22.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 51/19


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/310

tat-18 ta' Frar 2019

li tawtorizza lill-Polonja tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fil-15 ta' Mejju 2018, il-Polonja talbet awtorizzazzjoni sabiex tintroduċi miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tapplika mekkaniżmu ta' ħlas maqsum (il-“miżura speċjali”). Il-miżura speċjali jenħtieġ li tirrikjedi l-inklużjoni ta' dikjarazzjoni speċjali li t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) trid titħallas fil-kont tal-VAT imblukkat tal-fornitur fuq il-fatturi maħruġa fir-rigward tal-provvisti ta' merkanzija u servizzi suxxettibbli għall-frodi u ġeneralment koperti mill-mekkaniżmu tar-reverse charge u mill-obbligazzjoni in solidum fil-Polonja. Il-Polonja talbet il-miżura speċjali għal perijodu ta' tliet snin, mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2021.

(2)

F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni bagħtet it-talba tal-Polonja lill-Istati Membri l-oħra permezz tal-ittri datati t-3 ta' Settembru 2018. Permezz tal-ittra datata l-4 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Polonja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tqis it-talba.

(3)

Il-Polonja diġà ħadet bosta miżuri sabiex tiġġieled il-frodi. Fost oħrajn hija introduċiet il-mekkaniżmu ta' reverse charge u tal-obbligazzjoni in solidum tal-fornitur u tal-klijent, il-Fajl Standard tal-Awditjar, regoli aktar stretti għar-reġistrazzjoni u t-tneħħija tar-reġistrazzjoni tal-VAT tal-persuni taxxabbli, żiedet l-għadd ta' awditi. Madankollu, il-Polonja tqis li dawk il-miżuri mhumiex biżżejjed sabiex tiġi pprevenuta l-frodi tal-VAT.

(4)

Il-Polonja hija tal-fehma li l-applikazzjoni tal-miżura speċjali ser telimina l-frodi tal-VAT. Billi, skont il-mekkaniżmu ta' ħlas maqsum, l-ammont ta' VAT iddepożitat fuq kont tal-VAT separat ta' fornitur (persuna taxxabbli) jista' jintuża biss għal skopijiet ristretti, jiġifieri għall-ħlas tal-obbligazzjoni tal-VAT lill-awtorità tat-taxxa jew għall-ħlas tal-VAT fuq il-fatturi riċevuti mill-fornituri, l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom garanzija akbar li jirċievu l-ammont sħiħ tal-VAT li jenħtieġ li jiġi ttrasferit mill-persuna taxxabbli lit-Teżor tal-Istat Pollakk.

(5)

Il-Polonja introduċiet il-mekkaniżmu volontarju ta' ħlas maqsum fl-1 ta' Lulju 2018. Il-Polonja hija tal-fehma li, f'oqsma li huma partikolarment esposti għall-frodi tal-VAT, jenħtieġ li tiġi introdotta l-miżura speċjali. Dawk l-oqsma huma setturi tal-ekonomija bħall-azzar, ir-ruttam, it-tagħmir elettroniku, id-deheb, il-metalli mhux tal-ħadid, il-fjuwil u l-plastik. Dawk l-oqsma huma ġeneralment koperti mill-mekkaniżmu ta' reverse charge u mill-obbligazzjoni in solidum tal-fornitur u tal-klijent fil-Polonja.

(6)

Il-miżura speċjali ser tapplika għall-provvisti bejn il-persuni taxxabbli ta' merkanzija u servizzi elenkati fl-Anness dwar fornimenti minn negozju għal negozju (B2B) u ser tkopri biss it-trasferimenti bankarji elettroniċi.

(7)

Fil-każ ta' surplus tat-taxxa fuq ix-xiri li jaqbeż it-taxxa fuq il-bejgħ li huwa rikonoxxut mill-fornitur fid-dikjarazzjoni tal-VAT bħala ammont rifuż, il-ħlas ta' tali rifużjoni normalment titwettaq fi żmien 60 jum f'kont regolari tal-fornitur. Madankollu, il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li, għat-tranżazzjonijiet koperti mill-miżura speċjali, fuq it-talba ta' fornitur li għandu kont tal-VAT imblukkat, ir-rifużjoni għandha ssir fi żmien 25 jum.

(8)

Il-fornituri ma għandhomx iġarrbu spejjeż għall-ftuħ u t-tħaddim tal-kont tal-bank tal-VAT, peress li l-kont tal-VAT għandu jkun ħieles minn kwalunkwe kummissjoni u tariffa tal-bank.

(9)

Il-miżura speċjali għandha tkun tapplika għall-fornituri kollha, inklużi dawk il-fornituri li mhumiex stabbiliti fil-Polonja, minħabba li jrid ikollhom kont tal-bank imħaddem skont il-Liġi Bankarja Pollakka. F'dan ir-rigward, il-Polonja kkonfermat li l-fornituri mhux ser iġarrbu spejjeż addizzjonali relatati mal-obbligu li jiftħu kont tal-bank fil-Polonja, minħabba li dawk il-fornituri ser ikunu jistgħu jiftħu u jżommu l-kont tal-bank għall-ħlasijiet tal-VAT fil-Polonja mingħajr ebda ħlas.

(10)

Il-miżura speċjali kif prevista mill-Polonja ser timponi bidliet sinifikanti fuq il-fornituri. Is-sistema diġà ilha topera mill-1 ta' Lulju 2018 fuq bażi volontarja u l-persuni taxxabbli kellhom l-opportunità li jiffamiljarizzaw ruħhom magħha.

(11)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura speċjali għall-provvisti ta' merkanzija u servizzi suxxettibbli għall-frodi x'aktarx twassal għal riżultati effettivi fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT. Ġeneralment, id-derogi jingħataw għal perijodu ta' żmien limitat. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżura speċjali tiġi awtorizzata mill-1 ta' Marzu 2019 sat-28 ta' Frar 2022.

(12)

Minħabba n-novità u l-ambitu wiesa' tal-miżura speċjali, huwa importanti li jiġi żgurat is-segwitu neċessarju. B'mod partikolari, tali segwitu jeħtieġ li jiffoka, fost oħrajn, fuq l-impatt tal-miżura speċjali fuq il-livell ta' frodi tal-VAT u fuq il-persuni taxxabbli rigward ir-rifużjonijiet tal-VAT, il-piż amministrattiv, l-ispejjeż għall-persuni taxxabbli. Għalhekk, il-Polonja jenħtieġ li tipprovdi rapport dwar l-impatt tal-miżura speċjali 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-miżura speċjali fil-Polonja.

(13)

Il-miżura speċjali mhux ser ikollha effett negattiv fuq l-ammont globali tad-dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u mhux ser ikollha effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Polonja hija awtorizzata tintroduċi dikjarazzjoni speċjali li l-VAT għandha titħallas lill-kont tal-bank tal-VAT imblukkat u separat tal-fornitur miftuħ fil-Polonja fuq il-fatturi maħruġa fir-rigward tal-provvisti bejn il-persuni taxxabbli ta' merkanzija u servizzi elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, fejn il-ħlasijiet għall-provvisti jsiru permezz ta' trasferimenti bankarji elettroniċi.

Artikolu 2

Il-Polonja għandha tinnotifika l-miżura nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1 lill-Kummissjoni.

Fi żmien 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ fil-Polonja tal-miżura msemmija fl-Artikolu 1, il-Polonja għandha tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar l-impatt globali tagħha fuq il-livell ta' frodi tal-VAT u fuq il-persuni taxxabbli kkonċernati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Marzu 2019 sat-28 ta' Frar 2022.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

N. BĂDĂLĂU


(1)   ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


ANNESS

Lista tal-provvisti ta' merkanzija u servizzi koperti mill-Artikolu 1

L-Artikolu 1 għandu japplika għall-provvisti li ġejjin ta' merkanzija u servizzi deskritti skont il-Klassifikazzjoni Pollakka tal-Prodotti u s-Servizzi (PKWiU):

Entrata

PKWiU

Isem tal-merkanzija (grupp ta' merkanzija)/Isem tas-servizzi (grupp ta' servizzi)

1

24.10.12.0

Ligi tal-ħadid

2

24.10.14.0

Gerbub u trab tal-ħadid fondut grezz, ħadid fondut grezz jew azzar spekulari

3

24.10.31.0

Prodotti llaminati ċatti tal-azzar mhux illigat, sempliċement illaminati bis-sħana, b'wisa' ta' >= 600 mm

4

24.10.32.0

Prodotti llaminati ċatti tal-azzar mhux illigat, sempliċement illaminati bis-sħana, b'wisa' ta' < 600 mm

5

24.10.35.0

Prodotti llaminati ċatti ta' azzar illigat ieħor, sempliċement illaminati bis-sħana, b'wisa' ta' >= 600 mm, minbarra l-prodotti tal-azzar siliċju msejħa elettriċi

6

24.10.36.0

Prodotti llaminati ċatti ta' azzar illigat ieħor, sempliċement illaminati bis-sħana, b'wisa' ta' < 600 mm, minbarra l-prodotti tal-azzar siliċju msejħa elettriċi

7

24.10.41.0

Prodotti llaminati ċatti tal-azzar mhux illigat, sempliċement illaminati fil-kiesaħ, b'wisa' ta' >= 600 mm

8

24.10.43.0

Prodotti llaminati ċatti ta' azzar mhux illigat, sempliċement illaminati fil-kiesaħ, b'wisa' ta' >= 600 mm, minbarra l-prodotti tal-azzar siliċju msejħa elettriċi

9

24.10.51.0

Prodotti llaminati ċatti ta' azzar mhux illigat, b'wisa' ta' >= 600 mm, indurati jew miksijin

10

24.10.52.0

Prodotti llaminati ċatti ta' azzar illigat ieħor, b'wisa' ta' >= 600 mm, indurati jew miksijin

11

24.10.61.0

Staneg u vireg, illaminati bis-sħana, f'kojls mibruma b'mod irregolari, ta' azzar mhux illigat

12

24.10.62.0

Staneg u vireg oħrajn tal-azzar, sempliċement mikwijin fil-forġa, illaminati jew estrużi bis-sħana, iżda inklużi dawk milwija wara l-laminazzjoni

13

24.10.65.0

Staneg u vireg, illaminati bis-sħana, f'kojls mibruma b'mod irregolari, ta' azzar illigat ieħor

14

24.10.66.0

Staneg u vireg oħrajn ta' azzar illigat ieħor, sempliċement mikwijin fil-forġa, illaminati jew estrużi bis-sħana, iżda inklużi dawk milwija wara l-laminazzjoni

15

24.10.71.0

Sezzjonijiet miftuħin, sempliċement illaminati jew estrużi bis-sħana, ta' azzar mhux illigat

16

24.10.73.0

Sezzjonijiet miftuħin, sempliċement illaminati jew estrużi bis-sħana, ta' azzar illigat ieħor

17

24.31.10.0

Staneg illaminati fil-kiesaħ u profili solidi ta' azzar mhux illigat

18

24.31.20.0

Staneg illaminati fil-kiesaħ u profili solidi ta' azzar illigat, minbarra azzar inossidabbli

19

24.32.10.0

Prodotti tal-azzar ċatti llaminati fil-kiesaħ, mhux miksijin, b'wisa' ta' < 600 mm

20

24.32.20.0

Prodotti tal-azzar ċatti llaminati fil-kiesaħ, indurati jew miksijin, b'wisa' ta' < 600 mm

21

24.33.11.0

Sezzjonijiet miftuħin iffurmati fil-kiesaħ jew mitwijin ta' azzar mhux illigat

22

24.33.20.0

Pjanċi b'linji mqabbżin ta' azzar mhux illigat

23

24.34.11.0

Wajer illaminat fil-kiesaħ ta' azzar mhux illigat

24

24.41.10.0

Fidda mhux maħduma jew f'forma semimanifatturata, jew f'għamla ta' trab

25

ex 24.41.20.0

Deheb mhux maħdum jew f'forma semimanifatturata, jew f'għamla ta' trab, minbarra deheb ta' investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 121 tal-Att, soġġett għall-entrata 27

26

24.41.30.0

Platinu mhux maħdum jew f'forma semimanifatturata, jew f'għamla ta' trab

27

Irrispettivament mis-simbolu ta' PKWiU

Deheb ta' investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 121 tal-Att

28

ex 24.41.40.0

Metalli komuni jew fidda, indurati bid-deheb, f'forma semimanifatturata - esklussivament miksija bil-fidda, bid-deheb, f'forma semimanifatturata

29

ex 24.41.50.0

Metalli komuni miksija bil-fidda u metalli komuni, fidda jew deheb, miksija bil-platinu, f'forma semimanifatturata - esklussivament miksija bil-fidda u d-deheb, f'forma semimanifatturata

30

24.42.11.0

Aluminju mhux maħdum

31

24.43.11.0

Ċomb mhux maħdum

32

24.43.12.0

Żingu mhux maħdum

33

24.43.13.0

Landa mhux maħduma

34

24.44.12.0

Ram, mhux raffinat; anodi tar-ram għar-raffinar elettrolitiku

35

24.44.13.0

Ram raffinat u ligi tar-ram, mhux maħdumin; ligi prinċipali tar-ram

36

24.44.21.0

Trabijiet u laqx tar-ram

37

24.44.22.0

Staneg, vireg u profili tar-ram

38

24.44.23.0

Wajer tar-ram

39

24.45.11.0

Nikil mhux maħdum

40

ex 24.45.30.0

Metalli mhux ferrużi oħrajn u prodotti magħmulin mill-istess materjal; ċermiti; irmied u residwi li fihom metalli u komposti tal-metall - esklussivament skart u ruttam ta' metall mhux prezzjuż

41

ex 26.11.30.0

Ċirkwiti integrati elettroniċi - esklussivament proċessuri

42

ex 26.20.11.0

Makkinarju portabbli għall-ipproċessar tad-data, li jiżen <= 10 kg, bħal laptops u notebooks; Kompjuters li jinżammu fl-idejn (bħal notebooks) u simili - esklussivament kompjuters portabbli bħal tablets, notebooks, laptops

43

ex 26.30.22.0

Telefons ċellulari jew netwerks bla fili oħrajn - mobiles biss, inklużi smartphones

44

ex 26.40.60.0

Konsols tal-logħob vidjo (bħal dawk li jintużaw ma' sett tat-televiżjoni jew skrin awtonomu) u apparat ieħor tal-logħob jew tal-logħob tal-azzard b'displej elettroniku - minbarra parts u aċċessorji

45

ex 32.12.13.0

Ġojjellerija u partijiet tagħha, kif ukoll ġojjellerija oħra u partijiet tagħha, magħmula minn deheb u fidda jew miksija b'metall prezzjuż - esklussivament partijiet ta' ġojjellerija u partijiet ta' ġojjellerija oħra tad-deheb, tal-fidda u tal-platinu, jiġifieri ġojjellerija mhux lesta jew inkompleta u partijiet distinti ta' ġojjellerija inklużi dawk mgħottija jew miksija b'metall prezzjuż

46

38.11.49.0

Strutturi mfarrkin, minbarra bastimenti u strutturi li jżommu f'wiċċ l-ilma, għaż-żarmar

47

38.11.51.0

Skart tal-ħġieġ

48

38.11.52.0

Skart tal-karti u l-kartun

49

38.11.54.0

Skart tal-gomma ieħor

50

38.11.55.0

Skart tal-plastik

51

38.11.58.0

Skart li fih il-metall minbarra skart perikoluż

52

38.12.26.0

Skart tal-metall perikoluż

53

38.12.27

Skart u ċelloli u akkumulaturi tal-elettriku difettużi; ċelloli u batteriji galvaniċi u akkumulaturi tal-elettriku użati

54

38.32.2

Materja prima sekondarja tal-metall

55

38.32.31.0

Materja prima sekondarja tal-ħġieġ

56

38.32.32.0

Materja prima sekondarja tal-karti u l-kartun

57

38.32.33.0

Materja prima sekondarja tal-plastik

58

38.32.34.0

Materja prima sekondarja tal-gomma

59

24.20.11.0

Pajpijiet għal linji ta' tip użat għal pipelines taż-żejt jew tal-gass, mingħajr saldatura, tal-azzar

60

24.20.12.0

Kejsing, tubi u pajp għat-tħaffir, ta' tip użat fit-tħaffir għaż-żejt jew għall-gass, mingħajr saldatura, tal-azzar

61

24.20.13.0

Tubi u pajpijiet oħrajn, ta' sezzjoni trażversali ċirkolari, tal-azzar

62

24.20.31.0

Pajpijiet għal linji ta' tip użat għal pipelines taż-żejt jew tal-gass, iwweldjati, b'dijametru estern ta' <= 406,4 mm, tal-azzar

63

24.20.33.0

Tubi u pajpijiet oħrajn, ta' sezzjoni trażversali ċirkolari, iwweldjati, b'dijametru estern ta' <= 406,4 mm, tal-azzar

64

24.20.34.0

Tubi u pajpijiet, ta' sezzjoni trażversali mhux ċirkolari, iwweldjati, b'dijametru estern ta' <= 406,4 mm, tal-azzar

65

24.20.40.0

Fittings tat-tubi u tal-pajpijiet tal-azzar, mhux fonduti

66

ex 25.11.23.0

Strutturi oħrajn u partijiet minn strutturi, pjanċi, vireg, angoli, forom u oġġetti simili, tal-ħadid, tal-azzar jew tal-aluminju – tal-azzar biss

67

ex 25.93.13.0

Ċraret, grills, xbieki u lqugħ, magħmula minn wajer tal-ħadid, tal-azzar jew tar-ram; metall espandut, tal-ħadid, tal-azzar jew tar-ram – tal-azzar biss

68

 

Petrol għall-magni, żejt diżil, gass tal-fjuwil– skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet dwar id-dazju tas-sisa

69

 

Żejt għat-tisħin u żejt lubrifikanti – skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet dwar id-dazju tas-sisa

70

ex 10.4

Żjut u xaħmijiet veġetali u tal-annimali – esklussivament żejt tal-kolza

71

ex 20.59.12.0

Emulsjonijiet għas-sensitizzazzjoni tas-superfiċe għall-użu fil-fotografija; preparazzjonijiet kimiċi għall-użu fil-fotografija, mhux ikklassifikati band'oħra (m.k.b.) – esklussivament toners mingħajr print head għal magni għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data.

72

ex 20.59.30.0

Linka tat-typewriter, draft ink u linka oħra - esklussivament cartridges tal-linka mingħajr print head għal magni għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data

73

ex 22.21.30.0

Pjanċi, folji, film, fojl, strixxi u strixxi tal-plastik, mhux rinfurzati, illaminati jew ikkombinati ma' materjal ieħor

74

ex 26.20.21.0

Unitajiet tal-memorja - esklussivament diski riġidi (HDDs)

75

ex 26.20.22.0

Apparat għall-ħżin fi stat solidu - esklussivament SSDs

76

ex 26.70.13.0

Kameras diġitali u camcorders diġitali - esklussivament kameras diġitali

77

ex 28.23.26.0

Parts u aċċessorji għal fotokopjaturi - esklussivament cartridges tal-linka u print heads għal printers għal magni għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data, toners bi print head għall-printers għal magni għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data

78

ex 58.29.11.0

Pakketti ta' softwer tas-sistema operattiva - esklussivament SSD

79

ex 58.29.29.0

Pakketti ta' softwer oħrajn - esklussivament SSDs

80

ex 59.11.23.0

Vidjos u reġistrazzjonijiet bil-vidjo fuq diski, tejps manjetiċi u mezzi simili - esklussivament SSDs

81

irrispettivament mis-simbolu ta' PKWiU

Servizzi ta' trasferiment ta' kwota tal-emissjonijiet ta' GHG imsemmija fl-Att tat-12 ta' Ġunju 2015 dwar Skema ta' Skambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet ta' Gass Serra (Ġurnal Uffiċjali tal-2017, entrata 568)

82

41.00.30.0

Xogħol ta' kostruzzjoni fuq bini residenzjali (xogħlijiet fuq il-kostruzzjoni ta' bini ġdid, rikostruzzjoni jew rinnovazzjoni ta' bini eżistenti)

83

41.00.40.0

Xogħol ta' kostruzzjoni fuq bini mhux residenzjali (xogħlijiet fuq il-kostruzzjoni ta' bini ġdid, rikostruzzjoni jew rinnovazzjoni ta' bini eżistenti)

84

42.11.20.0

Xogħlijiet ta' kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta' awtostradi, toroq u toroq oħrajn għal vetturi u persuni bil-mixi u l-kostruzzjoni ta' runways

85

42.12.20.0

Xogħlijiet ta' kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta' linji ferrovjarji u metrò

86

42.13.20.0

Xogħlijiet ta' kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta' pontijiet u mini

87

42.21.21.0

Xogħlijiet ta' kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta' pipelines tat-trażmissjoni

88

42.21.22.0

Xogħlijiet ta' kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta' netwerks ta' distribuzzjoni, inklużi xogħlijiet awżiljarji

89

42.21.23.0

Xogħlijiet ta' kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta' sistemi ta' irrigazzjoni (kanali tad-drenaġġ), linji tat-trażmissjoni tal-ilma, faċilitajiet għat-trattament tal-ilma u t-trattament tad-drenaġġ u stazzjonijiet tal-ippumpjar

90

42.21.24.0

Xogħlijiet li jinvolvu t-tħaffir ta' bjar u bokok tal-ilma u l-installazzjoni ta' tankijiet settiċi

91

42.22.21.0

Xogħlijiet ta' kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta' linji tat-telekomunikazzjoni u tat-trażmissjoni tal-enerġija

92

42.22.22.0

Xogħlijiet ta' kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta' linji tat-telekomunikazzjoni u tad-distribuzzjoni tal-enerġija

93

42.22.23.0

Xogħlijiet ta' kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta' impjanti tal-enerġija

94

42.91.20.0

Xogħlijiet ta' kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta' mollijiet, portijiet, digi, magħluq u faċilitajiet idrotekniċi relatati

95

42.99.21.0

Xogħlijiet ta' kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta' faċilitajiet tal-produzzjoni u tat-tħaffir fil-minjieri

96

42.99.22.0

Xogħlijiet ta' kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta' stadji u grounds sportivi

97

42.99.29.0

Xogħlijiet ta' kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta' strutturi oħrajn tal-inġinerija ċivili

98

43.11.10.0

Xogħlijiet li jinvolvu t-twaqqigħ tal-bini

99

43.12.11.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-preparazzjoni tas-sit għall-kostruzzjoni, minbarra xogħlijiet ta' ċaqliq ta' terrapien jew ħamrija

100

43.12.12.0

Xogħlijiet ta' ċaqliq ta' terrapien jew ħamrija: xogħol ta' tħaffir, tħaffir ta' foss u ċaqliq ta' terrapien jew ħamrija

101

43.13.10.0

Xogħlijiet li jinvolvu xogħol ta' skavar u tħaffir b'inġinerija ġeoloġika

102

43.21.10.1

Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta' installazzjonijiet tas-sikurezza elettrika

103

43.21.10.2

Xogħlijiet li jinvolvu l-implimentazzjoni ta' installazzjonijiet elettriċi oħrajn

104

43.22.11.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet tas-sistemi tal-pajpijiet tal-ilma u tad-drenaġġ

105

43.22.12.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta' sistemi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata

106

43.22.20.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta' installazzjonijiet tal-gass

107

43.29.11.0

Xogħol ta' iżolazzjoni

108

43.29.12.0

Installazzjoni ta' lqugħ

109

43.29.19.0

Xogħlijiet oħrajn ta' installazzjoni m.k.b.

110

43.31.10.0

Xogħlijiet ta' tikħil

111

43.32.10.0

Xogħol ta' installazzjoni tal-mastrudaxxa

112

43.33.10.0

Xogħlijiet li jinvolvu t-tqegħid tal-madum u l-wiċċ tal-ħitan

113

43.33.21.0

Xogħlijiet li jinvolvu t-tqegħid ta' terrazzo, irħam, granit jew lavanja fuq l-art u l-ħitan

114

43.33.29.0

Xogħlijiet oħrajn li jinvolvu t-tqegħid tal-madum u tal-ħitan (inkluż twaħħil ta' wallpaper), m.k.b.

115

43.34.10.0

Xogħlijiet ta' żebgħa

116

43.34.20.0

Xogħlijiet ta' produzzjoni tal-ħġieġ

117

43.39.11.0

Xogħlijiet li jinvolvu d-dekorazzjoni

118

43.39.19.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet oħrajn ta' finitura, m.k.b.

119

43.91.11.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-kostruzzjoni ta' strutturi tas-soqfa

120

43.91.19.0

Xogħlijiet li jinvolvu xogħol ieħor ta' tisqif

121

43.99.10.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-installazzjoni ta' iżolazzjoni għall-prevenzjoni tal-umdità u d-dħul tal-ilma

122

43.99.20.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-assemblaġġ u ż-żarmar ta' scaffolding

123

43.99.30.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-kostruzzjoni ta' pedamenti, inkluż it-tqegħid ta' pontuni

124

43.99.40.0

Xogħlijiet tal-konkrit

125

43.99.50.0

Xogħlijiet li jinvolvu t-twaqqif ta' strutturi tal-azzar

126

43.99.60.0

Xogħlijiet li jinvolvu t-twaqqif ta' strutturi tal-briks u tal-ġebel

127

43.99.70.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-assemblaġġ u t-twaqqif ta' strutturi prefabbrikati

128

43.99.90.0

Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet speċjalizzati oħrajn, m.k.b.

129

05.10.10.0

Faħam

130

05.20.10.0

Linjite

131

19.10.10.0

Kokk u semikokk tal-faħam u tal-linjite jew tal-pit; karbonju tal-istorta

132

19.20.11.0

Briquettes u fjuwils solidi simili manifatturati mill-faħam

133

19.20.12.0

Briquettes u fjuwils solidi simili manifatturati mil-linjite

134

ex 26.70.13.0

Kameras diġitali għall-fotografija u kameras diġitali - esklussivament kameras diġitali

135

26.40.20.0

Riċevituri tat-televiżjoni, kemm jekk ikkombinati ma' riċevituri tax-xandir bir-radju jew apparat li jirrekordja jew jirriproduċi l-awdjo jew il-vidjo, kif ukoll jekk le

136

26.20.1

Kompjuters u magni oħrajn għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data

137

30.91.20.0

Parts u aċċessorji ta' muturi u sidecars

138

27.20.2

Akkumulaturi elettriċi u parts tagħhom

139

28.11.41.0

Parts għal magni b'kombustjoni interna ta' tqabbid bl-ispark, minbarra parts għal magni ta' inġenji tal-ajru

140

ex 29.31.10.0

Ċineg tal-kejbils tal-ignixin u settijiet ta' wajers oħrajn ta' tip użat f'vetturi, inġenji tal-ajru jew inġenji tal-baħar – esklussivament ċineg tal-kejbils tal-ignixin u settijiet ta' wajers oħrajn ta' tip użat fil-vetturi

141

29.31.21.0

Sparking plugs; manjeti tal-ignixin; manjeto dinamos; flajwils manjetiċi; distributuri; kojls tal-ignixin

142

29.31.22.0

Muturi tal-istartjar u ġeneraturi tal-istartjar bi skop doppju; ġeneraturi oħrajn u tagħmir ieħor għall-magni bil-kombustjoni

143

29.31.23.0

Tagħmir għal sinjali elettriċi, windscreen, defrosters u demisters għall-vetturi bil-mutur

144

29.31.30.0

Parts ta' tagħmir elettriku ieħor għall-vetturi bil-mutur

145

29.32.20.0

Ċinturini tas-sikurezza, airbags u parts u aċċessorji tal-bodis

146

29.32.30.0

Parts u aċċessorji għall-vetturi bil-mutur, m.k.b., minbarra muturi

147

45.31.1

Servizzi kummerċjali ta' parts u aċċessorji ta' vetturi bil-mutur, minbarra muturi

148

45.32.1

Servizzi kummerċjali bl-imnut ta' ħwienet speċjalizzati ta' parts u aċċessorji ta' vetturi bil-mutur, minbarra muturi

149

45.32.2

Servizzi kummerċjali bl-imnut oħrajn ta' parts u aċċessorji ta' vetturi bil-mutur, minbarra muturi

150

ex 45.40.10.0

Servizzi kummerċjali bl-ingrossa ta' muturi u parts u aċċessorji relatati - esklussivament bejgħ ta' parts u aċċessorji għall-muturi

151

ex 45.40.20.0

Servizzi kummerċjali bl-imnut ta' ħwienet speċjalizzati ta' muturi u parts u aċċessorji relatati - esklussivament bejgħ ta' parts u aċċessorji għall-muturi

152

ex 45.40.30.0

Servizzi kummerċjali bl-imnut oħrajn ta' muturi u parts u aċċessorji relatati - esklussivament bejgħ bl-imnut ta' parts u aċċessorji għall-muturi