|
20.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/104 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10652 – MOL / LOTOS PALIWA)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 236/07)
1.
Fl-10 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
MOL Hungarian Oil & Gas Public Limited Company (“MOL”, l-Ungerija), |
|
— |
LOTOS Paliwa sp. z o.o. (“Lotots Paliwa”, il-Polonja). |
MOL takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Lotos Paliwa kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
MOL u l-entitajiet affiljati tagħha huma korporazzjoni integrata taż-żejt u l-gass tal-Ewropa tal-Lvant Ċentrali (Central Eastern European, CEE) attiva fis-segmenti tal-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass, ir-raffinar, is-servizzi midstream, kif ukoll is-servizzi tal-konsumatur (bejgħ bl-imnut tal-fuel). MOL tipproduċi u tbigħ ukoll petrokimiċi, |
|
— |
LOTOS Paliwa tiġġestixxi network ta’ pompi tal-petrol madwar il-Polonja bil-marka tad-ditta “Lotos”. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10652 – MOL / LOTOS PALIWA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).