11.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8991 — Alphabet/ResMed/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 321/06)

1.   

Fl-4 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Verily Life Sciences LLC (“Verily”, l-Istati Uniti), li tappartjeni għal Alphabet Inc. (“Alphabet”, l-Istati Uniti),

—

ResMed Inc. (“ResMed”, l-Istati Uniti).

ResMed u Verily jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) li għadha kif inħolqot li se tistudja l-impatti tas-saħħa u finanzjarji ta’ apnea fl-irqad li ma tkunx saret dijanjosi tagħha u ma tkunx ittrattata u problemi oħra respiratorji marbuta ma’ nuqqas ta’ rqad, u biex tiżviluppa soluzzjonijiet ta’ software li jippermettu lill-fornituri tal-kura tas-saħħa biex jidentifikaw b’mod aktar effiċjenti, jagħmlu dijanjosi, jikkuraw u jiġġestixxu individwi li jbatu mill-apnea fl-irqad u bi problemi oħra ta’ rqad relatati man-nifs.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Verily: organizzazzjoni ta’ riċerka, li qabel kienet Google Life Sciences. Google hija l-akbar negozju kkontrollata minn Alphabet,

—   ResMed: l-iżvilupp, il-manifattura, id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ apparati mediċi u l-applikazzjonijiet tas-software li jkunu bbażati fuq il-cloud li jagħmlu dijanjosi, jittrattaw u jiġġestixxu l-mard respiratorju u mard kroniku ieħor.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8991 — Alphabet/ResMed/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.