European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1729

17.6.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1729

tas-17 ta’ Ġunju 2024

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK.

(2)

Fil-21 ta’ Mejju 2024, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2713 (2023) tal-KSNU dwar Al-Shabaab approva ż-żieda ta’ tliet persuni mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni 2010/231/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/231/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ġunju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MARON


(1)   ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet li tinsab fit-taqsima “I. Persuni” fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/231/PESK:

I.   Persuni

“23.   Abdikadir Mohamed Abdikadir (magħruf ukoll bħala: a) Abdukadir b) Abdukadir Mohamed Abdukadir c) Abdulkadir d) Abdulkadir Mohamed Abdulkadir e) Ikrima)

Deżinjazzjoni: Mexxej għoli ta' Al-Shabaab

Data tat-Twelid: 1985

Nazzjonalità: is-Somalja, il-Kenja

Indirizz: Somalia

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 21 ta' Mejju 2024

Sess: raġel

Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 26(b) tar-riżoluzzjoni 2662 (2022): (i) il-parteċipazzjoni fil-finanzjament, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija, jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem, jew b'appoġġ għal Al-Shabaab u (iii) ir-reklutaġġ għal atti jew attivitajiet ta' Al-Shabaab jew ta' kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, sottogrupp dissidenti jew derivattiv tagħhom, jew l-appoġġ bi kwalunkwe mod ieħor għal dawn l-attivitajiet.

24.   Mohamed Mohamud Mire (magħruf ukoll bħala: Mohamed Mire)

Deżinjazzjoni: membru ta' Shura ta' Al-Shabaab

Data tat-twelid: a) 1962 b) 1960 c) 1955

Post tat-twelid: Kismayo, is-Somalja

Nazzjonalità: Somalia

Indirizz: a) Jilib, Somalia b) Qunyo Barrow, Somalia

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 21 ta' Mejju 2024

Sess: raġel

Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 26 tar-riżoluzzjoni 2662 (2022): (a) kien involut fi, jew ipprovda appoġġ għal, atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja, inkluż atti li jheddu l-proċess ta' paċi u r-rikonċiljazzjoni fis-Somalja, jew jheddu l-Gvern Federali tas-Somalja jew l-AMISOM bil-forza; u (b)(i) il-parteċipazzjoni fil-finanzjament, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija, jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem, jew b'appoġġ għal Al-Shabaab.

25.   Mohamed Omar Mohamed (magħruf ukoll bħala: a) Ma'd Umurow b) Mohamed Omar Haji c) Mohamed Omar Ma'alin d) Mohamed Haji Omar)

Deżinjazzjoni: Mexxej (Wali) tal-grupp Al-Shabaab f'Diinsor

Data tat-Twelid: 1976

Post tat-twelid: Taflow Village, Berdaale District, Bay Region, is-Somalja

Nazzjonalità: Somalia

Indirizz: a) Diinsor District, Bay Region, Somalia b) Buur Hakaba District, Bay Region, Somalia

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 21 ta' Mejju 2024

Sess: raġel

Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 26(b) tar-riżoluzzjoni 2662 (2022): (i) il-parteċipazzjoni fil-finanzjament, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem, jew b'appoġġ għal Al-Shabaab; u (iii) ir-reklutaġġ għal atti jew attivitajiet ta' Al-Shabaab jew ta' kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, sottogrupp dissidenti jew derivattiv tagħhom, jew l-appoġġ bi kwalunkwe mod ieħor għal dawn l-attivitajiet.” (traduzzjoni mhux uffiċjali).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1729/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)