25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Ottubru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-inċidenza tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-subtip H5N1 fit-tjur tal-irziezet fil-Ġermanja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6154)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/812/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ intraKomunitarju bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intraKomunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet fir-rigward tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (3), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tirrevoka d-Direttiva 92/40/KEE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 63(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-influwenza tat-tjur tas-subtip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-irziezet tal-Komunità (5) tistipula ċerti miżuri ta’ protezzjoni biex ikunu applikati sabiex ikun evitat it-tifrix ta’ dik il-marda, fosthom it-twaqqif ta’ żoni A u B wara inċidenza suspettata jew konfermata tal-marda. Dawn iż-żoni huma stipulati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

Wara inċidenza kkonfermata ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-subtip H5N1 fil-Landkreis Görlitz, is-Sassonja, il-Ġermanja, dak l-Istat Membru ħa miżuri ta’ protezzjoni skond id-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż it-twaqqif ta’ żoni A u B, kif stipulat mill-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/795/KE tal-10 ta’ Ottubru 2008 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-subtip H5N1 fit-tjur tal-irziezet fil-Ġermanja (6) kienet adottata wara dik l-inċidenza fil-Ġermanja. Dik id-Deċiżjoni tiddefinixxi żoni li fihom il-miżuri ta’ protezzjoni stipulati fid-Deċiżjoni 2006/415/KE għandhom japplikaw u l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri.

(4)

Dawn il-miżuri interim ta’ protezzjoni issa ġew riveduti fil-qafas tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u għandhom ikunu kkonfermati.

(5)

L-inċidenza fil-Ġermanja tinsab qrib tal-fruntiera mal-Polonja u għalhekk il-Polonja ħadet il-miżuri ta’ protezzjoni neċessarji skond id-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż it-twaqqif ta’ żoni A u B fit-territorju tagħha. Dawn iż-żoni għandhom ikunu miżjuda wkoll mal-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE.

(6)

Għalhekk Id-Deċiżjoni 2006/415/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(7)

Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġislazzjoni tal-Komunità, id-Deċiżjoni 2008/795/KE għandha tkun revokata.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2008/795/KE hija revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)   ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.

(4)   ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(5)   ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51.

(6)   ĠU L 272, 14.10.2008, p. 16.


ANNESS

“ANNESS

PARTI A

Iż-Żona A kif stabbilita skond l-Artikolu 4(2):

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona A

Data sa meta applikabbli skond l-Artikolu 4(4) (b)(iii)

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

DE

IL-ĠERMANJA

Görlitz

14284

Iż-żona ta' 10 km imwaqqfa madwar l-inċidenza fil-komun ta' Markersdorf fil-Landkreis ta' Görlitz li tinkludi l-komuni kollha jew partijiet mill-komuni ta':

 

Görlitz

 

Markersdorf

 

Schöpstal

 

Königshain

 

Reichenbach/O.L.

 

Sohland a. Rotstein

 

Bernstadt a. d. Eigen

 

Bernstadt a. d. Eigen

 

Kodersdorf

 

Vierkirchen

 

Waldhufen

13.11.2008

PL

IL-POLONJA

Dolnośląskie Voivodship

Zgorzelecki

00225

Iż-żona fid-distrett ta' Zgorzelecki li tinsab fil-konfini ta' hawn taħt:

—

lejn it-Tramuntana: il-konfini tat-tramuntana tal-belt ta' Zgorzelec;

—

lejn il-Lvant: il-konfini tal-Lvant tal-belt ta' Zgorzelec, ir-raħal ta' Koźmin u r-raħal ta' Łużycki

—

lejn in-Nofsinhar: il-konfini tan-Nofsinhar tar-raħal ta' Osiek Łużycki;

—

lejn il-Punent: il-fruntiera bejn il-Polonja u l-Ġermanja

13.11.2008

PARTI B

Iż-Żona B kif stabbilita skond l-Artikolu 4(2):

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona B

Data sa meta applikabbli skond l-Artikolu 4(4) (b)(iii)

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

DE

IL-ĠERMANJA

Görlitz

14284

Iż-żona fil-Landkreis ta' Görlitz li tinkludi l-komuni kollha jew partijiet mill-komuni ta':

 

Neißeaue

 

Horka

 

Niesky

 

Quitzdorf am See

 

Hohendubrau

 

Kittlitz

 

Löbau

 

Rosenbach

 

Berthelsdorf

 

Großhennersdorf

 

Schlegel

 

Ostritz

13.11.2008

Bautzen

14272

Iż-żona fil-Landkreis ta' Görlitz li tinkludi l-komun kollu jew partijiet mill-komun ta':

Weißenberg

PL

IL-POLONJA

Dolnośląskie Voivodship

Zgorzelecki

00225

Fid-distrett ta' Zgorzelecki, il-muniċipalitajiet ta':

—

Pieńsk inklużi l-belt ta' Pieńsk u ż-żona tar-raħal ta' Pieńsk

—

Sulików

—

Zgorzelec (iż-żoni li mhumiex elenkati fiż-Żona A)

—

Zawidów

13.11.2008”