORD><KEYWORD>Preskrizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ effettività</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑224/19 u C‑259/19,</P><P>li għandhom bħala suġġett żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Juzgado de Primera Instancia n.°17 de Palma de Mallorca (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 17 ta’ Palma de Mallorca, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20190312">12 ta’ Marzu 2019</DATE> (C‑224/19), li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, kif ukoll mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Ceuta (il-Qorti tal-Ewwel Istanza u Istruttorja ta’ Ceuta, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20190313">13 ta’ Marzu 2019</DATE> (C‑259/19), li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20190327">27 ta’ Marzu 2019</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">CY</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">CaixaBank SA</HT> (C‑224/19),</P></DEFENDANTS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">LG,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">PK</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA</HT> (C‑259/19),</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, S. Rodin (Relatur), D. Šváby, K. Jürimäe u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal CY, minn N. Martínez Blanco, abogado,</P></ITEM><ITEM><P>għal Caixabank SA, minn J. Gutiérrez de Cabiedes Hidalgo de Caviedes, abogado,</P></ITEM><ITEM><P>għal LG, minn R. Salamanca Sánchez, abogado, u M. Cruz Ruiz Reina, procuradora,</P></ITEM><ITEM><P>għal Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA, minn C. Fernández Vicién, J. Capell Navarro u A. Picón Franco, abogados,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn L. Aguilera Ruiz u M. J. García-Valdecasas Dorrego, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Baquero Cruz u N. Ruiz García, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 3 u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ żewġ kawżi, waħda bejn CY u Caixabank S.A., u l-oħra bejn LG u PK kontra Banco Bilbao Vizcaya Argentaria S.A. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>BBVA<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar klawżoli inġusti preżenti f’kuntratti ta’ self mogħnija b’garanziji ipotekarji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 93/13</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Is-sittax, id-dsatax, l-għoxrin u l-erbgħa u għoxrin premessa tad-Direttiva 93/13 jistipulaw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Billi l-istima, skond il-kriterji ġenerali magħżula, tal-karattru inġust ta’ klawżoli, b’mod partikolari fil-bejgħ jew f’attivitajiet ta’ provvista ta’ natura pubblika li jipprovdu servizzi kollettivi li jqisu s-solidarjetà fost l-utenti, għandha tiġi supplimentata billi ssir valutazzjoni globali tad-diversi interessi involuti; billi din tikkostitwixxi l-ħtieġa ta’ buona fede; billi, waqt li tkun qed issir stima ta’ buona fede, għandha titqies b’mod partikolari s-saħħa tal-posizzjonijiet tal-ftehim tal-partijiet, kemm jekk il-konsumatur kellu xi jħajru biex jaqbel mal-klawżola kif ukoll jekk il-merkanzija jew is-servizzi nbiegħu jew ġew ipprovduti bl-ordni speċjali tal-konsumatur; billi l-ħtieġa ta’ buona fede tista’ tkun sodisfatta mill-bejjiegħ jew mill-fornitur meta dan jittratta b’mod ġust u ekwu mal-parti l-oħra li huwa għandu jikkunsidra l-interessi leġittimi tagħha;</P><?PAGE NO="3"?><P>Billi, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, m’għandhiex issir stima ta’ karattru inġust ta’ klawżoli li jiddeskrivu l-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt u lanqas il-proporzjon bejn kwalità/il-prezz tal-merkanzija jew is-servizzi pprovduti; billi l-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt u l-proporzjon bejn kwalità/prezz jistgħu madankollu jiġu kkunsidrati meta tkun qiegħda ssir l-istima dwar jekk klawżoli oħra jkunux ġusti; […]</P><P>Billi l-kuntratti għandhom jiġu abbozzati f’lingwa ċara, li tiftiehem, il-konsumatur għandu fil-fatt jingħata opportunità biex jeżamina l-klawżoli kollha u, jekk ikollu xi dubju, l-interpretazzjoni l-aktar favorevoli lejn il-kunsumatur għandha tirbaħ;</P><P>Billi l-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri għandu jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom mezz adegwat u effettiv biex jipprevenu li jkomplu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti tal-konsumaturi,<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 93/13 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li japprossima l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri relatati ma’ klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-klawżoli kuntrattwali li jirriflettu disposizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji u d-disposizzjonijiet jew il-prinċipji ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom ikunu parti l-Istati Membri jew il-Komunità, b’mod partikolari fil-qasam tat-trasport, m’għandhomx ikunu suġġetti għad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet negozjata individwalment għandha titqies inġusta jekk, kontra l-ħtieġa ta’ buona fede, tkun tikkawża żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Klawżola għandha dejjem tiġi kkunsidrata li ma tkunx ġiet innegozjat individwalment meta din tkun ġiet abbozzata minn qabel u l-konsumatur b’hekk ma jkunx seta’ jinfluwenza s-sustanza tal-klawżola, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ kuntratt standard imfassal minn qabel.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-istima tan-natura inġusta tal-klawżoli la għandha tirrelata mad-definizzjoni tal-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt u lanqas mas-suffiċjenza tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra s-servizzi jew il-merkanzija provduti bi tpartit, fuq in-naħa l-oħra, safejn dawn il-klawżoli jkunu f’lingwaġġ sempliċi u ċar.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Fil-każ ta’ kuntratti fejn ċerti klawżoli jew il-klawżoli kollha offruti lill-konsumatur ikunu bil-miktub, dawn il-klawżoli għandhom ikunu abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar. […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tal-istess direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-interessi tal-konsumaturi u l-kompetituri, jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jipprevjenu li jibqgħu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-bejjiegħa jew fornituri.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu l-aktar disposizzjonijiet stretti kompatibbli mat-Trattat fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, biex jiżguraw grad massimu ta’ protezzjoni għall-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-Regola 6.a tal-Anness II tar-Real Decreto 1426/1989, por el que se aprueba el arancel de los notarios (Digriet Irjali Nru 1426/1989 li Japprova d-Drittijiet tan-Nutara) tas-<DATE ISO="19891117">17 ta’ Novembru 1989</DATE> (BOE Nru 285 tat-<DATE ISO="19891128">28 ta’ Novembru 1989</DATE>, p. 37169) fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>[L-obbligu ta’ ħlas tad-drittijiet jaqa’ fuq] il-parti li talbet l-intervent jew is-servizzi tan-nutar u, jekk ikun il-każ, fuq dawk li għandhom il-kwalità ta’ parti interessata skont ir-regoli tad-dritt sostantiv u fiskali […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>It-tmien regola tal-Anness II tar-Real Decreto 1427/1989, por el que se aprueba el arancel de los registradores de la propiedad (id-Digriet Irjali Nru 1427/1989, li Japprova l-Onorarji tar-Riċevituri tar-Reġistrazzjoni) tas-<DATE ISO="19891117">17 ta’ Novembru 1989</DATE> (BOE Nru 285, tat-<DATE ISO="19891128">28 ta’ Novembru 1989</DATE>, p. 37171), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, timponi l-obbligu [li jitħallsu l-onorarji tar-riċevitur tar-reġistrazzjoni] fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>dak jew dawk li d-dritt huwa immedjatament irreġistrat jew imsemmi favurihom, liema onorarji jistgħu ukoll jintalbu mingħand […] min talab is-servizz ikkonċernat jew mingħand min id-dritt ġie rreġistrat favurih jew min talab iċ-ċertifikat.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-LCGC</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-Ley 7/1998, sobre Condiciones Generales de la Contratación (il-Liġi 7/1998 dwar il-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali), tat-<DATE ISO="19980413">13 ta’ April 1998</DATE> (BOE Nru 89, tal-<DATE ISO="19980414">14 ta’ April 1998</DATE>, p. 12304), fil-verżjoni tagħha applikabbli fid-data tal-iffirmar tal-kuntratti inkwistjoni fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>LCGC<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Il-kundizzjonijiet ġenerali li ġejjin jitqiesu li ma humiex fil-kuntratt:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Dawk li realment il-konsumatur ma kellux l-okkażjoni li jkollu għarfien sħiħ tagħhom qabel il-konklużjoni tal-kuntratt jew li ma ġewx iffirmati, jekk ikun il-każ, skont l-Artikolu 5;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet illeġibbli, ambigwi, mhux ċari u li ma jinftehmux, ħlief, fil-każ ta’ dawn tal-aħħar, meta l-aderent ikun aċċettahom espressament bil-miktub u meta dawn jissodisfaw il-leġiżlazzjoni speċifika dwar it-trasparenza tal-klawżoli kuntrattwali f’dan il-qasam.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-LCGC jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kundizzjonijiet ġenerali li, bi ħsara għall-persuna li taderixxi għalihom, imorru kontra d-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi jew ta’ kwalunkwe regola oħra li tordna jew li tipprojbixxi ċertu aġir, huma awtomatikament nulli, sakemm tali dispożizzjonijiet ma jissanzjonawx il-ksur tagħhom b’mod differenti.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>B’mod partikolari, huma nulli l-kundizzjonijiet ġenerali inġusti fil-kuntratti konklużi ma’ konsumatur […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet Irjali Leġiżlattiv Nru 6/2000</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 40 tar-Real-Decreto Ley 6/2000, de Medidas Urgentes de Intensificación de la Competencia en Mercados de Bienes y Servicios (id-Digriet-Liġi Irjali 6/2000 dwar Miżuri Urġenti ta’ Intensifikazzjoni tal-Kompetizzjoni fis-Swieq tal-Oġġetti u tas-Servizzi) tat-<DATE ISO="20000623">23 ta’ Ġunju 2000</DATE> (BOE Nru 151, tal-<DATE ISO="20000624">24 ta’ Ġunju 2000</DATE>, p. 22440), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tal-kuntratti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[L]-istabbilimenti ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra għandhom jindikaw espressament […] id-dritt li għandu min jissellef li jinnomina, bi ftehim komuni mal-parti li tislef, lill-persuna jew lill-entità li ser tagħmel stima tal-proprjetà immobbli li hija s-suġġett tal-ipoteka […]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet Irjali Leġiżlattiv Nru 1/2007</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-Real Decreto Legislativo 1/2007, por el que se aprueba el texto refundido de la Ley General para la Defensa de los Consumidores y Usuarios y otras leyes complementarias (id-Digriet Irjali Leġiżlattiv Nru 1/2007 li Japprova t-Test Ikkonsolidat tal-Liġi Ġenerali għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi u tal-Utenti u Liġijiet Oħra Komplementari) tas-<DATE ISO="20071116">16 ta’ Novembru 2007</DATE> (BOE Nru 287, tat-<DATE ISO="20071130">30 ta’ Novembru 2007</DATE>, p. 49181), jipprovdi fl-Artikolu 8 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Drittijiet fundamentali tal-konsumaturi u tal-utenti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Jikkostitwixxu drittijiet fundamentali tal-konsumaturi u tal-utenti:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Il-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi u soċjali leġittimi tagħhom, b’mod partikolari fil-konfront tal-prattiki kummerċjali żleali u tal-inklużjoni ta’ klawżoli inġusti fil-kuntratti.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>L-informazzjoni eżatta dwar id-diversi oġġetti jew servizzi, kif ukoll l-edukazzjoni u l-vulgarizzazzjoni għall-promozzjoni tal-għarfien dwar l-użu, il-konsum jew it-tgawdija xierqa ta’ dawk l-oġġetti jew servizzi. […]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 60 tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv 1/2007, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Informazzjoni prekuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="060.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Qabel ma l-konsumatur jew l-utent jintrabat b’kuntratt jew offerta tal-istess tip, il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur, b’mod ċar u li jinftiehem, sakemm ma tkunx evidenti minħabba l-kuntest, l-informazzjoni rilevanti, korretta u suffiċjenti dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-kuntratt, b’mod partikolari dwar il-kundizzjonijiet legali u ekonomiċi tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="060.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-obbligi ta’ informazzjoni dwar l-oġġetti jew is-servizzi stabbiliti minn din il-liġi jew minn kull regola oħra applikabbli huma rilevanti, kif ukoll:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti jew tas-servizz, sa fejn xieraq insostenn tal-komunikazzjoni użata u għall-oġġett jew is-servizzi ikkonċernat;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="6"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-prezz inklużi t-taxxi kollha. Meta n-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi tfisser li l-prezz ma jistax jiġi raġonevolment ikkalkolat minn qabel, il-mod li bih il‑prezz huwa kkalkolat, kif ukoll, fejn ikun xieraq, kull ammont ta’ ħlas addizzjonali għat-trasport, għall-kunsinna jew għall-posta jew, fejn dawn l-ammonti ta’ ħlas ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, għandu jissemma’ li dawn l-ispejjeż jistgħu jkunu a karigu tal-konsumatur;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Kull informazzjoni għall-konsumatur jew għall-utent dwar il-prezz tal-oġġetti jew tas-servizzi, inkluż ir-reklamar, għandha tinforma l-prezz totali, billi ssir distinzjoni, skont il-każ, bejn l-ammont tas-supplimenti jew tat-tnaqqis applikabbli, l-ammont tal-ispejjeż mgħoddija fuq il-konsumatur jew fuq l-utent, u l-ispejjeż addizzjonali għas-servizzi anċillari, għall-finanzjament, għall-użu ta’ mezzi differenti ta’ ħlas jew għall-kundizzjonijiet oħra ta’ ħlas simili. […]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 80 tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv 1/2007, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Rekwiżiti applikabbli għall-klawżoli li ma kinux is-suġġett ta’ negozjati individwali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="080.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-kuntratti konklużi ma’ konsumaturi u ma’ utenti li jinkludu klawżoli li ma kinux is-suġġett ta’ negozjati individwali, […] dawn il-klawżoli għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Ir-redazzjoni għandha tkun preċiża, ċara u sempliċi, u għandha tkun tista’ tinftiehem direttament […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Aċċessibbiltà u leġibbiltà, sabiex il-konsumatur u l-utent ikunu jistgħu jsiru jafu l-eżistenza u l-kontenut tagħhom qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Bona fide</HT> u bilanċ ġust bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, li jeskludi, fi kwalunkwe każ, l-użu ta’ klawżoli inġusti. […]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 82 tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv 1/2007, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Kunċett ta’ klawżola inġusta<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="082.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għandhom jitqiesu bħala inġusti l-klawżoli kollha li ma kinux is-suġġett ta’ negozjati individwali kif ukoll il-prattiki kollha li ma jirriżultawx minn ftehim espress u li, minkejja r-rekwiżit ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, joħolqu, għad-detriment tal-konsumatur u tal-utent, żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="082.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>[…] Jekk il-professjonist jallega li klawżola partikolari ma kinitx is-suġġett ta’ negozjati individwali, l-oneru tal-prova għandu jaqa’ fuqu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="082.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>In-natura inġusta ta’ kawżola kuntrattwali għandha tiġi evalwata fid-dawl tan-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt u billi jsir riferiment għaċ-ċirkustanzi kollha li fih ikun ġie konkluż, kif ukoll għall-klawżoli l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta’ kuntratt ieħor li dan jiddependi minnu. […]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 83 tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv 1/2007, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Nullità tal-klawżoli inġusti u sussistenza tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Il-klawżoli inġusti huma nulli <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> u jitqiesu li ma nkitbux. Għal dawn il-finijiet, wara li tkun semgħet lill-partijiet, il-qorti għandha tikkonstata n-nullità tal-klawżoli inġusti li jinsabu fil-kuntratt, iżda dan jibqa’ vinkolanti għall-partijiet skont l-istess termini jekk ikun jista’ jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 87 tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv 1/2007, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Klawżoli inġusti minħabba assenza ta’ reċiproċità<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jipprovdi fil-paragrafu 5 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Huma inġusti l-klawżoli li, fil-kuntratt, joħolqu, għad-detriment tal-konsumatur jew tal-utent, assenza ta’ reċiproċità li tmur kontra l-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, u, b’mod partikolari:</P><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="087.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>[…] kwalunkwe dispożizzjoni oħra li tistabbilixxi ħlas għal prodotti jew servizzi li ma ġewx effettivament użati jew ikkunsmati. […]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 89 tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv 1/2007, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Klawżoli inġusti li jaffettwaw il-perfezzjoni u l-eżekuzzjoni tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Fi kwalunkwe każ għandhom jitqiesu bħala klawżoli inġusti:</P><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="089.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-impożizzjoni, fuq il-konsumatur jew fuq l-utent, ta’ oġġetti jew ta’ servizzi addizzjonali jew anċillari mhux mitluba.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="089.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Żidiet fil-prezzijiet għal servizzi anċillari […] li ma jikkorrispondux għal servizzi addizzjonali li jistgħu jiġu aċċettati jew miċħuda […]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi 2/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Ley 2/2009, por la que se regula la contratación con los consumidores de prestamos o créditos hipotecarios y de servicios de intermediación para la celebración de contratos de préstamo o crédito (il-Liġi Nru 2/2009 li Tirregola l-Konklużjoni, mal-Konsumaturi, ta’ Kuntratti ta’ Self jew ta’ Kreditu Ipotekarju u ta’ Kuntratti ta’ Servizzi ta’ Senserija għall-Finijiet tal-Konklużjoni ta’ Kuntratti ta’ Self jew ta’ Kreditu), tal-<DATE ISO="20090331">31 ta’ Marzu 2009</DATE>, (BOE Nru 79, tal-<DATE ISO="20090401">1 ta’ April 2009</DATE>, p. 30843), tipprovdi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 5 tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Obbligi ta’ trasparenza fir-rigward tal-prezz<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>L-impriżi għandhom jistabbilixxu liberament it-tariffi tal-kummissjonijiet tagħhom, kundizzjonijiet u spejjeż li jistgħu jiġu mgħoddija fuq il-konsumaturi, mingħajr restrizzjonijiet oħra minbarra dawk riprodotti fil-qasam tal-klawżoli inġusti f’din il-liġi, […] kif ukoll fid-[Digriet Irjali Leġiżlattiv 1/2007].</ALINEA><ALINEA>It-tariffi tal-kummissjonijiet jew tal-kumpensi u l-ispejjeż li jistgħu jintalbu, inklużi l-attivitajiet ta’ konsulenza, għandhom jindikaw l-ipoteżijiet u, jekk ikun il-każ, il-frekwenza li għaliha japplikaw. Il-kummissjonijiet jew kumpensi jew spejjeż mgħoddija fuq il-klijent għandhom jikkorrispondu għal servizzi effettivament ipprovduti jew għall-ispejjeż sostnuti. Is-servizzi li ma ġewx espressament aċċettati jew mitluba mill-klijent ma jagħtu lok għal ebda kummissjoni jew spejjeż.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-LEC</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu 394 tal-Ley de Enjuiciamiento Civil (il-Liġi 1/2000 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), tas-<DATE ISO="20000107">7 ta’ Jannar 2000</DATE> (BOE Nru 7, tat-<DATE ISO="20000108">8 ta’ Jannar 2000</DATE>, p. 575), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tal-kuntratti inkwistjoni fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>LEC<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="394.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-proċeduri ta’ dikjarazzjoni, l-ispejjeż fl-ewwel istanza jaqgħu fuq il-parti li t-talbiet kollha tagħha ġew miċħuda, ħlief jekk il-qorti tevalwa, billi tiġġustifikah debitament, li l-kawża tqajjem dubji serji ta’ fatt jew ta’ liġi. […]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="8"?><PARAG IDENTIFIER="394.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ li t-talbiet jintlaqgħu jew jiġu miċħuda parzjalment, kull parti għandha tħallas l-ispejjeż marbuta mal-istanza tagħha u għandha tbati nofs l-ispejjeż komuni sakemm ma jkunx hemm raġunijiet xierqa sabiex waħda mill-partijiet tiġi kkundannata għall-ispejjeż ta’ kawża frivola.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi Ċivili</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Artikolu 1303 tal-Código Civil (il-Kodiċi Ċivili) huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Meta obbligu jiġi ddikjarat null, il-partijiet għandhom jirrestitwixxu lil xulxin l-affarijiet li kienu s-suġġett tal-kuntratt u l-frott tagħhom, jew il-prezz miżjud bl-interessi, mingħajr preġudizzju għall-artikoli segwenti.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1964(2) tal-Kodiċi Ċivili:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>L-azzjonijiet personali li ma jkunux suġġetti għal terminu partikolari għandhom jiġu preskritti wara ħames snin mill-jum li fih l-obbligu jitqies li huwa applikabbli. Fir-rigward tal-obbligi kontinwi li ssir jew li ma ssirx xi ħaġa, it-terminu jibda jiddekorri għal kull nuqqas ta’ twettiq ta’ dawn l-obbligi.<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-Artikolu 1969 tal-Kodiċi Ċivili jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>Fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni speċifika kuntrarja, it-terminu ta’ preskrizzjoni għall-kategoriji kollha ta’ azzjonijiet huwa kkalkolat mill-jum li fih dawn setgħu jiġu eżerċitati.<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet dwar ir-Rati ta’ Interessi, ir-Regoli Operazzjonali, l-Informazzjoni tal-Klijenti u l-Pubbliċità tal-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 1 tal-Orden sobre tipos de interés y comisiones, normas de actuación, información a clientes y publicidad de las Entidades de crédito (Digriet dwar ir-Rati ta’ Interess, ir-Regoli Operazzjonali, l-Informazzjoni tal-Klijenti u l-Pubbliċità tal-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu) tat-<DATE ISO="19891212">12 ta’ Diċembru 1989</DATE> (BOE Nru 303 tad-<DATE ISO="19891219">19 ta’ Diċembru 1989</DATE>, p. 39289), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tal-kuntratti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Il-ħames nett. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom liberament jistabbilixxu l-kummissjonijiet li jkunu rċevew għall-operazzjonijiet jew għas-servizzi li huma jipprovdu.</P><P>[…]</P><P>Is-servizzi li ma ġewx espressament aċċettati jew mitluba mill-klijent ma jagħtu lok għal ebda kummissjoni jew spejjeż. Il-kummissjonijiet jew l-ispejjeż mgħoddija lill-klijent għandhom jikkorrispondu għal servizzi effettivament ipprovduti jew għall-ispejjeż sostnuti.<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑224/19</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20000516">16 ta’ Mejju 2000</DATE>, CY ikkonkluda mal-istabbiliment finanzjarju Caixabank kuntratt ta’ self ipotekarju quddiem nutar, ta’ ammont inizjali ta’ EUR 81 136.63, li kien jipprevedi wkoll il-ħlas ta’ interessi varjabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-raba’ klawżola tal-istess kuntratt teżiġi mingħand min jissellef il-ħlas ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>kummissjoni tal-ftuħ<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Din il-klawżola tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Il-kummissjonijiet segwenti huma stipulati favur [Caixabank] u għandhom jitħallsu mill-parti li ngħatat il-kreditu:</P><P>A) - Kummissjoni tal-ftuħ fuq il-limitu totali tas-self, li għandu jitħallas darba biss waqt [l-għoti] ta’ dan l-att: wieħed fil-mija, jiġifieri ammont ta’ mija u ħamsa u tletin elf pesetas Spanjoli (<FT TYPE="NUMBER">135000</FT>) ekwivalenti għal EUR 811.37.<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-ħames klawżola tal-imsemmi kuntratt timponi fuq il-persuna li tissellef il-ħlas tal-ispejjeż kollha ta’ kostituzzjoni u ta’ rilaxx tal-ipoteka. Din il-klawżola hija fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>Il-parti li ngħatat il-kreditu għandha tbati l-ħlas tal-ispejjeż ta’ stima tal-proprjetà immobbli ipotekata[;] tal-ispejjeż u tal-ħlasijiet fiskali l-oħra kollha li jirriżultaw minn dan l-att notarili, mill-atti u mill-kuntratti li huma fformalizzati fih kif ukoll mir-reġistrazzjoni tiegħu fir-Registro de la Propiedad (Reġistru tal-Proprjetà)[;] tal-ispejjeż l-oħra kollha u l-ħlasijiet fiskali li jirriżultaw mill-għotjiet kollha ta’ atti li jkunu neċessarji sabiex dan id-dokument u d-dokument li jikkonstata l-estinzjoni tal-effetti tiegħu jiġu ammessi fir-reġistru tal-proprjetà, inklużi l-ispejjeż u l-ħlasijiet fiskali l-oħra kollha li jirriżultaw mill-irċevuti li juru l-ħlas, totali jew parzjali, tas-somom mislufa, kif ukoll tal-onorarji ta’ avukat u tal-ispejjeż ta’ marixxall f’każ ta’ rkupru ġudizzjarju, anki jekk l-intervent ta’ dawn tal-aħħar ma jkunx imperattiv.<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20180322">22 ta’ Marzu 2018</DATE>, CY ippreżenta rikors quddiem il-Juzgado de Primera Instancia n.°17 de Palma de Mallorca (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 17 ta’ Palma de Mallorca, Spanja), sabiex jikseb, abbażi tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur, il-konstatazzjoni tan-nullità, minħabba n-natura inġusta tagħhom, tar-raba’ u tal-ħames klawżoli tal-kuntratt inkwistjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>klawżoli kkontestati<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>), kif ukoll ir-rimbors tal-ammonti kollha mħallsa b’applikazzjoni ta’ dawn il-klawżoli. Min-naħa tagħha, Caixabank invokat il-validità sħiħa tal-klawżoli kkontestati. Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, CY qies li kien neċessarju li l-qorti nazzjonali tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja domandi preliminari dwar l-imsemmija klawżoli kkontestati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-klawżola dwar l-ispejjeż tal-ipoteka, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li l-ġurisprudenza Spanjola tqis, fil-parti l-kbira, dan it-tip ta’ klawżoli bħala inġusti u, konsegwentement, nulli. Madankollu, din il-qorti tosserva li, fir-rigward tal-effetti ta’ din l-invalidità, il-qrati Spanjoli waslu għal deċiżjonijiet differenti u kontradittorji li jqiegħdu lill-konsumaturi u lill-istabbilimenti finanzjarji f’sitwazzjoni ta’ inċertezza legali. F’dan ir-rigward, l-imsemmija qorti telenka diversi prattiki ġurisprudenzjali li hija tqis li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>jirregolaw<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> l-effetti restituttivi tal-konstatazzjoni tan-nullità, filwaqt li tistaqsi jekk dawn humiex kompatibbli mal-Artikolu 6(1) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-klawżola li timponi kummissjoni ta’ ftuħ, il-Juzgado de Primera Instancia n.°17 de Palma de Mallorca (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 17 ta’ Palma de Mallorca) tirrimarka kunsens tal-qrati provinċjali dwar in-natura inġusta u n-nullità tagħha, minħabba l-fatt li tali kummissjoni ma tikkorrispondi għal ebda servizz jew spejjeż reali jew effettivi. Madankollu, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) reċentement ikkontradixxiet din il-linja ġurisprudenzjali, billi kkunsidrat li l-kummissjoni ta’ ftuħ, bħala parti mis-suġġett prinċipali ta’ kuntratt ta’ self, kellha tiġi eskluża mill-istħarriġ tan-natura inġusta tagħha skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-fondatezza ta’ dan ir-raġunament tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) u tistaqsi wkoll jekk ir-risposta għal din id-domanda hijiex influwenzata mill-fatt li r-Renju ta’ Spanja ma ttrasponiex l-imsemmi Artikolu 4 tad-Direttiva 93/13 fid-dritt Spanjol sabiex jiżgura livell ogħla ta’ protezzjoni għall-konsumatur, skont l-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Juzgado de Primera Instancia n.° 17 de Palma de Mallorca (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 17 ta’ Palma de Mallorca, Spanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja t-tlettax-il domanda preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>1)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, id-dikjarazzjoni ta’ nullità minħabba klawżola inġusta li tattribwixxi lil min jissellef l-ispejjeż kollha ta’ formalizzazzjoni, ta’ novazzjoni jew ta’ kanċellazzjoni ta’ self b’garanżija ipotekarja tista’ tkun mibdula f’dak li jirrigwarda l-effetti restitutorji tagħha wara li tkun ġiet iddikjarata nulla minħabba li hija inġusta?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, ġurisprudenza nazzjonali li tistabbilixxi li, wara li klawżola li tattribwixxi l-ispejjeż kollha ta’ formalizzazzjoni, ta’ novazzjoni jew ta’ kanċellazzjoni ta’ self b’garanżija ipotekarja lil min jissellef tiġi ddikjarata nulla, l-ispejjeż tan-nutar u ta’ amministrazzjoni għandhom jinqasmu bin-nofs bejn is-sellief u min jissellef tista’ titqies li hija bdil minn qorti tad-dikjarazzjoni ta’ nullità ta’ klawżola inġusta u għaldaqstant tmur kontra l-prinċipju, previst fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, li klawżoli inġusti ma humiex vinkolanti fuq il-konsumatur?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, ġurisprudenza nazzjonali li tistabbilixxi li, wara li klawżola li tattribwixxi l-ispejjeż kollha ta’ formalizzazzjoni, ta’ novazzjoni jew ta’ kanċellazzjoni ta’ self b’garanżija ipotekarja lil min jissellef tiġi ddikjarata nulla, huwa wkoll min jissellef li għandu jħallas l-ispejjeż tal-istima tal-proprjetà immobbli u t-taxxa għall-istabbiliment ta’ ipoteka li jirriżultaw mill-formalizzazzjoni tas-self tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju li klawżola inġusta iddikjarata nulla ma hijiex vinkolanti fuq il-konsumatur, u l-fatt li huwa min jissellef li għandu l-oneru li jipprova li ma kienx tħalla jippreżenta l-istima tiegħu tal-proprjetà immobbli, imur kontra l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 93/13?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, tmur kontra [l-imsemmija direttiva] ġurisprudenza nazzjonali li tistabbilixxi li, wara li klawżola li tattribwixxi l-ispejjeż kollha ta’ kostituzzjoni, ta’ novazzjoni jew ta’ kanċellazzjoni ta’ self b’garanżija ipotekarja lil min jissellef tiġi ddikjarata nulla, din il-klawżola tista’ tkompli tipproduċi effetti fil-konfront ta’ min jissellef meta dan iwettaq novazzjonijiet modifikattivi jew meta jikkanċella l-ipoteka, fis-sens li jibqa’ responsabbli għall-ħlas tal-ispejjeż li jirriżultaw minn tali modifiki jew kanċellazzjoni tal-ipoteka, u l-attribuzzjoni ta’ dawn l-ispejjeż fuq min jissellef timplika ksur tal-prinċipju li klawżola inġusta iddikjarata nulla ma hijiex vinkolanti fuq il-konsumatur?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-Artikolu 6(1), moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, ġurisprudenza nazzjonali li teskludi parżjalment l-effett restitutorju ta’ dikjarazzjoni ta’ nullità ta’ klawżola inġusta li tattribwixxi lil min jissellef l-ispejjeż kollha ta’ formalizzazzjoni, ta’ novazzjoni jew ta’ kanċellazzjoni ta’ self b’garanżija ipotekarja, tmur kontra l-effett dissważiv fil-konfront tal-bejjiegħa jew tal-fornituri stabbilit fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-prinċipju, stabbilit fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li klawżoli ddikjarati nulli ma jistgħux jinbidlu, u fid-dawl tal-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 6 tad-Direttiva li klawżoli inġusti ma humiex vinkolanti fuq il-konsumatur, ġurisprudenza nazzjonali li tibdel l-effetti restitutorji, wara li klawżola li tattribwixxi l-ispejjeż kollha ta’ formalizzazzjoni, ta’ novazzjoni jew ta’ kanċellazzjoni ta’ self b’garanżija ipotekarja lil min jissellef tiġi ddikjarata nulla, billi tinvoka l-interess ta’ min jissellef, tista’ tmur kontra dan?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 93/13, ġurisprudenza nazzjonali li tistabbilixxi li klawżola msejħa kommissjoni ta’ ftuħ tissodisfa awtomatikament il-verifika ta’ trasparenza tista’ tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ inverżjoni tal-oneru tal-prova stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva, sa fejn il-bejjiegħ jew il-fornitur jkollu biss jipprova li pprovda informazzjoni minn qabel u li l-klawżola tkun ġiet innegozjata individwalment?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="11"?><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>Il-fatt li ġurisprudenza nazzjonali tistabbilixxi li konsumatur għandu <HT TYPE="ITALIC">per se</HT> jkun jaf li hija prattika abitwali li l-istabbilimenti finanzjarji jimponu kommissjoni ta’ ftuħ; u għaldaqstant, ma huwiex neċessarju li min jissellef jipproduċi xi prova biex isostni l-allegazzjoni li l-klawżola ġiet innegozjata individwalment, jew jekk bil-kontra ta’ dan, f’kull każ, min isellef għandu jipprova li l-imsemmija klawżola tkun ġiet innegozjata individwalment, imur kontra l-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/13 u kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 93/13 u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ġurisprudenza nazzjonali li tistabbilixxi li l-klawżola msejħa kommissjoni ta’ ftuħ ma tistax tiġi mistħarrġa fir-rigward tan-natura inġusta tagħha b’applikazzjoni tal-Artikolu 4(2) peress li din tkun tikkonċerna d-definizzjoni tal-għan prinċipali tal-kuntratt, tista’ tmur kontra l-imsemmija direttiva, jew inkella għandu, bil-kontra ta’ dan, jitqies li tali kommissjoni ta’ ftuħ ma tikkostitwixxix parti mill-prezz tal-kuntratt iżda remunerazzjoni sussidjarja, u għaldaqstant għandha tippermetti li l-qorti nazzjonali tkun tista’ tistħarreġ it-trasparenza u/jew il-kontenut tagħha sabiex tiddetermina jekk din tkunx inġusta taħt id-dritt nazzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, li ma ġiex traspost mil-LCGC fl-ordinament ġuridiku Spanjol, il-fatt li qorti Spanjola tinvoka u tapplika l-Artikolu 4(2) tal-istess direttiva meta tali dispożizzjoni ma ġietx trasposta fl-ordinament ġuridiku Spanjol skont ir-rieda tal-leġiżlatur, li ried livell ta’ protezzjoni sħiħ fir-rigward tal-klawżoli kollha li l-bejjiegħ jew il-fornitur ikun jista’ jinkludi f’kuntratt konkluż ma konsumaturi, inklużi dawk li jaffettwaw l-għan prinċipali tal-kuntratt, anki jekk ikunu ġew redatti b’mod ċar u li jinftihem, jekk jitqies li klawżola msejħa kommissjoni ta’ ftuħ tikkostitwixxi l-għan prinċipali tal-kuntratt ta’ self, imur kontra l-Artikolu 8 tad-Direttiva 93/13?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, il-klawżola msejħa kommissjoni ta’ ftuħ, meta ma tkunx ġiet innegozjata individwalment u meta l-istabbiliment finanzjarju ma jipprovax li din tikkorrispondi għal servizzi effettivament mogħtija u għal-spejjez li huwa jkun sostna, u meta tikkawża żbilanċ kunsiderevoli bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet kontraenti, għandha tiġi ddikjarata nulla mill-qorti nazzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>12)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-Artikolu 6(1), moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, il-kundanna tal-bejjiegħ jew tal-fornitur għall-ispejjeż, li tirriżulta minn proċedura li fiha konsumatur ikun qed jeżerċita azzjonijiet għall-annullament ta’ klawżoli inġusti inklużi f’kuntratt konkluż mal-istess konsumatur, u fil-każ li l-imsemmija dikjarazzjoni ta’ nullità ta’ klawżola abbużiva tinkiseb mill-qrati, tkun konformi mal-prinċipju li klawżola inġusta ma hijiex vinkolanti u mal-prinċipju ta’ effett dissważiv fuq il-bejjiegħ jew fuq il-fornitur meta dawn l-azzjonijiet jintlaqgħu mill-qorti nazzjonali, irrispettivament mir-restituzzjoni konkreta tal-ammonti deċiżi fis-sentenza, sa fejn, barra minn hekk, it-talba prinċipali tkun l-annullament tal-klawżola, u r-restituzzjoni tal-ammonti tkun biss talba sussidjarja marbuta mat-talba prinċipali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>13)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-prinċipju li klawżola inġusta ma hijiex vinkolanti u tal-prinċipju ta’ effett dissważiv previsti fid-Direttiva 93/13 (Artikoli 6(1) u 7(1)), l-effetti restitutorji li jirriżultaw minn dikjarazzjoni ta’ nullità ta’ klawżola inġusta inkluża f’kuntratt konkluż bejn konsumatur u bejjiegħ jew fornitur, jistgħu jiġu limitati <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> billi tintlaqa’ l-eċċezzjoni li r-restituzzjoni tal-ammont tkun preskritta, anki jekk skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali l-azzjoni għal annullament <HT TYPE="ITALIC">ab initio</HT> ta’ klawżola abbużiva ma tkunx suġġetta għall-preskrizzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑259/19</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE>, LG u PK ikkonkludew mal-istabbiliment finanzjarju BBVA kuntratt ta’ self ipotekarju li kien jinkludi klawżola li tipprovdi, skont il-qorti tar-rinviju, li l-ispejjeż kollha ta’ formalizzazzjoni u ta’ estinzjoni tal-ipoteka għandhom jiġu sostnuti mill-persuna li tissellef.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ppreżentaw rikors quddiem il-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Ceuta (il-Qorti tal-Ewwel Istanza u Istruttorja ta’ Ceuta, Spanja) intiż sabiex tiġi stabbilita n-nullità tal-imsemmija klawżola, minħabba n-natura inġusta tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li r-raġunijiet kienu, essenzjalment, analogi għal dawk tat-talba għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża C‑224/19, il-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Ceuta (il-Qorti tal-Ewwel Istanza u Istruttorja ta’ Ceuta) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>[1)</NO.P><TXT>]Sabiex tkun iggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti u l-osservanza tal-ġurisprudenza tal-Unjoni li timplimentaha, huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni, mad-[Direttiva 93/13] u, b’mod iktar partikolari, mal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 7(1) ta’ din tal-aħħar li t-Tribunal Supremo (Il-Qorti Suprema, Spanja) stabbilixxiet bħala kriterju mhux ekwivoku, fis-sentenzi tagħha Nri 44 sa 49 tat-<DATE ISO="20190123">23 ta’ Jannar 2019</DATE>, in-natura inġusta, fil-kuntratti ta’ self li jinkludu garanzija ipotekarja konklużi ma’ konsumaturi, ta’ klawżola mhux innegozzjata li tipprevedi li l-ispejjeż relatati mal-ħolqien tat-tranżazzjoni ta’ self ipotekarju għandhom jitħallsu minn min jissellef u qassmet ir-responsabbiltà għad-diversi spejjeż li jinsabu f’din il-klawżola inġusta li n-nullità tagħha ġiet ikkonstatata bejn l-istabbiliment bankarju li daħħal il-klawżola u l-konsumatur li jissellef, sabiex tiġi llimitata r-restituzzjoni tal-ammonti mħallsa indebitament b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>[2)</NO.P><TXT>]Sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti u l-osservanza tal-ġurisprudenza tal-Unjoni li timplimentaha, huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni, mad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 u, b’mod iktar partikolari, mal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 7(1) ta’ din tal-aħħar il-fatt li t-Tribunal Supremo (Il-Qorti Suprema, Spanja) tagħmel interpretazzjoni inklużiva ta’ klawżola nulla minħabba n-natura inġusta tagħha, meta t-tħassir ta’ din il-klawżola u l-effetti ta’ dan it-tħassir ma jipprekludux iż-żamma fis-seħħ tal-kuntratt ta’ self b’garanzija bankarja?<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tat-tieni sar-raba’ domandi fil-Kawża C‑224/19</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Gvern Spanjol iqajjem in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tieħu konjizzjoni tat-tieni sar-raba’ domandi preliminari fil-Kawża C‑224/19, minħabba li dawn jirrigwardaw il-kwistjoni dwar min għandu jħallas ċerti spejjeż skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ, li hija kwistjoni ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni tad-dritt nazzjonali, eskluża, bħala tali, mis-setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja skont ġurisprudenza stabbilita (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Padawan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑467/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:620">EU:C:2010:620</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li skont din il-ġurisprudenza, fil-kuntest tal-eżami ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-kuntest fattwali u leġiżlattiv tad-domandi preliminari, kif iddefinit mid-deċiżjoni tar-rinviju. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-kwistjoni dwar jekk l-interpretazzjoni mogħtija lir-regoli nazzjonali mill-qorti tar-rinviju hijiex korretta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, peress li d-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tiddeċiedi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Padawan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑467/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:620">EU:C:2010:620</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, mit-tieni sar-raba’ domandi jirriżulta b’mod ċar li l-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) u tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13. B’mod iktar speċifiku, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk dawn id-dispożizzjonijiet għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu ċerta ġurisprudenza nazzjonali. Minn dan isegwi li l-Qorti tal-Ġustizzja fl-ebda mument ma hija mitluba tinterpreta d-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li t-tieni sar-raba’ domanda fil-Kawża C‑224/19 huma ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tat-tnax-il domanda fil-Kawża C‑224/19</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Caixabank tikkontesta l-ammissibbiltà tat-tnax-il domanda magħmula fil-Kawża C‑224/19 kif ukoll il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għaliha, billi ssostni, minn naħa, li l-qorti tar-rinviju ma indikatx l-elementi utli sabiex tirrispondi għal din id-domanda, jiġifieri r-regoli nazzjonali dwar il-kundanna għall-ispejjeż u sa fejn dawn ir-regoli jistgħu jippreġudikaw id-drittijiet tal-konsumaturi ggarantiti mid-Direttiva 93/13 u, min-naħa l-oħra, li r-regoli nazzjonali dwar l-ispejjeż jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, għalkemm il-qorti tar-rinviju, fil-fatt, ma indikatx id-dispożizzjoni tad-dritt Spanjol li tirregola t-tqassim tal-ispejjeż fil-kawża prinċipali, il-Gvern Spanjol indika, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, li dan huwa l-Artikolu 394 tal-LEC, li huwa pprovda l-formulazzjoni tiegħu, b’tali mod li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-elementi neċessarji sabiex tiddeċiedi fuq it-tnax-il domanda fil-Kawża C‑224/19. Barra minn hekk, sa fejn din id-domanda ma tirrigwardax l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Artikolu 394 tal-LEC iżda, essenzjalment, il-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 6(1) jew l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni bħall-Artikolu 394 tal-LEC fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali fil-Kawża C‑224/19, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għaliha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija din tal-aħħar li għandha tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tgħinha tiddeċiedi l-kawża quddiemha. F’din il-perspettiva, jekk ikun meħtieġ, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tifformula mill-ġdid id-domandi magħmula lilha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Smith</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑122/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:631">EU:C:2018:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, iċ-ċirkustanza li qorti nazzjonali fformulat, fuq livell formali, it-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha billi rreferiet għal ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni ma tipprekludix li l-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi lil din il-qorti l-elementi ta’ interpretazzjoni kollha li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li tressqet quddiemha, sew jekk hija għamlet riferiment għalihom jew le meta għamlet id-domandi tagħha. F’dan ir-rigward, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeduċi mill-elementi kollha prodotti mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, il-punti ta’ liġi tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tat-tilwima (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160929">29 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Essent Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑492/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:732">EU:C:2016:732</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Il-ħmistax-il domanda preliminari magħmula fiż-żewġ kawżi magħquda għandhom jinġabru flimkien f’ħames partijiet, jiġifieri l-ewwel parti dwar il-klawżola relatata mal-ispejjeż tal-kostituzzjoni u r-rilaxx tal-ipoteka, it-tieni parti dwar il-klawżola li timponi kummissjoni ta’ ftuħ, it-tielet parti dwar l-iżbilanċ sinjifikattiv possibbli tad-drittijiet u tal-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw minn tali klawżola, ir-raba’ parti dwar il-limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-effetti tal-konstatazzjoni tan-nullità ta’ klawżola inġusta, u l-ħames dwar is-sistema nazzjonali ta’ tqassim tal-ispejjeż fil-kuntest ta’ rikorsi għall-konstatazzjoni tan-nullità tal-klawżoli inġusti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel sas-sitt domandi fil-Kawża C‑224/19 u ż-żewġ domandi fil-Kawża C‑259/19 dwar l-effetti tan-nullità tal-klawżola li tistipula l-ispejjeż tal-kostituzzjoni u tar-rilaxx tal-ipoteka</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn id-domandi, il-qrati tar-rinviju jistaqsu, essenzjalment, jekk l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, fil-każ ta’ nullità ta’ klawżola kuntrattwali inġusta li timponi l-ħlas tal-ispejjeż kollha tal-kostituzzjoni u tar-rilaxx tal-ipoteka mill-konsumatur, il-qorti nazzjonali tirrifjuta r-restituzzjoni lill-konsumatur tal-ammonti mħallsa skont l-imsemmija klawżola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont ġurisprudenza stabbilita, ladarba klawżola tiġi ddikjarata inġusta u, għaldaqstant, nulla, hija l-qorti nazzjonali, konformement mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, li għandha teskludi l-applikazzjoni ta’ din il-klawżola sabiex din ma tipproduċix iktar effetti vinkolanti fil-konfront tal-konsumatur, ħlief jekk dan tal-aħħar jopponi dan (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190326">26 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Abanca Corporación Bancaria u Bankia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑70/17 u C‑179/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:250">EU:C:2019:250</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-qorti nazzjonali ma tistax tirrevedi l-kontenut tal-klawżoli inġusti, ħlief sabiex tikkontribwixxi sabiex jiġi eliminat l-effett dissważiv eżerċitat fuq il-bejjiegħa jew fornituri bin-nuqqas ta’ applikazzjoni pur u sempliċi ta’ tali klawżoli inġusti fil-konfront tal-konsumatur (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Gutiérrez Naranjo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑154/15, C‑307/15 u C‑308/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:980">EU:C:2016:980</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Klawżola kuntrattwali ddikjarata inġusta għandha, għaldaqstant, titqies, bħala prinċipju, li qatt ma eżistiet, b’tali mod li ma jistax ikollha effett fil-konfront tal-konsumatur. Għaldaqstant, il-konstatazzjoni ġudizzjarja tan-natura inġusta ta’ tali klawżola għandha, bħala prinċipju, ikollha l-konsegwenza li tistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni fid-dritt u fil-fatt tal-konsumatur li kien ikun fiha fl-assenza tal-imsemmija klawżola inġusta (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Gutiérrez Naranjo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑154/15, C‑307/15 u C‑308/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:980">EU:C:2016:980</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà qieset li l-qorti nazzjonali kellha tislet il-konsegwenzi kollha li, skont id-dritt nazzjonali, jirriżultaw mill-konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola inkwistjoni sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur ma jkunx marbut b’din il-klawżola (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Asbeek Brusse u de Man Garabito</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑488/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:341">EU:C:2013:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’mod partikolari, l-obbligu għall-qorti nazzjonali li ma tapplikax klawżola kuntrattwali inġusta li timponi l-ħlas ta’ somom li jirriżultaw li ma humiex dovuti għandu, bħala prinċipju, effett restitutorju korrispondenti fir-rigward ta’ dawn l-istess somom (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Gutiérrez Naranjo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑154/15, C‑307/15 u C‑308/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:980">EU:C:2016:980</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, għandu jiġi rrilevat ukoll li l-fatt li klawżola kuntrattwali meqjusa inġusta hija meqjusa bħala li qatt ma eżistiet huwa ta’ natura li jiġġustifika l-applikazzjoni tal-eventwali dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jirregolaw it-tqassim tal-ispejjeż ta’ kostituzzjoni u ta’ rilaxx ta’ ipoteka fin-nuqqas ta’ ftehim bejn il-partijiet. Issa, għalkemm dawn id-dispożizzjonijiet jimponu fuq min<?PAGE NO="15"?> jissellef l-ispejjeż kollha jew parti minnhom, la l-Artikolu 6(1) u lanqas l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 ma jipprekludu li jiġi rrifjutat il-ħlas lura, lill-konsumatur, tal-parti tal-imsemmija spejjeż li huwa stess għandu jbati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel sas-sitt domanda fil-Kawża C‑224/19 u għaż-żewġ domandi fil-Kawża C‑259/19 għandha tkun li l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, f’każ ta’ nullità ta’ klawżola kuntrattwali inġusta li timponi l-ħlas tal-ispejjeż kollha tal-kostituzzjoni u tar-rilaxx tal-ipoteka mill-konsumatur, il-qorti nazzjonali tirrifjuta l-ħlas lura lill-konsumatur tal-ammonti mħallsa skont l-imsemmija klawżola, sakemm id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jkunu japplikaw fin-nuqqas tal-klawżola msemmija ma jkunux jimponu fuq il-konsumatur il-ħlas tat-totalità jew ta’ parti minn dawn l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-seba’ sal-għaxar domanda fil-Kawża C‑224/19 dwar l-istħarriġ tan-natura inġusta u tat-trasparenza tal-klawżola li timponi l-ħlas ta’ kummissjoni ta’ ftuħ</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn id-domandi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 3, 4(2) u 5 tad-Direttiva 93/13 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu ġurisprudenza nazzjonali li teskludi l-evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li timponi fuq il-konsumatur il-ħlas ta’ kummissjoni tal-ftuħ għar-raġuni li din tkun element tal-prezz tal-kuntratt skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva, filwaqt li tikkunsidra li tali klawżola tissodisfa fiha nnifisha r-rekwiżit ta’ trasparenza stabbilit minn din l-aħħar dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat, preliminarjament, li l-qorti tar-rinviju għamlet is-seba’ sal-ħdax-il domanda billi telqet mill-premessa li t-traspożizzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 fis-sistema legali Spanjola hija nieqsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, sabiex tingħata risposta għad-domandi preliminari f’din il-kawża, ma huwiex neċessarju li tingħata deċiżjoni dwar it-traspożizzjoni effettiva tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 fis-sistema legali Spanjola (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200303">3 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Gómez del Moral Guasch</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑125/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:138">EU:C:2020:138</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, għandu jitfakkar li l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, moqri flimkien mal-Artikolu 8 tagħha, jippermetti, madankollu, lill-Istati Membri li jipprevedu, fil-leġiżlazzjoni li tittrasponi din id-direttiva, li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>evalwazzjoni tan-natura inġusta<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> ma tkunx tirrigwarda l-klawżoli msemmija f’din id-dispożizzjoni, sakemm dawn il-klawżoli jkunu redatti b’mod ċar u li jinftiehem (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100603">3 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Caja de Ahorros y Monte de Piedad de Madrid</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑484/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:309">EU:C:2010:309</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kásler u Káslerné Rábai</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑26/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:282">EU:C:2014:282</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200303">3 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Gómez del Moral Guasch</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑125/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:138">EU:C:2020:138</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 jillimita ruħu li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>l-istima tan-natura inġusta tal-klawżoli la għandha tirrelata mad-definizzjoni tal-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt u lanqas mas-suffiċjenza tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra s-servizzi jew il-merkanzija provduti bi tpartit, fuq in-naħa l-oħra, safejn dawn il-klawżoli jkunu f’lingwaġġ sempliċi u ċar.<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-kawża prinċipali, huwa biss jekk il-klawżola li timponi l-ħlas ta’ kummissjoni għall-ftuħ mill-konsumatur kienet tirrigwarda lil wieħed miż-żewġ suġġetti msemmija iktar ’il fuq li l-istħarriġ tan-natura inġusta tagħha jista’ jiġi limitat skont l-imsemmi Artikolu 4(2).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-klawżoli tal-kuntratt li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>suġġett prinċipali tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> għandhom jinftiehmu bħala li huma dawk li jistabbilixxu l-prestazzjonijiet essenzjali ta’ dan il-kuntratt u li, bħala tali, jikkaratterizzawh. Min-naħa l-oħra, il-klawżoli li għandhom natura aċċessorja meta mqabbla ma’ dawk li jiddefinixxu l-essenza stess tar-relazzjoni kuntrattwali ma jistgħux jaqgħu taħt dan il-kunċett (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Andriciuc <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑186/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:703">EU:C:2017:703</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191003">3 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Kiss u CIB Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:820">EU:C:2019:820</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fid-dawl tan-natura, tal-istruttura ġenerali u tal-istipulazzjonijiet tal-kuntratt ta’ self ikkonċernat kif ukoll fil-kuntest legali u fattwali li dan tal-aħħar ikun jinsab fih, jekk il-klawżola inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxix element essenzjali tal-kuntratt ta’ self ipotekarju inkwistjoni fil-kawża prinċipali (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191003">3 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Kiss u CIB Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:820">EU:C:2019:820</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex il-qorti nazzjonali tiġi ggwidata fl-evalwazzjoni tagħha, huwa utli li jiġi ppreċiżat li l-portata eżatta tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>kwistjoni prinċipali tas-suġġett [suġġett prinċipali tal-kuntratt]<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>prezz<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, ma tistax tiġi ddeterminata mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE> dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="133" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 133, p. 66</REF.DOC.OJ>, bir-rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="207" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="20090811">ĠU L 207, 11.8.2009, p. 14</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="20100731">ĠU L 199, 31.7.2010, p. 40</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="234" PAGE.FIRST="46" DATE.PUB="20110910">ĠU L 234, 10.9.2011, p. 46</REF.DOC.OJ>) (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Matei</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑143/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:127">EU:C:2015:127</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, il-fatt li kummissjoni għall-ftuħ tkun inkluża fl-ispiża totali ta’ self ipotekarju ma jistax jiddetermina jekk dan huwiex servizz essenzjali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mit-termini tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 jirriżulta li t-tieni kategorija ta’ klawżoli li fir-rigward tagħhom ma tistax issir evalwazzjoni tan-natura possibbilment inġusta tagħhom, għandha portata mnaqqsa, peress li din l-esklużjoni tikkonċerna biss l-adegwatezza bejn il-prezz jew ir-remunerazzjoni prevista u s-servizzi jew l-oġġetti li għandhom jiġu pprovduti bħala korrispettiv, u din l-esklużjoni hija spjegata mill-fatt li ma teżisti ebda skala jew kriterju legali li jista’ jsostni u jiggwida l-istħarriġ ta’ din l-adegwatezza. B’hekk, il-klawżoli dwar il-korrispettiv dovut mill-konsumatur lill-persuna li ssellef jew li jinċidu fuq il-prezz effettiv li għandu jitħallas lil dan tal-aħħar mill-konsumatur, fil-prinċipju, ma jaqgħux taħt din it-tieni kategoriji ta’ klawżoli, ħlief fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-ammont tal-korrispettiv jew tal-prezz kif stabbilit fil-kuntratt ikunx adegwat għas-servizz ipprovdut bħala korrispettiv mill-persuna li ssellef (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191003">3 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Kiss u CIB Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:820">EU:C:2019:820</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li r-rekwiżit ta’ tfassil ċar u li jinftiehem li jinsab fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13, japplika fi kwalunkwe każ, inkluż meta klawżola taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva u anki jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ittraspona din id-dispożizzjoni. Dan ir-rekwiżit ma jistax jiġi ridott biss għan-natura komprensibbli fuq il-livelli formali u grammatikali ta’ klawżola kuntrattwali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200303">3 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Gómez del Moral Guasch</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑125/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:138">EU:C:2020:138</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, peress li s-sistema ta’ protezzjoni implimentata mid-Direttiva 93/13 hija bbażata fuq l-idea li l-konsumatur jinsab f’sitwazzjoni ta’ inferjorità meta mqabbel mal-bejjiegħ jew mal-fornitur f’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, il-livell ta’ informazzjoni, l-imsemmi rekwiżit għandu jinftiehem b’mod estensiv, jiġifieri, bħala li jimponi mhux biss li l-klawżola kkonċernata tkun tinftiehem mill-konsumatur fuq livell grammatikali, iżda wkoll li l-kuntratt jesponi b’mod trasparenti l-funzjonament konkret tal-mekkaniżmu li għalih tirreferi l-klawżola kkonċernata kif ukoll, jekk ikun il-każ, ir-relazzjoni bejn dan il-mekkaniżmu u dak stabbilit minn klawżoli oħra, b’tali mod li l-konsumatur jitpoġġa f’pożizzjoni li jevalwa, abbażi ta’ kriterji preċiżi u intelleġibbli, il-konsegwenzi ekonomiċi li jirriżultaw għalih minnhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kásler u<?PAGE NO="17"?> Káslerné Rábai</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑26/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:282">EU:C:2014:282</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191003">3 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Kiss u CIB Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:820">EU:C:2019:820</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200303">3 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Gómez del Moral Guasch</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑125/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:138">EU:C:2020:138</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Il-kjarezza u n-natura komprensiva tal-klawżola inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom jiġu eżaminati mill-qorti tar-rinviju fid-dawl tal-punti ta’ fatt rilevanti kollha, li fosthom hemm ir-reklamar u l-informazzjoni pprovduta mill-persuna li tissellef fil-kuntest tan-negozjati ta’ kuntratt ta’ self, u billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-livell ta’ attenzjoni li jista’ jiġi mistenni minn konsumatur medju normalment informat u raġonevolment attent u avżat (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kásler u Káslerné Rábai</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑26/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:282">EU:C:2014:282</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Matei</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑143/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:127">EU:C:2015:127</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Andriciuc <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑186/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:703">EU:C:2017:703</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200303">3 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Gómez del Moral Guasch</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑125/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:138">EU:C:2020:138</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 kif ukoll l-Artikolu 5 tagħha jipprekludu ġurisprudenza li tgħid li klawżola kuntrattwali għandha titqies li hija fiha nnifisha trasparenti, mingħajr bżonn ta’ eżami bħal dak deskritt fil-punt preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, hija għalhekk il-qorti nazzjonali, meta tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha relatati mal-konklużjoni tal-kuntratt, li għandha tivverifika jekk l-istabbiliment finanzjarju kkomunikax lill-konsumatur l-elementi suffiċjenti sabiex dan tal-aħħar isir jaf bil-kontenut u bil-funzjonament tal-klawżola li timponilu l-ħlas ta’ kummissjoni għall-ftuħ, kif ukoll ir-rwol tiegħu fil-kuntratt ta’ self. B’dan il-mod, il-konsumatur ikollu aċċess għall-motivi li jiġġustifikaw ir-remunerazzjoni li tikkorrispondi għal din il-kummissjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Matei</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑143/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:127">EU:C:2015:127</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u b’hekk jista’ jevalwa l-portata tal-impenn tiegħu u, b’mod partikolari, l-ispiża totali tal-imsemmi kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għas-seba’ sal-għaxar domanda għandha tkun li l-Artikolu 3, l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-klawżoli tal-kuntratt li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt [suġġett prinċipali tal-kuntratt]<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> għandhom jinftiehmu bħala li huma dawk li jistabbilixxu l-prestazzjonijiet essenzjali ta’ dan il-kuntratt u li, bħala tali, jikkaratterizzawh. Min-naħa l-oħra, il-klawżoli li għandhom natura aċċessorja meta mqabbla ma’ dawk li jiddefinixxu l-essenza stess tar-relazzjoni kuntrattwali ma jistgħux jaqgħu taħt dan il-kunċett. Il-fatt li kummissjoni għall-ftuħ hija inkluża fl-ispiża totali ta’ self ipotekarju ma jistax jiddetermina li dan huwa servizz essenzjali ta’ dan is-self. Fi kwalunkwe każ, qorti ta’ Stat Membru hija obbligata tistħarreġ in-natura ċara u li tinftiehem ta’ klawżola kuntrattwali dwar is-suġġett prinċipali tal-kuntratt, u dan indipendentement minn traspożizzjoni tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva fis-sistema legali ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħdax-il domanda dwar eventwali żbilanċ sinjifikattiv tad-drittijiet u tal-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw minn klawżola li timponi l-ħlas ta’ kummissjoni ta’ ftuħ</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Permezz tal-ħdax-il domanda, il-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑224/19 tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 għandux jiġi interpretat fis-sens li klawżola ta’ kuntratt ta’ self konkluż bejn konsumatur u istituzzjoni finanzjarja li timponi fuq il-konsumatur il-ħlas ta’ kummissjoni għall-ftuħ, toħloq bi ħsara għall-konsumatur żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt minkejja r-rekwiżit ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, meta l-istabbiliment finanzjarju ma jurix li din il-kummissjoni tikkorrispondi għal servizzi effettivament ipprovduti u għal spejjeż li huwa jkun sostna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat mill-ewwel li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tkopri l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>klawżola inġusta<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, kif ukoll il-kriterji li l-qorti nazzjonali tista’ jew għandha tapplika<?PAGE NO="18"?> fl-eżami ta’ klawżola kuntrattwali fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, filwaqt li hija l-qorti msemmija li għandha tiddeċiedi, billi tieħu inkunsiderazzjoni dawn il-kriterji, dwar il-klassifikazzjoni konkreta ta’ klawżola kuntrattwali partikolari skont iċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ inkwistjoni. Minn dan jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tipprovdi biss lill-qorti tar-rinviju indikazzjonijiet li din tal-aħħar hija mistennija tieħu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola kkonċernata (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191003">3 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Kiss u CIB Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:820">EU:C:2019:820</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk ir-rekwiżit ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, huwiex osservat, huwa importanti li jiġi kkonstatat li, fid-dawl tas-sittax-il premessa ta’ din, il-qorti nazzjonali għandha tivverifika għal dan il-għan jekk il-bejjiegħ jew il-fornitur, filwaqt li jkun ittratta mal-konsumatur b’mod leali u ġust, setax raġonevolment jistenna li dan tal-aħħar jaċċetta tali klawżola wara negozjati individwali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191003">3 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Kiss u CIB Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:820">EU:C:2019:820</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-eżistenza ta’ possibbli żbilanċ sinjifikattiv, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan jista’ jirriżulta mis-sempliċi fatt ta’ preġudizzju suffiċjentement serju għas-sitwazzjoni legali li fiha l-konsumatur, bħala parti għall-kuntratt inkwistjoni, jinsab skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli, kemm jekk fil-forma ta’ restrizzjoni għall-kontenut tad-drittijiet li, skont dawn id-dispożizzjonijiet, huwa għandu skont dan il-kuntratt kif ukoll jekk fil-forma ta’ ostakolu għall-eżerċizzju tagħhom jew ukoll tal-impożizzjoni fuqu ta’ obbligu supplimentari, li ma huwiex previst mir-regoli nazzjonali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191003">3 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Kiss u CIB Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:820">EU:C:2019:820</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13 jirriżulta li, in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali għandha tiġi evalwata, billi tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt u billi jsir riferiment, fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, għaċ-ċirkustanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tiegħu, kif ukoll għall-klawżoli l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta’ kuntratt ieħor li jiddependi fuqu (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191003">3 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Kiss u CIB Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:820">EU:C:2019:820</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa n-natura eventwalment inġusta tal-klawżola inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-dawl ta’ dawn il-kriterji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, kif jirriżulta mill-indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, skont il-Liġi 2/2009, il-kummissjonijiet jew l-ispejjeż mgħoddija lill-klijent għandhom jikkorrispondu għal servizzi effettivament ipprovduti jew għal ispejjeż sostnuti. Minn dan isegwi li klawżola li jkollha bħala effett li teżenta lill-bejjiegħ jew lill-fornitur mill-obbligu li juri li dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfatti fir-rigward ta’ kummissjoni għall-ftuħ, tista’, mingħajr preġudizzju għal verifika mill-qorti tar-rinviju fid-dawl tal-klawżoli kollha tal-kuntratt, taffettwa b’mod sfavorevoli l-pożizzjoni legali tal-konsumatur u, konsegwentement, toħloq, għad-detriment tiegħu, żbilanċ sinjifikattiv, minkejja r-rekwiżit ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ħdax-il domanda fil-Kawża C‑224/19 għandha tkun li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola ta’ kuntratt ta’ self konkluż bejn konsumatur u istituzzjoni finanzjarja, li timponi fuq il-konsumatur il-ħlas ta’ kummissjoni ta’ ftuħ, tista’ toħloq għad-detriment tal-konsumatur żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt minkejja r-rekwiżit ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, meta l-istabbiliment finanzjarju ma jurix li din il-kummissjoni tikkorrispondi għal servizzi effettivament ipprovduti u għal spejjeż li dan ikun għamel, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="19"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tlettax-il domanda fil-Kawża C‑224/19 dwar il-limitazzjoni tal-effetti tan-nullità ta’ klawżola inġusta permezz tal-iffissar ta’ terminu ta’ preskrizzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Permezz tat-tlettax-il domanda tagħha magħmula fil-Kawża C‑224/19, li għandha tiġi eżaminata qabel it-tnax-il domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux ġurisprudenza nazzjonali li tipprevedi li t-tressiq tal-azzjoni intiża sabiex jiġu invokati l-effetti restituttivi tal-konstatazzjoni tan-nullità ta’ klawżola kuntrattwali inġusta tkun suġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni, minkejja li skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-azzjoni intiża sabiex tiġi kkostitwita n-nullità assoluta ta’ klawżola kuntrattwali inġusta ma tkunx suġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-protezzjoni li d-Direttiva 93/13 tiżgura lill-konsumaturi tipprekludi leġiżlazzjoni interna li tipprojbixxi lill-qorti nazzjonali, fl-iskadenza ta’ terminu ta’ dekadenza, milli żżomm in-natura inġusta ta’ klawżola inkluża f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021121">21 ta’ Novembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Cofidis</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑473/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:705">EU:C:2002:705</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet li l-protezzjoni tal-konsumatur ma hijiex ta’ natura assoluta (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Gutiérrez Naranjo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑154/15, C‑307/15 u C‑308/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:980">EU:C:2016:980</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u li l-iffissar ta’ termini raġonevoli għall-preżentata ta’ rikorsi taħt piena ta’ dekadenza fl-interess taċ-ċertezza legali huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091006">6 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Asturcom Telecomunicaciones</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑40/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:615">EU:C:2009:615</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Gutiérrez Naranjo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑154/15, C‑307/15 u C‑308/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:980">EU:C:2016:980</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni f’dan il-qasam, il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumaturi prevista fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, jaqgħu taħt is-sistema legali interna tal-Istati Membri skont il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali ta’ dawn tal-aħħar. Madankollu, dawn il-modalitajiet ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili ta’ natura nazzjonali (prinċipju ta’ ekwivalenza) u lanqas għandhom jitmexxew b’mod li jirrendu fil-prattika impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt Komunitarju (prinċipju ta’ effettività) (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Mostaza Claro</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑168/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:675">EU:C:2006:675</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, filwaqt li tipprevedi n-natura mhux preskrittibbli tal-azzjoni intiża sabiex tiġi kkonstatata n-nullità ta’ klawżola inġusta li tinsab f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, tissuġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni l-azzjoni intiża sabiex jiġu invokati l-effetti restituttivi ta’ din il-konstatazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, f’dak li jikkonċerna l-prinċipju ta’ effettività, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li kull każ fejn tqum il-kwistjoni dwar jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali tagħmilx impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi analizzat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rwol ta’ din id-dispożizzjoni fil-proċedura kollha, l-iżvolġiment u l-partikolaritajiet tagħha, quddiem il-varji istanzi nazzjonali. F’din il-perspettiva, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, il-prinċipji li fuqhom hija bbażata s-sistema ġudizzjarja nazzjonali, bħall-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-iżvolġiment korrett tal-proċedura (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190626">26 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Addiko Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑407/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:537">EU:C:2019:537</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju tindika li din hija kwistjoni dwar l-applikazzjoni eventwali għall-azzjoni intiża sabiex jiġu invokati l-effetti restituttivi tal-konstatazzjoni tan-nullità ta’ klawżola inġusta ta’ kuntratt ipotekarju, tat-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin previst fl-Artikolu 1964(2) tal-Kodiċi Ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Sa fejn it-termini ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Barth</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑542/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:193">EU:C:2010:193</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) jew ta’ sentejn (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Banca Antoniana Popolare Veneta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑427/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:844">EU:C:2011:844</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) ġew meqjusa fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala li huma konformi mal-prinċipju ta’ effettività, għandu jitqies li terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin applikabbli għall-azzjoni intiża sabiex jiġu invokati l-effetti restituttivi tal-konstatazzjoni tan-nullità ta’ klawżola inġusta, ma jidhirx, fil-prinċipju u mingħajr preġudizzju għall-evalwazzjoni, mill-qorti tar-rinviju, tal-elementi msemmija fil-punt 85 ta’ din is-sentenza, li huwa tali li jirrendi prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll, essenzjalment, dwar in-natura kompatibbli mal-prinċipju ta’ effettività moqri flimkien mal-prinċipju ta’ ċertezza legali, ta’ ġurisprudenza nazzjonali li tipprovdi li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin għall-preżentata ta’ azzjoni intiża sabiex jiġu invokati l-effetti restituttivi tal-konstatazzjoni tan-nullità ta’ klawżola kuntrattwali inġusta jibda jiddekorri mill-konklużjoni tal-kuntratt li jinkludi din il-klawżola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li dan it-terminu, previst fl-Artikolu 1964(2) tal-Kodiċi Ċivili, jidher li jibda jiddekorri mill-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju li jinkludi klawżola inġusta, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li huwa possibbli li l-konsumaturi ma jkunux jafu dwar in-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab f’kuntratt ta’ self ipotekarju jew ma jipperċepixxux il-portata tad-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mid-Direttiva 93/13 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Profi Credit Polska</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑176/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:711">EU:C:2018:711</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Issa, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin li jibda jiddekorri mill-konklużjoni tal-kuntratt, sa fejn din timplika li l-konsumatur jista’ jitlob ħlas lura tal-pagamenti mwettqa b’eżekuzzjoni ta’ klawżola kuntrattwali meqjusa inġusta biss matul l-ewwel ħames snin wara l-iffirmar tal-kuntratt, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk huwa kienx jaf jew setax raġonevolment ikun jaf bin-natura inġusta ta’ din il-klawżola, hija ta’ natura li tagħmel eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ dan il-konsumatur mogħtija mid-Direttiva 93/13 u, għaldaqstant, tikser il-prinċipju ta’ effettività moqri flimkien mal-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tlettax-il domanda magħmula fil-Kawża C‑224/19 għandha tkun li l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-preżentata tal-azzjoni intiża sabiex jiġu invokati l-effetti restituttivi tal-konstatazzjoni tan-nullità ta’ klawżola kuntrattwali inġusta tkun suġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni, sakemm il-bidu tad-dekorrenza ta’ dan it-terminu kif ukoll it-tul tiegħu ma jrendux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-dritt tal-konsumatur li jitlob tali restituzzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tnax-il domanda fil-Kawża C‑224/19 dwar il-kompatibbiltà tas-sistema legali ta’ tqassim tal-ispejjeż mad-Direttiva 93/13</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Permezz tat-tnax-il domanda tagħha magħmula fil-Kawża C‑224/19, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sistema li tippermetti li parti mill-ispejjeż proċedurali tiġi imposta fuq il-konsumatur, skont il-livell tas-somom imħallsa indebitament li jitħallsu lura lilu wara l-konstatazzjoni tan-nullità ta’ klawżola kuntrattwali minħabba n-natura inġusta tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-elementi tal-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-applikazzjoni tal-Artikolu 394 tal-LEC jista’ jkollha l-effett li ma tikkundannax lill-bejjiegħ jew lill-fornitur għall-ispejjeż kollha meta tintlaqa’ kompletament l-azzjoni għal nullità ta’ klawżola kuntrattwali inġusta mressqa minn konsumatur, iżda li tintlaqa’ biss parzjalment l-azzjoni għall-ħlas lura tas-somom imħallsa skont din il-klawżola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza, imsemmija fil-punt 83 ta’ din is-sentenza jirriżulta li t-tqassim tal-ispejjeż ta’ proċedura ġudizzjarja quddiem il-qrati nazzjonali jaqa’ taħt l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri mingħajr preġudizzju għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li xejn fil-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jippermetti li jiġi kkonstatat li s-sistema msemmija tapplika b’mod differenti skont jekk id-dritt inkwistjoni jingħatax mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt nazzjonali. Madankollu, huwa neċessarju li tingħata deċiżjoni dwar il-kwistjoni jekk huwiex kompatibbli mal-prinċipju ta’ effettività l-fatt li l-konsumatur jitgħabba bl-ispejjeż ta’ proċedura skont l-ammonti restitwiti lilu, meta jkun rebaħ il-kawża f’dak li jirrigwarda n-natura inġusta tal-klawżola kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni tal-osservanza tal-prinċipju ta’ effettività, din għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-elementi mfakkra fil-punt 85 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-Direttiva 93/13 tagħti d-dritt lill-konsumatur li jindirizza ruħu quddiem qorti sabiex tiġi kkonstatata n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali u sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni tagħha. Jekk id-destin tal-ispejjeż ta’ tali proċedura jkun jiddependi biss fuq l-ammonti mħallsa indebitament u li tkun ordnata r-restituzzjoni tagħhom, dan ikun ta’ natura li jiddiswadi lill-konsumatur milli jeżerċita l-imsemmi dritt, fid-dawl tal-ispejjeż li tkun twassal għalihom azzjoni ġudizzjarja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Profi Credit Polska</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑176/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:711">EU:C:2018:711</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tnax-il domanda magħmula fil-Kawża C‑224/19 għandha tkun li l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sistema li tippermetti li parti mill-ispejjeż proċedurali tiġi imposta fuq il-konsumatur skont il-livell tas-somom imħallsa indebitament li jitħallsu lura lilu wara l-konstatazzjoni tan-nullità ta’ klawżola kuntrattwali minħabba n-natura inġusta tagħha, peress li tali sistema toħloq ostakolu sostanzjali li jista’ jiskoraġġixxi lill-konsumaturi milli jeżerċitaw id-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv tan-natura potenzjalment inġusta tal-klawżoli kuntrattwali kif stabbilit mid-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawżi prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, f’każ ta’ nullità ta’ klawżola kuntrattwali inġusta li timponi l-ħlas tal-ispejjeż kollha tal-kostituzzjoni u tar-rilaxx tal-ipoteka mill-konsumatur, il-qorti nazzjonali tirrifjuta l-ħlas lura lill-konsumatur tal-ammonti mħallsa skont l-imsemmija klawżola, sakemm id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jkunu japplikaw fin-nuqqas tal-klawżola msemmija ma jkunux jimponu fuq il-konsumatur il-ħlas tat-totalità jew ta’ parti minn dawn l-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="22"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3, l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-klawżoli tal-kuntratt li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt [suġġett prinċipali tal-kuntratt]<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> għandhom jinftiehmu bħala li huma dawk li jistabbilixxu l-prestazzjonijiet essenzjali ta’ dan il-kuntratt u li, bħala tali, jikkaratterizzawh. Min-naħa l-oħra, il-klawżoli li għandhom natura aċċessorja meta mqabbla ma’ dawk li jiddefinixxu l-essenza stess tar-relazzjoni kuntrattwali ma jistgħux jaqgħu taħt dan il-kunċett. Il-fatt li kummissjoni għall-ftuħ hija inkluża fl-ispiża totali ta’ self ipotekarju ma jistax jiddetermina li dan huwa servizz essenzjali ta’ dan is-self. Fi kwalunkwe każ, qorti ta’ Stat Membru hija obbligata tistħarreġ in-natura ċara u li tinftiehem ta’ klawżola kuntrattwali dwar is-suġġett prinċipali tal-kuntratt, u dan indipendentement minn traspożizzjoni tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva fis-sistema legali ta’ dan l-Istat Membru.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola ta’ kuntratt ta’ self konkluż bejn konsumatur u istituzzjoni finanzjarja, li timponi fuq il-konsumatur il-ħlas ta’ kummissjoni ta’ ftuħ, tista’ toħloq għad-detriment tal-konsumatur żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt minkejja r-rekwiżit ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, meta l-istabbiliment finanzjarju ma jurix li din il-kummissjoni tikkorrispondi għal servizzi effettivament ipprovduti u għal spejjeż li dan ikun għamel, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-preżentata tal-azzjoni intiża sabiex jiġu invokati l-effetti restituttivi tal-konstatazzjoni tan-nullità ta’ klawżola kuntrattwali inġusta tkun suġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni, sakemm il-bidu tad-dekorrenza ta’ dan it-terminu kif ukoll it-tul tiegħu ma jrendux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-dritt tal-konsumatur li jitlob tali restituzzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sistema li tippermetti li parti mill-ispejjeż proċedurali tiġi imposta fuq il-konsumatur skont il-livell tas-somom imħallsa indebitament li jitħallsu lura lilu wara l-konstatazzjoni tan-nullità ta’ klawżola kuntrattwali minħabba n-natura inġusta tagħha, peress li tali sistema toħloq ostakolu sostanzjali li jista’ jiskoraġġixxi lill-konsumaturi milli jeżerċitaw id-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv tan-natura potenzjalment inġusta tal-klawżoli kuntrattwali kif stabbilit mid-Direttiva 93/13.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>