European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3232

23.12.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3232

tad-19 ta’ Diċembru 2024

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument C(2024) 9300)

(Il-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u tikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2)

F’każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż f’annimali kaprini u ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra ta’ annimali kaprini jew ovini.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żona ristretta ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2778 (4) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri interim ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija.

(5)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa addizzjonali tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbiliment li kien iżomm l-annimali ovini u kaprini. B’hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2918 (5) ħassret u sostitwiet id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778. B’mod iktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri li jridu jiġu stabbiliti mill-Bulgarija, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mqar iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(6)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat addizzjonali tal-infezzjoni tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti li kienu jżommu annimali ovini. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 ġiet għalhekk emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2024/3111 (6).

(7)

Għaldaqstant, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat addizzjonali tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-annimali ovini u kaprini, li jinsabu fir-reġjuni ta’ Sliven u Haskovo. Waħda mit-tifqigħat tinsab barra miż-żoni ristretti li kienu diġà ġew stabbiliti b’riżultat ta’ tifqigħat preċedenti.

(8)

Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għall-Bulgarija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 jenħtieġ li jiġu aġġustati, bħala spazju u bħala żmien, sabiex jiġi evitat iktar tixrid tal-marda fil-Bulgarija u fil-bqija tal-Unjoni, u jenħtieġ li tiġi aġġustata wkoll id-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti żoni addizzjonali ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħra u li tiġi stabbilita d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom fir-rigward tat-tifqigħa kkonfermata fir-reġjun ta’ Sliven. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq il-lista taż-żoni ristretti u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom stabbiliti fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(9)

Id-daqs taż-żoni, id-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni, fiż-żoni ta’ sorveljanza u fiż-żoni ristretti ulterjuri huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u r-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija kif ukoll il-livell tar-riskju biex il-marda tinxtered iżjed. Id-durata tal-miżuri tqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health (7)). Fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, hemm riskju għoli li l-marda tinxtered iżjed minħabba l-fatt li faqqgħet tifqigħa ġdida tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż u l-ewwel tifqigħa ġiet ikkonfermata fir-reġjun ta’ Sliven. Dan jindika li l-marda għadha tippersisti u tinfirex fuq distanzi twal, minkejja l-miżuri diġà fis-seħħ.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 jiġi emendat kif xieraq.

(11)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni rigward il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 jenħtieġ li jiġi estiż sal-1 ta’ Marzu 2025.

(12)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 4, id-data tat-“28 ta’ Frar 2025” hija sostitwita bid-data tal-“1 ta’ Marzu 2025”;

2.

l-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2778 tal-24 ta’ Ottubru 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija (ĠU L, 2024/2778, 29.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2778/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2918 tad-19 ta’ Novembru 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778 (ĠU L, 2024/2918, 22.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2918/oj).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3111 tas-6 ta’ Diċembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija (ĠU L, 2024/3111, 11.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/3111/oj).

(7)  Il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali,l-Aċċess Online għall-Kodiċi Terrestri – WOAH – l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali.


ANNESS

A.   Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żoni ristretti fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Ir-reġjun ta’ Haskovo

BG-CAPRIPOX-2024-00003

BG-CAPRIPOX-2024-00004

BG-CAPRIPOX-2024-00006

BG-CAPRIPOX-2024-00007

BG-CAPRIPOX-2024-00009

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of the region of Haskovo, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.9698, Long. 25.6564 (2024/3), Lat. 41.96, Long. 25.65 (2024/4), Lat. 41.96618 Long. 25.66267 (2024/6), Lat 1.91051, Long. 25.54653(2024/7), Lat 41.92, Long. 25.53 (2024/9)

27.12.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of the region of Haskovo, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.9698, Long. 25.6564 (2024/3), Lat. 41.96, Long. 25.65 (2024/4), Lat. 41.96618 Long. 25.66267 (2024/6), Lat 41.91051, Long. 25.54653(2024/7), Lat 41.92, Long. 25.53 (2024/9) excluding the areas contained in the protection zone

5.1.2025

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of the region of Haskovo, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.9698, Long. 25.6564 (2024/3), Lat. 41.96, Long. 25.65 (2024/4), Lat. 41.96618, Long. 25.66267 (2024/6), Lat 1.91051, Long. 25.54653(2024/7), Lat 41.92, Long. 25.53 (2024/9)

28.12.2024 – 5.1.2025

Ir-reġjun ta’ Sliven

BG-CAPRIPOX-2024-00008

Żona ta’ protezzjoni:

Those parts of the region of Sliven, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.587, Long. 26.4778 (2024/8)

22.12.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of the region of Sliven, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.587, Long. 26.4778 (2024/8) excluding the areas contained in the protection zone

31.12.2024

Żona ta’ sorveljanza:

Those parts of the region of Sliven, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.587, Long. 26.4778 (2024/8).

23.12.2024 to 30.1.2025

B.   Żoni ristretti ulterjuri

Unità reġjonali

Żoni inklużi fiż-żoni ristretti ulterjuri stabbiliti fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 2

Data sa meta applikabbli

Ir-reġjun ta’ Stara Zagora

Municipalities Radnevo, Stara Zagora

16.11.2024 – 20.12.2024

Municipalities Galabovo and Opan

4.2.2025

Ir-reġjun ta’ Haskovo

Entire territory of the region of Haskovo, excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

4.2.2025

Entire territory of the region of Haskovo

6.1.2025 – 4.2.2025

Ir-reġjun ta’ Sliven

Entire territory of the region of Sliven excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

30.1.2025

Entire territory of the region of Sliven

1.1.2025 to 30.1.2025

Ir-reġjun ta’ Yambol

Municipalities of Straldzha, Yambol and Tundzha

30.1.2025


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/3232/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)