|
8.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9093 — DP World Investments/Unifeeder)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 402/07)
1.
Fis-26 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
DP World Investments B.V. (in-Netherlands), tappartjeni għall-grupp DP World (“DP World”, l-Emirati Għarab Magħquda), |
|
— |
Unifeeder A/S (“Unifeeder”, id-Danimarka). |
DP World takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Unifeeder kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— DP World: l-operazzjoni ta’ terminals marittimi madwar id-dinja u l-għoti ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-merkanzija u l-loġistika,
— Unifeeder: il-provvista ta’ servizzi ta’ trasport marittimu għal oġġetti f’kontejners inklużi servizzi għat-twassil u servizzi fuq distanzi qosra fuq il-baħar, primarjament fl-Ewropa tat-Tramuntana u l-Mediterran.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9093 — DP World Investments/Unifeeder
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).