Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2004 tat-23 ta' April 2004 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1669/2003 (Statistiċi strutturali tan-negozju)
Official Journal L 277 , 26/08/2004 P. 0021 - 0022
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 52/2004 tat-23 ta' April 2003 li temenda l-Anness XXI (Statistika) li tinsab mal-Ftehim ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi ż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 33/2004 tad-19 ta' Marzu 2004 [1]. (2) R-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1669/2003 tal-1 ta' Settembru 2003 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 fir-rigward tas-serje ta' datali għandha tiġi prodotta għal statistika strutturali tan-negozju u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2701/98 li jikkonċerna s-serje tad-data l għandha tiġi prodotta għal statistika strutturali tan-negozju [2] ħandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. (3) Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tgħodd għall-Liechtenstein, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. L-inċuiż li ġejk għandu jiżdied fil-punt 1b (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2701/98): "- 32003 R 1669: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1669/2003 tal-1 ta' Settembru 2003 (ĠU L 244, tad-29.9.2003, p. 57)." 2. Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 1h (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1668/2003): "1.i 32003 R 1669: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1669/2003 tal-1 ta' Settembru 2003 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 fir-rigward tas-serje ta' datali għandha tiġi prodotta għal statistika strutturali tan-negozju u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2701/98 li jikkonċerna s-serje tad-datali għandha tiġi prodotta għal statistika strutturali tan-negozju(ĠU L 244, tad-29.9.2003, p. 57). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim presenti, jinqraw bl-adattazzjoni li ġejja: Dan ir-Regolament m'għandux jgħodd għall-Liechtenstein." Artikolu 2 It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1669/2003 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġija, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta' April 2004, kemm-il darba li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE tal-, u fis-Suppliment ŻEE tal-, Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' April 2004. Għall-Kumitat Konġunt ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 144. [2] ĠU L 244, tad-29.9.2003, p. 57. [3] Ma huma indikati ebda ħtiġiet kostituzzjonali. --------------------------------------------------