|
14.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/2 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10869 – P2X EUROPE / NVG / P2X PORTUGAL JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 351/02)
1.
Fil-5 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
P2X Europe GmbH & Co. KG (“P2X Europe”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Mabanaft GmbH & Co. KG (il-Ġermanja), sussidjarja ta’ Marquard & Bahls Group AG (il-Ġermanja), u H&R GmbH & Co. KGaA (il-Ġermanja), |
|
— |
The Navigator Company, S.A. (“NVG”, il-Portugall), li finalment hija kkontrollata minn Sodim, SGPS, S.A., il-Portugall (“Sodim”), |
|
— |
P2X Portugall, Unipessoal Lda. (“P2X Portugal”, il-Portugall). |
P2X Europe u NVG se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ P2X Portugal.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
P2X Europe tiżviluppa u timplimenta proġetti kummerċjali għall-produzzjoni ta’ prodotti Power-to-X. P2X Europe hija attiva wkoll fil-livell tal-operaturi, kemm billi tbigħ kif ukoll tixtri prodotti Power-to-X, |
|
— |
NVG hija kumpanija Portugiża attiva fil-qasam tal-polpa u l-karta. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ P2X Portugal se jkunu li ġejjin: (i) tiżviluppa, tibni, tħaddem, iżżomm u tiffinanzja proġett tal-enerġija għal likwidu fuq skala industrijali integrat vertikalment, u (ii) tikkummerċjalizza u tbigħ prodotti power-to-liquid bħal prodotti intermedji sintetiċi (pereż. mhux raffinati u xemgħat) u derivattivi sintetiċi netti żero (pereż. e-pitrolju).
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10869 – P2X EUROPE / NVG / P2X PORTUGAL JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).