<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-370/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0370</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:344">EU:C:2018:344</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180530">30.5.2018</DATE> – Kawża C-370/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Dell’Acqua</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20180530">30 ta’ Mejju 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE><NOTE TYPE="ENDNOTE" NUMBERING="roman" NOTE.ID="E0002"><P>Fid-dispożittiv ta’ dan it-test saret modifika ta’ natura lingwistika, wara li li kien tqiegħed online għal-ewwel darba.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea –Protokoll Nru 7</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1</KEYWORD><KEYWORD>Neċessità jew le ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Fondi strutturali</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura sabiex jinżammu fil-konfront ta’ awtorità nazzjonali ammonti li ġejjin minn din l-għajnuna</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑370/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale di Novara (il-Qorti Distrettwali ta’ Novara, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20160704">4 ta’ Lulju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Bruno Dell’Acqua</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Eurocom Srl,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Regione Lombardia,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Renato Quattrocchi,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Antonella Pozzoli,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Loris Lucini,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Diego Chierici,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Nicoletta Malaraggia,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Elio Zonca,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sonia Fusi,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Danilo Cattaneo,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Alberto Terraneo,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Luigi Luzzi,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, J. Malenovský, M. Safjan, D. Šváby u M. Vilaras, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn F. Di Matteo, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Arenas u D. Nardi, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="083" PAGE.FIRST="266" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 83, p. 266</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Protokoll<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata mibdija minn Bruno Dell’Acqua kontra Eurocom Srl fil-forma ta’ qbid f’idejn terz, jiġifieri r-Regione Lombardia (ir-Reġjun tal-Lombardia, l-Italja).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Protokoll</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-aħħar sentenza tal-Artikolu 1 tal-Protokoll jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>[i]l-proprjetà u l-assi ta’ l-Unjoni ma jkunu suġġetti għal ebda miżura amministrattiva jew legali li tirrestrinġihom mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-<DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE> li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 210, p. 25</REF.DOC.OJ>), jipprevedi li dan ir-regolament jistabbilixxi r-regoli ġenerali li jirregolaw, b’mod partikolari, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), magħrufa bħala l-Fondi Strutturali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(2)(a) ta’ dan ir-regolament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>l-objettiv ta’ Konverġenza<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, li huwa intiż li jħaffef il-konverġenza tal-Istati Membri u r-reġjuni l-inqas żviluppati, jikkostitwixxi l-prijorità tal-Fondi Strutturali u tal-Fondi ta’ Koeżjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Fondi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Il-Fondi għandhom jipprovdu għajnuna li tikkomplementa l-azzjonijiet nazzjonali, inklużi azzjonijiet fil-livelli reġjonali u lokali, u jintegraw fihom il-prijoritajiet Komunitarji.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 1083/2006, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>[l]-objettivi tal-Fondi għandhom jitwettqu fil-qafas ta’ koperazzjoni mill-qrib (minn hawn ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>sħubija<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>), bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14(1) tal-imsemmi regolament, il-baġit tal-Unjoni Ewropea allokat lill-Fondi għandu jiġi implimentat fil-kuntest tal-ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 1083/2006 jipprevedi li kull programm operattiv ikopri perijodu bejn l-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> u l-<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE>. Kull programm operattiv għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru, skont l-Artikolu 32(2) ta’ dan ir-regolament, sussegwentement għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafi 4 u 5 tal-imsemmi artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 37(1)(g)(iii) tal-imsemmi regolament, il-programmi operattivi relatati mal-għanijiet ta’ konverġenza u kompetittività reġjonali u impjieg jinkludu informazzjoni dwar l-organu kompetenti li jirċievi l-ħlasijiet imwettqa mill-Kummissjoni u l-organu jew l-organi responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet lill-benefiċjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 61(a) tar-Regolament Nru 1083/2006, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni ta’ programm operattiv għandha b’mod partikolari, tistabbilixxi u tgħaddi lill-Kummissjoni d-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u talbiet għal ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 70(1) u (2) tal-imsemmi regolament, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="070.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi operattivi b’mod partikolari permezz tal-miżuri li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li jipprevjenu, jindividwaw u jikkorreġu rregolaritajiet u jirkupraw ammonti li tħallsu indebitament flimkien ma’ l-imgħax fuq ħlasijiet li saru tard fejn ikun il-każ. Huma għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni, u jżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-proċedimenti amminstrattivi u legali.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="070.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta ammonti mħallsa indebitament lil benefiċjarju ma jistgħux jiġu rkuprati, l-Istat Membru huwa responsabbli sabiex jirrimborża l-ammonti mitlufa lill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea, meta jiġi stabbilit li t-telf iġġarrab minħabba tort jew negliġenza tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 76(1) u (2) tar-Regolament Nru 1083/2006 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="076.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħlasijiet mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni mill-Fondi għandhom isiru skond l-approprjazzjonijiet tal-baġit. Kull ħlas għandu jkun assenjat lill-impenji tal-baġit miftuħ tal-Fond konċernat li jmur l-aktar lura fiż-żmien.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="076.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħlasijiet għandhom jieħdu l-forma ta’ pre-finanzjament, ħlasijiet interim u ħlas tal-bilanċ finali. Għandhom isiru lill-korp nominat mill-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 80 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw ruħhom li l-korpi responsabbli sabiex jagħmlu l-ħlasijiet jiżguraw li l-benefiċjarji jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni pubblika mill-aktar fis possibbli, u kollu kemm hu. L-ebda ammont m’għandu jitnaqqas jew jinżamm u l-ebda spiża speċifika jew spiża oħra b’effett ekwivalenti m’għandha tiġi imposta li tkun tnaqqas dawn l-ammonti għall-benefiċjarji.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 93(1) u (3) tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="093.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha awtomatikament tiddiżimpenja kwalunkwe parti ta’ impenn tal-baġit fi programm operattiv li ma ntużatx għall-ħlasijiet ta’ pre-finanzjament jew għall-ħlasijiet interim, jew li għaliha applikazzjoni għall-ħlas ma ntbagħtetx konformement ma’ l-Artikolu 86 sal-31 ta’ Diċembru tat-tieni sena wara s-sena ta’ l-impenn tal-baġit taħt il-programm, bl-eċċezzjoni msemmija fil-paragrafu 2.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="093.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Dik il-parti ta’ l-impenji li tkun għadha miftuħa fil-<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE> għandha tiġi diżimpenjata awtomatikament mill-impenji jekk il-Kummissjoni ma tkunx irċeviet applikazzjoni aċċettabli għall-ħlas tagħha sal-<DATE ISO="20170331">31 ta’ Marzu 2017</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 93(1) tar-Regolament Nru 1083/2006, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 539/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20100616">16 ta’ Ġunju 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="158" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 158, p. 1</REF.DOC.OJ>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Il-Kummissjoni għandha awtomatikament tiddiżimpenja kwalunkwe parti tal-ammont ikkalkulat skont it-tieni subparagrafu fi programm operattiv li ma ntużatx għall-ħlasijiet ta’ pre-finanzjament jew għall-ħlasijiet interim, jew li għaliha applikazzjoni għall-ħlas ma ntbagħtitx konformement mal-Artikolu 86 sal-31 ta’ Diċembru tat-tieni sena wara s-sena tal-impenn tal-baġit taħt il-programm, bl-eċċezzjoni msemmija fil-paragrafu 2.</ALINEA><ALINEA>Għall-finijiet tad-diżimpenn awtomatiku, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont billi tgħodd parti waħda minn sitta tal-impenn baġitarju annwali relatat mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2007 għal kull wieħed mill-impenji baġitarji tas-snin 2008 sal-2013.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament Nru 1083/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="320" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 320</REF.DOC.OJ>), jipprevedi, fl-Artikolu 26(1) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[Il-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku] għandhom jiġu implimentati permezz tal-programmi skont il-Ftehim ta’ Sħubija. Kull programm għandu jkopri l-perjodu mill-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE> sal-<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 132(1) ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Suġġett għad-disponibilità ta’ finanzjament minn pagamenti ta’ prefinanzjament u interim inizjali u annwali, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li benefiċjarju jirċievi l-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli kollu kemm hu u mhux aktar tard minn 90 jum mid-data ta’ sottomissjoni tal-klejm għall-pagament mill-benefiċjarju.</ALINEA><ALINEA>L-ebda ammont m’għandu jitnaqqas jew jinżamm u l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b’effett ekwivalenti m’għandhom jiġu imposti li jnaqqsu ammonti dovuti lill-benefiċjarji.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 152(1) tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="152.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament m’għandu jaffettwa la l-kontinwazzjoni u lanqas il-modifika, inkluża l-kanċellazzjoni totali jew parzjali ta’ assistenza approvata mill-Kummissjoni abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 […]. Dak ir-Regolament […] għandhom konsegwentement ikomplu japplikaw wara l-<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE> għal din l-għajnuna jew l-operazzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom. […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 153 ta’ dan l-istess regolament jipprevedi li r-Regolament Nru 1083/2006 għandu jitħassar b’effett mill-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[m]ingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 152<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>B. Dell’Acqua huwa kreditur tal-kumpannija Eurocom. Sabiex jasserixxi d-drittijiet tiegħu, huwa beda quddiem it-Tribunale di Novara (il-Qorti Distrettwali ta’ Novara, l-Italja) proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata, fil-forma ta’ mandat ta’ qbid f’idejn parti terza, jiġifieri r-Reġjun tal-Lombardia, li ġie sostnut li kien debitur ta’ Eurocom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Ir-Reġjun tal-Lombardia rrikonoxxa li huwa debitur ta’ Eurocom, iżda sostna li dan id-dejn kien jikkonċerna ammonti li jappartjenu għall-Fondi Strutturali li jaqgħu taħt l-FSE, speċifikament intiżi għat-twettiq ta’ għanijiet pubbliċi ta’ żvilupp u ta’ sostenn għall-impjieg, u li r-Reġjun tal-Lombardia seta’ jħallashom biss lill-benefiċjarju finali, jiġifieri Eurocom. Skont l-interpretazzjoni tar-Reġjun tal-Lombardia, dawn l-ammonti ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ mandat ta’ qbid skont l-Artikolu 80 tar-Regolament Nru 1083/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-natura tal-ammonti kkonċernati, l-ebda waħda mill-partijiet fil-kawża prinċipali ma kkontestat, quddiem il-qorti tar-rinviju, il-fatt li huma kienu jaqgħu taħt l-imsemmija Fondi Strutturali. B’teħid inkunsiderazzjoni, għaldaqstant, li l-ammonti kontenzjużi jifformaw parti minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>assi Komunitarji jew, fi kwalunkwe każ, marbuta mal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fid-dawl tal-Artikolu 132 tar-Regolament Nru 1303/2013, li jipproduċi, essenzjalment, l-Artikolu 80 tar-Regolament Nru 1083/2006, dwar l-applikabbiltà għall-fatti tal-każ tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 1 tal-Protokoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale di Novara (il-Qorti Distrettwali ta’ Novara, l-Italja) ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qed tiġi mistoqsija jekk l-awtorizzazzjoni minn qabel skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1 tal-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> […] hijiex neċessarja jew le meta, fil-proċeduri ta’ infurzar f’idejn parti terza, il-flus maqbuda ma għadhomx f’idejn [l-awtorità kkonċernata tal-Unjoni], iżda diġà ġew ittrasferiti lill-aġenziji ta’ pagamenti nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni tar-rinviju ma tispeċifikax għal liema perijodu ta’ finanzjament kellu jiġi assenjat il-kreditu ta’ Eurocom fil-konfront tar-Reġjun tal-Lombardia. Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja indirizzat lir-Repubblika Taljana u lill-Kummissjoni mistoqsija f’dan ir-rigward, sabiex tistabbilixxi jekk il-perijodu inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1083/2006 jew f’dak tar-Regolament Nru 1303/2013. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 1083/2006, dan tal-aħħar japplika għall-programmi operattivi li jkopru l-perijodu bejn l-2007 u l-2013, filwaqt li r-Regolament Nru 1303/2013 jikkonċerna, skont l-Artikolu 26(1) tiegħu, il-perijodu bejn l-2014 u l-2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Bħala tweġiba, kemm ir-Repubblika Taljana kif ukoll il-Kummissjoni indikaw li d-dejn inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien jaqa’ taħt il-programm operattiv reġjonali għar-Reġjun tal-Lombardia għall-perijodu bejn l-2007 u l-2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-imsemmi programm huwa s-suġġett tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 5465, tas-<DATE ISO="20071106">6 ta’ Novembru 2007</DATE>, meħuda wara l-preżentazzjoni, mir-Repubblika Taljana, ta’ proposta intiża għal dan il-programm, u li għandu bħala destinatarju dan l-Istat Membru. Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni, il-programm operattiv reġjonali għar-Reġjun tal-Lombardia jaqa’ fil-perijodu ta’ programmazzjoni mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> sal-<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkunsidrat li r-Regolament Nru 1083/2006 huwa rilevanti fil-kuntest ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni fit-tweġiba tagħha, fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mingħand ir-Reġjun tal-Lombardia, li, minn naħa, ir-Repubblika Taljana ma ressqitx talba għal kofinanzjament lill-Unjoni fir-rigward tad-djun ta’ Eurocom li kienu s-suġġett ta’ mandat ta’ qbid u li, min-naħa l-oħra, peress li t-terminu għat-talba għal ħlas tal-bilanċ għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 kien il-<DATE ISO="20170331">31 ta’ Marzu 2017</DATE> u peress li l-imsemmija djun ma kinux is-suġġett ta’ talba għal kofinanzjament lill-Unjoni, dawn għandhom jitħallsu fl-intier tagħhom mill-fondi nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-qorti tar-rinviju tibbaża ruħha fuq il-premessa li l-ammonti li huma s-suġġett tal-mandat ta’ qbid fil-proċedura prinċipali ġejjin mill-FSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 267 TFUE jistabbilixxi proċedura ta’ kooperazzjoni diretta bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati tal-Istati Membri. Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, ibbażata fuq separazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, kull evalwazzjoni tal-fatti tal-kawża taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali, li għandha l-obbligu li tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità għal deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti s-sentenza tagħha, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi biss fuq l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ test tal-Unjoni abbażi tal-fatti li jkunu indikati lilha mill-qorti nazzjonali (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Polbud – Wykonawstwo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑106/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:804">EU:C:2017:804</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Konsegwentement, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika, jekk ikun il-każ, l-eżattezza tal-fatti rilevanti għas-soluzzjoni tat-tilwima li hija adita biha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet preliminari, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1 tal-Protokoll, għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja hija neċessarja meta terz jibda proċedura ta’ mandat ta’ qbid ta’ dejn fil-konfront ta’ organu ta’ Stat Membru li għandu dejn korrispondenti dovut lid-debitur tat-terz, benefiċjarju ta’ fondi mogħtija għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ proġetti kofinanzjati mill-FSE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija ġurisprudenza stabbilita li, billi jipprevedi li l-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma jistgħu jkunu s-suġġett ta’ ebda miżura ta’ infurzar amministrattiva jew ġudizzjarja mingħajr awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-għan tal-Artikolu 1 tal-Protokoll huwa li jiġu evitati ostakoli għall-funzjonament u għall-indipendenza tal-Unjoni. Mill-formulazzjoni ta’ dan l-artikolu jirriżulta li l-immunità hija imposta bil-liġi u tipprekludi, fl-assenza ta’ awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-eżekuzzjoni ta’ kwalunkwe miżura ta’ infurzar fil-konfront tal-Unjoni, mingħajr ma’ l-istituzzjoni kkonċernata ma jkollha tinvoka espressament il-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tal-Protokoll (digriet tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150929">29 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>ANKO vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/15 SA</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:670">EU:C:2015:670</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana ssostni, f’dan il-każ, li, fid-dawl tal-fatt li l-ammonti li jaqgħu taħt l-FSE għandhom jintużaw għal spejjeż iddeterminati kif ukoll fid-dawl tan-natura tal-missjonijiet mogħtija, f’dan il-qasam, lir-Reġjun tal-Lombardia skont id-dritt tal-Unjoni, l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja hija meħtieġa. Hija tesponi għalhekk li r-riżorsi li ġejjin mill-Fondi għandhom ikollhom rabta ta’ destinazzjoni vinkolanti ma’ spejjeż speċifiċi, fis-sens li dawn ir-riżorsi għandhom ikunu ddestinati għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni u ma jistgħux jintużaw għal skop differenti minn dan. Issa, din ir-rabta ma tinkisirx minħabba t-trasferiment tal-imsemmija riżorsi lill-entitajiet nazzjonali meqjusa għalhekk bħala sempliċi awtoritajiet ta’ ġestjoni. Hija tikkunsidra fil-fatt li r-rabta ta’ destinazzjoni bejn ir-riżorsi u l-ispejjeż tintemm biss wara t-twettiq sħiħ tal-għan li għandu jintlaħaq mill-Unjoni u, għaldaqstant, biss meta l-ammonti jidħlu fl-assi tal-benefiċjarju. Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali jikkooperaw fl-implimentazzjoni ta’ funzjoni li taqa’ fil-kompetenza tal-korpi tal-Unjoni skont il-mudell organizzattiv tal-eżekuzzjoni indiretta. Minn dan isegwi li, fl-eżerċizzju ta’ din l-attività, l-awtoritajiet nazzjonali ma jeżerċitawx funzjoni tagħhom, iżda jwettqu funzjoni Ewropea, bis-saħħa tal-kompetenzi leġiżlattivi u amministrattivi tagħhom stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 76(1) u (2) tar-Regolament Nru 1083/2006 jipprevedi li l-ħlasijiet mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni tal-Fondi, fil-forma ta’ prefinanzjament, ta’ ħlasijiet interim u ta’ ħlas tal-bilanċ finali, għandhom jitwettqu lill-organu indikat mill-Istat Membru. Kif jirriżulta mill-Artikolu 37(1)(g)(iii) ta’ dan ir-regolament, il-programmi operattivi relatati mal-għanijiet ta’ konverġenza kif ukoll ta’ kompetittività u ta’ impjieg għandhom jinkludu dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jindikaw l-organu kompetenti li jirċievi l-ħlasijiet imwettqa mill-Kummissjoni u l-organu jew l-organi responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet lill-benefiċjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 70(1) tal-imsemmi regolament, l-Istati Membru jassumu r-responsabbiltà tal-ġestjoni u tal-kontroll tal-programmi operattivi, b’mod partikolari, bil-prevenzjoni, bl-identifikazzjoni u bil-korrezzjoni tal-irregolaritajiet, kif ukoll bl-irkupru tal-ammonti indebitament imħallsa. Meta l-ammonti indebitament mħallsa lil benefiċjarju ma jistgħux jiġu rkuprati, il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu 70 jipprevedi li l-Istat Membru huwa responsabbli sabiex jirrimborsa l-ammonti mitlufa lill-baġit ġenerali tal-Unjoni, meta jiġi stabbilit li t-telf iġġarrab minħabba tort jew negliġenza tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk, il-ħlasijiet imwettqa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri, abbażi tal-Fondi, jimplikaw trasferiment ta’ assi tal-baġit tal-Unjoni lejn il-baġits tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, sa fejn dawn l-assi joħorġu mill-baġit tal-Unjoni u jitqiegħdu għalhekk għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, huma ma jistgħux jiġu kkunsidrati, ladarba jkunu tħallsu, bħala assi tal-Unjoni, fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 1 tal-Protokoll. Tali interpretazzjoni hija kkorroborata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li, peress li l-Kummissjoni tkun tat lil Stat Membru għajnuna finanzjarja abbażi ta’ Fondi, dan l-Istat għandu jitqies li għandu d-dritt għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni inkwistjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Ente per le Ville Vesuviane u Ente per le Ville Vesuviane vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑445/07 P u C‑455/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:529">EU:C:2009:529</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-fatt li tali assi jintużaw għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni huwa irrilevanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif sostniet il-Kummissjoni, skont it-tliet modalitajiet ta’ pagament tal-Istat Membru previsti mir-Regolament Nru 1083/2006 u mfakkra fil-punt 37 ta’ din is-sentenza, il-kofinanzjament tal-baġit tal-Unjoni huwa intiż, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tal-programm operattiv fl-intier tiegħu, għall-baġit tal-Istat Membru fil-ġeneralità tiegħu, u mhux għall-benefiċjarji ta’ proġetti speċifiċi. L-ammonti allokati fil-baġit tal-Unjoni għall-kofinanzjament jidħlu fl-assi tal-Istat Membru, li jiżdiedu mar-riżorsi l-oħra li jeħtieġ l-Istat Membru sabiex jiżgura l-kofinanzjament u li għandu juża mill-baġit nazzjonali tiegħu. Barra minn hekk, kif jista’ jiġi dedott mir-Regolament Nru 1083/2006, u b’mod partikolari mill-Artikolu 93(1) u (3) tiegħu, l-Istat Membru jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jirrinunzja li jitlob il-ħlas ta’ għajnuna finanzjarja, b’mod partikolari, tal-FSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk, mir-Regolament Nru 1083/2006 jirriżulta li l-mekkaniżmu ta’ sostenn finanzjarju li huwa jistabbilixxi ma jistax joħloq ċertezza fi ħdan awtorità ta’ ġestjoni jew fil-kredituri tagħha fir-rigward tal-possibbiltà li proġett iddeterminat jikseb kofinanzjament tal-FSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1083/2006 jikkonċernaw ir-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru, iżda ma joħolqux rabta diretta bejn l-ammonti mħallsa lill-Istat Membru abbażi ta’ Fondi bħall-FSE, minn naħa, u l-awtoritajiet li l-Istat Membru jindika għall-ġestjoni tal-interventi finanzjarji u l-benefiċjarji finali, min-naħa l-oħra (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Ente per le Ville Vesuviane u Ente per le Ville Vesuviane vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑445/07 P u C‑455/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:529">EU:C:2009:529</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Kif irrilevat, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 44 tal-konklużjonijiet tagħha, ir-rabta bejn il-kofinanzjament imqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Unjoni, abbażi tal-FSE, u t-twettiq ta’ proġett iddeterminat hija wisq indiretta sabiex jiġi kkunsidrat li l-ammonti li l-awtoritajiet tal-Istat Membri għandhom iħallsu lill-benefiċjarji għall-eżekuzzjoni tal-imsemmi proġett huma assi tal-Unjoni u, għaldaqstant, li huma għandhom jibbenefikaw mill-protezzjoni kontra l-qbid, skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1 tal-Protokoll, sabiex jiġi evitat ostakolu għall-funzjonament u l-indipendenza tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1 tal-Protokoll għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex neċessarja meta terz jibda proċedura ta’ mandat ta’ qbid ta’ dejn fil-konfront ta’ organu ta’ Stat Membru li għandu dejn korrispondenti dovut lid-debitur tat-terz, benefiċjarju ta’ fondi mogħtija għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ proġetti kofinanzjati mill-FSE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-aħħar sentenza tal-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex neċessarja meta terz jibda proċedura sabiex jinżamm dejn fil-konfront ta’ organu ta’ Stat Membru li għandu dejn korrispondenti dovut lid-debitur tat-terz, benefiċjarju ta’ fondi mogħtija għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ proġetti kkofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>